Aqbeż għall-kontentut

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Italja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mappa tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-Italja

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Italja rratifikat l-Konvenzjoni fit-23 ta' Ġunju 1978.[3]

B'kollox, l-Italja għandha total ta' 61 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, u b'hekk hija l-pajjiż membru bl-ikbar ammont ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, eżatt qabel iċ-Ċina li għandha 60 sit.[4] L-ewwel sit fl-Italja, l-Inċiżjonijiet fuq il-Blat f'Valcamonica, tniżżel fit-tielet sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li saret fil-Kajr u f'Luxor, l-Eġittu, fl-1979.[5] Total ta' 25 Sit ta' Wirt Dinji fl-Italja żdiedu matul is-snin 90 tas-seklu 20, b'saħansitra 10 siti li żdiedu fil-21 sessjoni f'Napli fl-1997. L-Italja kienet membru tal-Kumitat tal-Wirt Dinji erba' darbiet, speċifikament fl-1978-1985 (tmien snin), fl-1987-1993 (seba' snin), fl-1993-1999 (seba' snin), u fl-1999-2001 (tliet snin).[6]

Mill-61 Sit ta' Wirt Dinji tal-Italja, 55 huma kulturali u sitta huma naturali. Seba' siti huma transnazzjonali, jiġifieri huma kondiviżi ma' pajjiżi oħra.[3]

Siti ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[7]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Stampa Post (provinċja) Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-Għażla Deskrizzjoni
Inċiżjonijiet fuq il-Blat f’Valcamonica Rock drawing of an animal Brescia 1979 iii, vi (kulturali) F'Valcamonica hemm waħda mill-ikbar kollezzjonijiet ta' inċiżjonijiet fuq il-blat fid-dinja. Saru iktar minn 300,000 inċiżjoni fil-wied fuq perjodu ta' 8,000 sena mill-Epipaleolitiku sal-Medju Evu. Juru xeni mill-agrikoltura, min-navigazzjoni, mill-gwerer u mill-maġija.[8][9]
Ċentru Storiku ta' Ruma, il-Proprjetajiet tal-Vatikan f'Dik il-Belt li Jgawdu Drittijiet Ekstraterritorjali u l-Knisja ta' San Pawl Foris Portas* Coloseum building Belt Metropolitana ta' Ruma Kapitali 1980 i, ii, iii, iv, vi (kulturali) Il-belt ta' Ruma kienet iċ-ċentru tal-Imperu Ruman u iktar 'il quddiem tad-dinja Kristjana. Fiha bosta monumenti ewlenin tal-antikità, inkluż il-Kolossew (fl-istampa), il-Panteon, u l-Forum Ruman, kif ukoll binjiet Rinaxximentali u Barokki. Oriġinarjament is-sit ġie ddeżinjat bħala ċ-"Ċentru Storiku ta' Ruma", iżda mbagħad tkabbar fl-1990 u ngħata l-isem attwali. Modifika oħra fil-konfini seħħet fl-2015. Is-sit huwa kondiviż mal-Vatikan.[10]
Knisja u Kunvent Dumnikan ta' Santa Marija tal-Grazzji b'"L-Aħħar Ċena" ta' Leonardo da Vinci A church in red brick Belt Metropolitana ta' Milan 1980 i, ii (kulturali) Il-kumpless tal-Kunvent Dumnikan f'Milan inbena fit-tieni nofs tas-seklu 15, u ġie parzjalment attribwit lil Bramante. Il-ħajt tat-Tramuntana tar-refettorju tal-kunvent fih l-affresk ta' L-Aħħar Ċena ta' Leonardo da Vinci, kapulavur tal-arti Rinaxximentali Aħħarija.[11]
Ċentru Storiku ta' Firenze Square with the town hall with a prominent tower Belt Metropolitana ta' Firenze 1982 i, ii, iii, iv, vi (kulturali) Il-belt ta' Firenze hija s-simbolu tar-Rinaxximent u kienet ċentru importanti tal-umaniżmu Rinaxximentali. Kellha influwenza kbira fuq l-arkitettura u l-arti tal-Italja u tal-Ewropa, u tiġi assoċjata ma' artisti bħal Giotto, Brunelleschi, Botticelli, u Michelangelo. Il-monumenti fil-belt jinkludu l-Katidral ta' Firenze, il-Bażilika ta' Santa Croce, l-Uffizi, u Palazzo Pitti. Fl-2015 u fl-2021 saru modifiki minuri fil-konfini tas-sit.[12]
Venezja u l-Laguna tagħha A channel in Venice with boats parked Belt Metropolitana ta' Venezja 1987 i, ii, iii, iv, v, vi (kulturali) Il-belt ta' Venezja ġiet stabbilita fis-seklu 5 u żviluppat f'setgħa marittima ewlenija, ir-Repubblika ta' Venezja, fis-seklu 10. Inbniet fuq iktar minn 100 gżira fil-laguna u fiha monumenti bħall-Bażilika ta' San Mark, il-Palazz tad-Doge, u bosta knejjes u pontijiet. Anke wara d-deklin tagħha bħala poter politiku, Venezja baqgħet influwenti fil-qasam tal-arti, bl-innovazzjonijiet ta' pitturi bħal Bellini, Giorgione, Tiziano, Tintoretto, Veronese, u Tiepolo. Venezja hija assoċjata wkoll mal-esploratur tas-seklu 13 Marco Polo.[13]
Pjazza tal-Mirakli, Pisa White church, leaning tower and a circular baptistery Pisa 1987 i, ii, iv, vi (kulturali) Il-Pjazza tal-Mirakli hija wieħed mill-ifjen kumplessi arkitettoniċi Medjevali fid-dinja. Tħaddan erba' kapulavuri tas-sekli 11-14: il-katidral, il-battisterju, iċ-ċimiterju, u t-torri mmejjel. L-arkitettura Rumaneska ta' Pisa li żviluppat hawnhekk kienet influwenti fi bliet oħra tat-Toskana. Il-kumpless huwa assoċjat ukoll ma' Galileo Galilei li kien iwettaq l-esperimenti tiegħu f'Pisa. Modifika minuri fil-konfini tas-sit seħħet fl-2007.[14][15]
Ċentru Storiku ta' San Gimignano A small town dominated by many tall stone towers Siena 1990 i, iii, iv (kulturali) Ir-raħal ta' San Gimignano kien waqfa importanti għall-pellegrini tal-Via Francigena fil-Medju Evu. Ir-raħal ippreserva l-karattru Medjevali tiegħu, u l-iktar karatteristika prominenti tiegħu huma t-torrijiet għoljin, li nbnew bejn is-sekli 11 u 13 mill-familji nobbli u mill-merkanti tal-klassi medja superjuri. Erbatax minn dawn it-torrijiet waslu sa żminijietna. Il-knejjes u l-palazzi tar-raħal fiho diversi kapulavuri ta' artisti mis-sekli 14 u 15.[16]
Is-Sassi u l-Park tal-Knejjes Rupestri ta' Matera Structures built into the rock Matera 1993 iii, iv, v (kulturali) Dan is-sit jinkludi żewġ distretti ta' Matera, b'"għerien" li ilhom abitati mill-Paleolitiku. Fil-qedem in-nies bdew jgħixu fl-għerien naturali tal-promontorju karstiku ta' Murgia u mbagħad bdew iħaffru u jibnu strutturi iktar elaborati, inkluż knejjes, monasteri, u eremitaġġi. Il-Katidral Rumanesk ta' Matera jmur lura għas-seklu 13.[17]
Belt ta' Vicenza u l-Vilel ta' Palladio fil-Veneto A villa with columns in front Padova, Rovigo, Treviso, il-Belt Metropolitana ta' Venezja, Verona, Vicenza 1994 i, ii (kulturali) Fis-seklu 16, taħt ir-Repubblika ta' Venezja, inbnew diversi vilel fil-belt ta' Vicenza u fir-reġjun ta' Veneto mill-arkitett Andrea Palladio (1508-1580). Id-disinni tiegħu kellhom influwenza kbira fuq l-arkitettura u ispira l-istil Palladjan. Oriġinarjament is-sit tniżżel fl-1994 bħala "Vicenza, il-Belt ta' Palladio", iżda fl-1996 tkabbar biex jiġu inklużi diversi vilel fir-reġjun.[18][19]
Ċentru Storiku ta' Siena Central square in Siena with a large gothic cathedral Siena 1995 i, ii, iv (kulturali) Il-belt ta' Siena ppreservat il-karattru Gotiku Medjevali tagħha mis-sekli 12 sa 15. Il-belt inbniet madwar Piazza del Campo. Diversi pitturi Rinaxximentali importanti ħadmu u twieldu fi Siena, inkluż Duccio, Ambrogio Lorenzetti, u Simone Martini.[20]
Ċentru Storiku ta' Napli A large stone castle Belt Metropolitana ta' Napli 1995 ii, iv (kulturali) Napli, stabbilita fl-470 Q.K. mill-kolonjalisti Griegi, kienet waħda mill-iżjed bliet importanti tal-Magna Graecia, tar-Repubblika Rumana, u l-belt kapitali tar-Renju ta' Napli taħt diversi familji rjali. Kienet influwenti ferm fl-oqsma tal-arti u tal-arkitettura fl-Ewropa. Uħud mill-monumenti importanti jinkludu l-Knisja ta' Santa Kjara tas-seklu 14, Castel Nuovo tas-seklu 13 (fl-istampa), u l-Palazz Irjali tas-seklu 17. Fl-2011 saret modifika minuri fil-konfini tas-sit.[21]
Crespi d'Adda A row of parallel and connected factory buildings Bergamo 1995 iv, v (kulturali) Crespi d'Adda huwa raħal ippreservat sew u li għadu jintuża parzjalment bħala raħal madwar kumpanija. Inbena fis-sekli 19 u 20 għall-forza tax-xogħol tal-manifattur tat-tessuti Cristoforo Crespi. Ir-raħal jinkludi kemm binjiet residenzjali kif ukoll servizzi pubbliċi komuni bħal klinika, skola, teatru u ċentru sportiv.[22]
Ferrara, Belt tar-Rinaxximent, u d-Delta tal-Po tagħha A castle in red brick Ferrara 1995 ii, iii, iv, v, vi (kulturali) Ferrara, is-sede tal-familja d'Este, kienet ċentru intellettwali u artistiku matul ir-Rinaxximent Taljan tas-sekli 15 u 16. Attirat l-artisti li żejnu diversi vilel u palazzi (fosthom il-Kastell tal-Familja d'Este fl-istampa), filwaqt li l-iskola arkitettonika influwenzat l-istili fl-Italja u fl-Ewropa. Oriġinarjament tniżżel bħala "Ferrara, belt tar-Rinaxximent", iżda fl-1999 is-sit tkabbar biex jinkludi l-pajsaġġ kulturali tad-Delta tal-Po.[23][24]
Castel del Monte Octagonal castle with a tower on each of the eight corners. Barletta-Andria-Trani 1996 i, ii, iii (kulturali) Il-kastell ottagonali nbena mill-Imperatur Federiku II fis-seklu 13. Fih taħlita ta' elementi arkitettoniċi Musulmani, Gotiċi, Ċisterċensi, u tat-Tramuntana tal-Ewropa, kif ukoll elementi mill-antikità klassika, f'disinn perfettament simetriku.[25]
It-Trulli ta' Alberobello Small white houses with conic roofs Bari 1996 iii, iv, v (kulturali) It-trulli huma għorfiet tradizzjonali tal-ġebla tal-ġir, tipiċi tar-reġjun ta' Puglia. Bdew jinbnew mill-inqas minn nofs is-seklu 14 b'teknika preistorika mingħajr tkaħħil, u s-soltu jkollhom soqfa koniċi, piramidali jew b'għamla ta' koppla magħmula minn ġebel imdaħħal f'xulxin mingħajr tkaħħil. Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi t-trulli f'Alberobello, b'iżjed minn 1,500 struttura ppreservata.[26]
Monumenti Kristjani Bikrin ta' Ravenna A church in red brick Ravenna 1996 i, ii, iii, iv (kulturali) Dan is-sit huwa magħmul minn tmien monumenti fil-belt ta' Ravenna, li kienet is-sede tal-Imperu Ruman fis-seklu 5. Il-knejjes u l-mawżolej huma mżejna b'mużajk ta' kwalità artistika b'taħlita ta' motivi mill-arti tal-Punent u Biżantina.[27]
Ċentru Storiku tal-Belt ta' Pienza Town square with Renaissance buildings Siena 1996 i, ii, iv (kulturali) Fl-1459, il-Papa Piju II ddeċieda li jittrasforma raħal twelidu skont l-ideat Umanisti Rinaxximentali tad-disinn urban. Il-proġett ħa ħsiebu l-arkitett Bernardo Rossellino li bena pjazez, knejjes u palazzi ġodda. Pienza iktar 'il quddiem saret mudell għall-iżvilupp urban fi bliet Taljani u Ewropejj oħra.[28]
Palazz Irjali ta' Caserta tas-seklu 18, bil-Park, l-Akkwedott ta' Vanvitelli u l-Kumpless ta' San Leucio Caserta u Benevento 1997 i, ii, iii, iv (kulturali) Il-kumpless fuq skala kbira tal-palazz ġie kkummissjonat mir-Re ta' Napli Karlu III f'nofs is-seklu 18. Ġie ddisinjat mill-arkitett Luigi Vanvitelli u ġie ispirat mill-palazzi f'Versailles u f'Madrid. Ispirat mill-ideat tal-Illuminazzjoni, il-kumpless huwa integrat sew fil-pajsaġġ. Is-sit jinkludi akkwedott u l-kumpless industrijali ta' San Leucio fejn kien jiġi prodott il-ħarir.[29]
Residenzi tal-Familja Rjali tas-Savoia Large symmetrical palace complex with white walls Belt Metropolitana ta' Torino, Cuneo 1997 i, ii, iv, v (kulturali) Dan is-sit jinkludi 22 palazz u villa li nbnew bħala turija tal-poter li kellha l-monarkija renjanti wara t-trasferiment tal-belt kapitali tal-familja tas-Savoia lejn Torino minn Emmanuele Filiberto fl-1562. Il-binjiet, il-biċċa l-kbir bi stil Barokk, huma rappreżentattivi tal-arkitettura monumentali Ewropea tas-sekli 17 u 18. Fl-2010 saret modifika minuri fil-konfini tas-sit.[30][31]
Ġnien Botaniku ta' Padova A garden fountain in the middle Padova 1997 ii, iii (kulturali) Il-Ġnien Botaniku ta' Padova ġie stabbilit fl-1545 bħala l-ewwel ġnien botaniku universitarju tad-dinja. Ilu ċentru tar-riċerka xjentifika għal sekli sħaħ, kif ukoll mudell għal ġonna oħra. Ġie rinnovat fis-seklu 18 iżda għad għandu l-konfigurazzjoni oriġinali.[32]
Portovenere, Cinque Terre, u l-Gżejjer (Palmaria, Tino u Tinetto) A coastal town with multi storied colorful houses. La Spezia 1997 ii, iv, v (kulturali) Il-pajsaġġ kulturali tul il-kosta tal-Liguria ssawret mill-bniedem f'dan l-aħħar millenju. Hemm bosta rħula żgħar xeniċi li nbnew mal-irdumijiet weqfin, u l-art ġiet ikkonvertita f'raba' mtarraġ. Hemm ukoll tliet gżejjer lil hinn mill-kosta bi fdalijiet ta' binjiet monastiċi bikrin. Fl-2021 saret modifika minuri fil-konfini tas-sit.[33]
Katidral, Torri Ċiviku u Piazza Grande, Modena A white stone church with one tall tower. Modena 1997 i, ii, iii, iv (kulturali) Il-kumpless tas-seklu 12 magħmul mill-katidral, it-torri u l-pjazza, huwa eżempju eċċellenti ta' arti Rumaneska bikrija, b'influwenza qawwija fuq l-iżvilupp tal-istil. Il-katidral ġie ddisinjat mill-arkitett Lanfranco u ġie mżejjen mill-iskultur Wiligelmo.[34]
Żoni Arkeoloġiċi ta' Pompej, Ercolano u Torre Annunziata A street with ruined houses. Belt Metropolitana ta' Napli 1997 829; iii, iv, v (kulturali) Dan is-sit huwa magħmul minn tliet siti li ndifnu taħt l-irmied vulkaniku meta żbroffa l-Vesuvju fid-79 W.K. L-irħula ta' Pompej Ercolano huma żewġ irħula Rumani li ġew ippreservati għalkollox u li jagħtu ħjiel kif kienet il-ħajja fis-seklu 1 W.K., filwaqt li ż-żewġ vilel f'Torre Annunziata fihom affreski ppreservati tajjeb ħafna. Is-siti progressivament ġew skavati minn nofs is-seklu 18.[35]
Kosta ta' Amalfi (Costiera Amalfitana) Mountainous coastline with terraces and buildings Salerno 1997 ii, iv, v (kulturali) Il-pajsaġġ kulturali Mediterranju tal-Kosta ta' Amalfi ssawret b'mod prominenti fiż-żmien id-Dukat Medjevali ta' Amalfi (mis-sekli 9 sa 11) b'taħlita ta' influwenzi tal-Punent u Biżantini. Il-kosta tinkludi l-irħula ta' Amalfi u Ravello, kif ukoll il-vinji, l-għelieqi bis-siġar tal-frott, u l-mergħat, fejn il-muntanji jmissu mal-baħar.[36]
Żona Arkeoloġika ta' Agrigento Ruins of a classical temple with columns. Agrigento 1997 i, ii, iii, iv (kulturali) Agrigento, kolonja Griega li ġiet stabbilita fis-seklu 6 Q.K., żviluppat f'waħda mill-bliet ewlenin tal-Magna Graecia u tal-Mediterran. Diversi tempji Doriċi ġew ippreservati, u jirrappreżentaw wieħed mill-iżjed siti notevoli tal-arti u tal-kultura Griega.[37]
Villa Romana del Casale Villa del Casale's basilica with marble panels Enna 1997 i, ii, iii (kulturali) Il-villa f'Piazza Armerina hija waħda mill-iktar vilel Rumani lussużi li nbnew fis-seklu 4, u hija eżempju rappreżentattiv tal-ekonomija u tal-istruttura soċjali ta' dak il-perjodu. Hija mżejna b'mużajk rikk ta' kwalità eċċezzjonali.[38]
Su Nuraxi ta' Barumini A stone ruin Nofsinhar ta' Sardenja 1997 i, iii, iv (kulturali) Su Nuraxi huwa l-ifjen u l-iktar eżempju komplut ta' nuraghe (qisha girna), struttura megalitika difensiva ta' ċiviltà ta' Żmien il-Bronż tat-tieni millenju Q.K. Su Nuraxi oriġinarjament kien għoli iktar minn 18.5-il metru. Is-sit ġie abbandunat fis-seklu 6 Q.K. u l-biċċa l-kbira tan-nuragi ma baqgħux jintużaw wara l-kolonizzazzjoni Rumana fis-seklu 2 Q.K.[39]
Żona Arkeoloġika u l-Bażilika Patriarkali ta' Aquileia Church in stone and a baptistery Udine 1998 iii, iv, vi (kulturali) Aquileia kienet waħda mill-iktar bliet għonja tal-Imperu Ruman Bikri. Fl-452, ir-rikkezzi tagħha nsterqu mill-Unni taħt Attila; il-biċċa l-kbira tal-belt antika baqgħet ippreservata u għadha ma ġietx skavata. Il-Bażilika Patriarkali, bl-art bil-mużajk tagħha, tmur lura għas-seklu 4. Ġiet rikostruwita bejn is-sekli 11 u 14. Kellha rwol ewlieni fit-tifrix tal-Kristjaneżmu fil-Medju Evu Bikri. Fl-2017 u fl-2018 saru modifiki minuri fil-konfini tas-sit.[40]
Ċentru Storiku ta' Urbino Panorama of a city Pesaro u Urbino 1998 ii, iv (kulturali) Fis-seklu 15, Urbino iffjorixxiet taħt it-tmexxija ta' Federico da Montefeltro, umanista li attira wħud mill-iżjed artisti u xjenzati prominenti lejn il-belt. Il-biċċa l-kbira tal-arkitettura Rinaxximentali tal-belt ġiet ippreservata minkejja li Urbino daħlet f'perjodu ta' staġnar kulturali u ekonomiku mis-seklu 16 'il quddiem.[41]
Park Nazzjonali ta' Cilento u Vallo di Diano bis-Siti Arkeoloġiċi ta' Paestum u Velia, u l-Monasteru ta' Padula Ruins of a temple with columns Salerno 1998 iii, iv (kulturali) Il-pajsaġġ kulturali ssawwar minn soċjetajiet differenti matul is-sekli, fosthom l-Etruski, il-Lukanji, il-kolonjalisti Griegi, u iktar 'il quddiem ir-Rumani. Is-sit jinkludi l-fdalijiet ta' Paestum u Velia, żewġ irħula ewlenin taż-żmien klassiku. Il-monasteru Kartużjan ta' Padula jmur lura għall-1306, għalkemm il-biċċa l-kbira ta' dak li hemm illum huwa tas-sekli 17-18 bi stil Barokk.[42]
Villa ta' Adrijanu, Tivoli Roman ruins with columns around a pool Belt Metropolitana ta' Ruma Kapitali 1999 i, ii, iii (kulturali) Il-Villa ta' Adrijanu jew "Villa Adriana" f'Tivoli, barra Ruma, inbniet fis-seklu 2 W.K. bħala post ta' rtir għall-Imperatur Adrijanu. Tgħaqqad flimkien elementi arkitettoniċi mill-Greċja, mill-Eġittu u minn Ruma. Il-kumpless jinkludi binjiet rikreattivi u residenzjali, ġonna u pixxini. L-iskoperta tagħha mill-ġdid f'nofs is-seklu 15 influwenzat l-arkitetti tal-perjodi Rinaxximentali u Barokki.[43]
Verona Gothic monument with a horseman Verona 2000 ii, iv (kulturali) Verona, stabbilita bħala raħal Ruman fis-seklu 1 Q.K., ilha tiżviluppa bla interruzzjoni għal iktar minn 2,000 sena u tippreserva strutturi urbani u monumenti minn epoki differenti. Dawn jinkludu l-anfiteatru Ruman u daħla Rumana, l-Oqbra Gotiċi tal-familja Della Scala (fl-istampa), kif ukoll diversi pjazez u palazzi storiċi.[44]
Gżejjer Eolji A group of volcanic islands from above Messina 2000 viii (naturali) Dan l-arċipelagu lil hinn mill-kosta ta' Sqallija ġie studjat b'mod estensiv mill-ġeologi mill-inqas mis-seklu 18. Il-gżejjer fihom diversi karatteristiċi klassiċi ta' formazzjonijiet vulkaniċi, li kienu importanti fl-iżvilupp tal-vulkanoloġija bħala dixxiplina xjentifika. Żewġ tipi ta' żbroffar vulkaniku ngħataw isem xi gżira tal-arċipelago, it-tip ta' Stromboli u t-tip ta' Vulcano.[45]
Assisi, il-Bażilika ta' San Franġisk u Siti Franġiskani Oħra A white church with some people in front Perugia 2000 i, ii, iii, iv, vi (kulturali) Assisi kienet raħal twelid San Franġisk, il-fundatur tal-Ordni Franġiskana. Il-Bażilika nbniet fis-seklu 13. Fiha pitturi ta' Cimabue, Pietro Lorenzetti, Simone Martini, u Giotto, u ntużat bħala referenza għall-arti Taljana u tal-Punent.[46]
Villa d'Este, Tivoli Panoramic view of Villa d'Este with gardens and sculptures Belt Metropolitana ta' Ruma Kapitali 2001 i, ii, iii, iv, vi (kulturali) Il-ġonna tas-seklu 16 ta' Villa d'Este huma wieħed mill-ewwel u l-aqwa eżempji ta' ġonna Rinaxximantali Taljani. Il-ġonna għandhom konfigurazzjoni ġeometrika f'konformità mal-estetika Rinaxximentali u huma mżejna b'vaski u b'funtani, iddisinjati minn Pirro Ligorio. Kellhom influwenza kbira fuq id-disinn tal-ġonna Ewropej.[47]
Irħula tal-Barokk Aħħari ta' Val di Noto (ix-Xlokk ta' Sqallija) A baroque church, front view Catania, Ragusa, Siracusa 2002 i, ii, iv, v (kulturali) Fl-1693, terremot qawwi heżżeż lil Sqallija, u qered diversi rħula u bliet. Wara dan l-avveniment, l-irħula ta' Caltagirone, Militello Val di Catania, Catania, Modica, Noto, Palazzolo, Ragusa, u Scicli ġew rikostruwiti f'konformità max-xejriet tal-ippjanar urban Barokk. Jirrappreżentaw il-quċċata tal-Barokk Aħħari fl-Ewropa.[48]
Għoljiet Sagri ta' Piemonte u ta' Lombardia A church and surrounding buildings disa' siti differenti 2003 ii, iv (kulturali) Il-fenomenu tas-Sacri Monti (Għoljiet Sagri) beda fl-aħħar tas-seklu 15 bl-għan li jinħolqu siti alternattivi tal-pellegrinaġġi u tat-talb minħabba li l-Art Imqaddsa kienet inaċċessibbli. Is-sit jinkludi disa' kumplessi fi Piemonte u fil-Lombardia li nbnew fl-aħħar tas-seklu 16 u fis-seklu 17. Fihom bosta opri tal-arti u huma integrati sew fil-pajsaġġ.[49]
Val d'Orcia Hilly grass landscape Siena 2004 iv, vi (kulturali) Il-pajsaġġ kultural ta' Val d'Orcia fil-periferiji ta' Siena ġie ddisinjat mill-ġdid b'reqqa kbira matul is-sekli 14 u 15 f'konformità mal-ideali estetiċi Rinaxximentali. Il-pajsaġġ jikkonsisti minn villaġġi żgħar-irħula, għelieqi, mergħat, imraġ u rziezet żgħar. Dehret b'mod prominenti fil-pitturi tal-Iskola ta' Siena.[50]
Nekropoli Etruski ta' Cerveteri u ta' Tarquinia Wall painting depicting people banqueting and two leopards Viterbo, Belt Metropolitana ta' Ruma Kapitali 2004 i, iii, iv (kulturali) Cerveteri u Tarquinia huma żewġ ċimiterji Etruski mis-sekli 9 sa 1 Q.K. Diversi oqbra, li kienu ddisinjati bħala repliki tad-djar Etruski, huma mżejna b'affreski straordinarji b'xeni tal-ħajja ta' kuljum ta' dak iż-żmien.[51]
Siracusa u n-Nekropoli ta' Pantalica Rock caves on a hillside Siracusa 2005 ii, iii, iv, vi (kulturali) Siracusa ġiet stabbilita fis-seklu 8 Q.K. mill-Korinzji u saret waħda mill-iżjed bliet importanti tal-Magna Graecia. Monument importanti ta' dak iż-żmien huwa t-Tempju Doriku ta' Apollo. In-Nekropoli ta' Pantalica (fl-istampa) fiha iktar minn 5,000 qabar, il-biċċa l-kbira minnhom imorru lura għas-sekli 13 sa 7 Q.K., u fdalijiet ta' strutturi ta' żmien il-Biżantini.[52]
Genova: It-Toroq Ġodda u s-Sistema tal-Palazzi tal-Listi A large palace with a beige facade Belt Metropolitana ta' Genova 2006 ii, iv (kulturali) Is-sit jinkludi żewġ żviluppi urbani f'Genova mis-sekli 16 u 17, meta r-Repubblika ta' Genova laħqet il-quċċata tal-poter. Is-Strade Nuove (Toroq Ġodda) huma grupp ta' toroq (inkluż Via Giuseppe Garibaldi) li nbnew mill-aristokrazjija ta' Genova. Il-Palazzi dei Rolli (Palazzi tal-Listi) huma grupp ta' palazzi Rinaxximentali u Barokki li kienu assoċjati ma' sistema partikolari ta' abitazzjonijiet pubbliċi f'residenzi privati, u b'hekk il-mistednin notevoli fuq xi żjara Statali kienu jiġu ospitati f'wieħed minn dawn il-palazzi f'isem l-Istat.[53]
Il-Linji tal-Kumpanija Ferrovjarja Retika fil-Pajsaġġi ta' Albula / Bernina* A train at a train station Sondrio 2008 ii, iv (kulturali) Il-linji tal-Kumpanija Ferrovjarja Retika fil-pajsaġġi ta' Albula u Bernina huma żewġ linji ferrovjarji storiċi li jaqsmu l-Alpi Żvizzeri. Inbnew fil-bidu tas-seklu 20 biex jipprovdu rottat rapida u faċli lejn bosta insedjamenti Alpini li qabel kienu iżolati. Sabiex il-linji ferrovjarji nbnew, kellhom jingħelbu sfidi tekniċi permezz ta' pontijiet, galleriji u mini. Is-sit huwa kondiviż mal-Iżvizzera.[54]
Mantova u Sabbioneta Mantua panorama Mantova 2008 ii, iii (kulturali) Dawn iż-żewġ irħula jirrappreżentaw żewġ approċċi tal-ippjanar tal-irħula fir-Rinaxximent. Mantova (fl-istampa), li oriġinat fi żmien ir-Rumani u li ppreservat strutturi mis-seklu 11, ġiet rinnovata fis-sekli 15 u 16. Min-naħa l-oħra, Sabbioneta ġiet stabbilita fit-tieni nofs tas-seklu 16 minn Vespasjanu I Gonzaga u nbniet bi pjanta b'għamla ta' grilja, f'konformità mal-viżjoni ta' belt ideali ta' dak iż-żmien.[55]
Id-Dolomiti Mountain scenery disa' żoni differenti 2009 vii, viii (naturali) Dan is-sit huwa magħmula minn disa' żoni tad-Dolomiti, katina muntanjuża fit-Tramuntana tal-Alpi Taljani. Hemm 18-il quċċata ta' iktar minn 3,000 metru, b'xenarju muntanjuż li jinkludi rdumijiet tal-blat, ħitan vertikali, u widien twal u dojoq. Mill-perspettiva ġeoloġika, il-blat fih fossili ta' ħlejqiet tal-baħar tat-Triassiku.[56]
Monte San Giorgio* A wooded mountain and a lake. Varese 2010 viii (naturali) Monte San Giorgio, li jħares fuq il-Lag ta' Lugano, jitqies bħala l-aqwa ġabra ta' fossili ta' ħlejqiet tal-baħar mit-Triassiku (245-230 miljun sena ilu). F'dak iż-żmien, iż-żona kienet laguna tropikali mimlija rettili, ħut, bivalvi, sponoż, ekinodermi, u krustaċji. Ġew ippreservati wkoll fossili ta' annimali terrestri, peress li l-laguna kienet qrib l-art. Il-parti tas-sit fl-Iżvizzera tniżżlet fl-2003 u l-parti Taljana żdiedet fl-2010.[57]
Longobardi fl-Italja: Postijiet tal-Poter (568-774 W.K.) Church with a stone facade seba' siti differenti 2011 ii, iii, vi (kulturali) Dan is-sit huwa magħmul minn seba' gruppi ta' monasteri, knejjes u fortizzi assoċjati mal-Longobardi li kienu jmexxu fl-Italja mis-seklu 6 sa 8. L-arti u l-arkitettura jirriflettu s-sinteżi ta' influwenzi Rumani, Kristjani u Ġermaniċi. Il-monumenti inklużi jinsabu f'Brescia, f'Cividale del Friuli (il-katidral fl-istampa), Castelseprio, Spoleto, Campello sul Clitunno, Benevento u Monte Sant'Angelo. L-arkitettura tas-sit tiġbor fiha sinteżi ta' diversi stili u t-tranżizzjoni lejn il-Medju Evu.[58]
Siti Preistoriċi bil-Puntali madwar l-Alpi* Pile dwelling house, reconstruction 111-il sit differenti 2011 iv, v (kulturali) Dan is-sit transnazzjonali (kondiviż mal-Awstrija, ma' Franza, mal-Ġermanja, mas-Slovenja u mal-Iżvizzera) fih 111-il sit individwali bil-fdalijiet ta' abitazzjonijiet preistoriċi bil-puntali ta' insedjamenti preistoriċi madwar l-Alpi, li nbnew mill-5000 sal-500 Q.K. f'xifer il-lagi, ix-xmajjar jew l-artijiet mistagħdra. Fihom minjiera ta' informazzjoni dwar il-ħajja u l-kummerċ fil-kulturi agrarji Neolitiċi u ta' Żmien il-Bronż fl-Ewropa Alpina. Hemm 19-il sit fl-Italja, u fl-istampa tintwera rikostruzzjoni ta' abitazzjoni f'Ledro.[59]
Vilel u Ġonna tal-Familja Medici fit-Toskana A villa on the slope of a hill diversi siti 2013 ii, iv, vi (kulturali) Dan is-sit huwa magħmul minn tnax-il villa u żewġ ġonna li nbnew taħt il-patrunaġġ tal-familja Medici fis-sekli 15 sa 17 fit-Toskana. Jirrappreżentaw tip ġdid ta' residenzi aristokratiċi, li jitbiegħdu mill-kastelli militari jew irziezet lussużi. Il-vilel u l-ġonna kienu postijiet ta' divertiment, arti u għarfien, u ġew iddisenjati f'konformità mal-prinċipji tal-umaniżmu Rinaxximentali.[60]
Etna Mt Etna, covered with snow, with a city in front Catania 2013 viii (naturali) L-Etna hija l-iżjed stratovulkan attiv fid-dinja, kif ukoll wieħed mill-vulkani l-iktar studjati, bi storja ddokumentata ta' mill-inqas 2,700 sena. Tħaddan diversi fenomeni vulkaniċi tipiċi, fosthom koni tal-ġmamar, flussi tal-lava, u għerien tal-lava. Il-muntanja ssostni wkoll ekosistema partikolari ta' flora u fawna endemiċi.[61]
Pajsaġġ tal-Vinji ta' Piemonte: Langhe-Roero u Monferrato Hilly area with vineyards Alessandria, Asti, Cuneo 2014 iii, v (kulturali) It-tkabbir u l-ipproċessar tad-dwieli għall-produzzjoni tal-inbid ta' Piemonte diġà seħħ mill-inqas fis-seklu 5 Q.K. Il-pajsaġġ kulturali fih vinji, villaġġi, kantini, azjendi agrikoli u knejjes Rumaneski. Is-sit jinkludi ħames żoni tal-produzzjoni tal-inbid u l-Kastell ta' Grinzane Cavour.[62]
Palermo Għarbija-Normanna u l-Katidrali ta' Cefalù u Monreale Church and a palm tree in front Belt Metropolitana ta' Palermo 2015 ii, iv (kulturali) Dan is-sit jinkludi disa' binjiet, li nbnew fi żmien ir-Renju Normann ta' Sqallija (1130-1194), bi stil li jinkorpora karatteristiċi tal-arti Għarbija, Biżantina u tal-Punent. Żewġ palazzi, tliet knejjes, tliet katidrali (fl-istampa jidher il-Katidral ta' Palermo), u l-Pont tal-Ammirall tniżżlu bħala sit wieħed.[63]
Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa* Forest and mountain landscape diversi siti 2017 ix (naturali) Il-Foresti Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji jintużaw biex jiġi studjat it-tifrix tas-siġar tal-fagu (Fagus sylvatica) fl-Emisferu tat-Tramuntana f'varjetà ta' ambjenti u l-ambjent fil-foresti. Is-sit tniżżel għall-ewwel darba fl-2007 b'komponenti mis-Slovakkja u mill-Ukrajna. Ġie estiż fl-2011, fl-2017, u fl-2021 biex jiġu inklużi l-foresti f'total ta' 18-il pajjiż. Fl-Italja hemm 13-il foresta li tniżżlu fl-2017 u fl-2021.[64]
Opri Venezjani tad-Difiża bejn is-sekli 15 u 17: Stato da TerraStato da Mar tal-Punent* Map of a star fort Bergamo, Udine, Verona 2017 iii, iv (kulturali) Dan is-sit huwa magħmul minn sitt komponenti ta' opri tad-difiża fl-Italja, fil-Kroazja u fil-Montenegro, tul iktar minn 1,000 kilometru bejn ir-reġjun tal-Lombardia fl-Italja u l-Lvant tal-Kosta Adrijatika. Id-disinn tal-fortifikazzjonijiet (imlaqqmin alla moderna) ħabat mal-introduzzjoni tal-porvli fil-gwerer, li wasslet għal bidliet sinifikanti fit-tekniki u fl-arkitettura militari. Fl-Italja hemm tliet siti: il-fortizza b'għamla ta' stilla ta' Palmanova (fl-istampa) u l-fortifikazzjonijiet ta' Bergamo u ta' Peschiera del Garda.[65]
Ivrea, Belt Industrijali tas-Seklu 20 Industrial buildings Belt Metropolitana ta' Torino 2018 iv (kulturali) Il-Belt Industrijali ta' Ivrea ġiet stabbilita fl-1908 minn Camillo Olivetti, il-kap tal-kumpanija Olivetti S.p.A. li kienet tipproduċi t-typewriters, il-kalkolaturi mekkaniċi, u l-kompjuters. Fil-biċċa l-kbira bejn is-snin 30 u 60 tas-seklu 20, il-belt ġiet iddisinjata f'konformità mal-ideat politiċi tal-Moviment Komunità. Il-kumpless jinkludi binjiet industrijali, residenzjali u pubbliċi, u jesprimi viżjoni moderna tar-relazzjoni bejn il-produzzjoni industrijali u l-arkitettura. Fl-2021 saret modifika minuri fil-konfini tas-sit.[66]
Għoljiet tal-Prosecco ta' Conegliano u Valdobbiadene Panorama with vineyards Treviso 2019 v (kulturali) Il-pajsaġġ kulturali ta' Conegliano u ta' Valdobbiadene huwa kkaratterizzat minn għoljiet partikolari (magħrufa bħala ciglioni) li ġew imtarrġin u kkonvertiti għal vinji mis-seklu 17. Ir-reġjun jipproduċi l-inbid spumanti Prosecco. Il-pajsaġġ jinkludi wkoll foresti, sisien tax-xitel, irziezet u villaġġi.[67]
Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa* Spa in the ancient style with columns Pistoia 2021 ii, iii (kulturali) L-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa huwa sit magħmul minn 11-il raħal bi spa f'seba' pajjiżi Ewropej fejn l-ilmijiet minerali kienu jintużaw għal skopijiet ta' fejqan u terapewtiċi qabel l-iżvilupp tal-mediċina industrijali fis-seklu 19. Fl-Italja tniżżel ir-raħal ta' Montecatini Terme.[68]
Ċikli ta' affreski tas-seklu 14 ta' Padova Interior of a chapel covered by frescos Padova 2021 ii (kulturali) Is-sit huwa magħmul minn tmien binjiet, kemm reliġjużi kif ukoll lajċi, f'erba' raggruppamenti. Dawn fihom ċikli ta' affreski li ġew impittra bejn l-1302 u l-1397 minn diversi pitturi prominenti: Giotto, Guariento di Arpo, Giusto de' Menabuoi, Altichiero da Zevio, Jacopo d'Avanzi u Jacopo da Verona. L-affreski huma innovattivi fil-mod kif jirrakkontaw ġrajja allegorika u kif jużaw mod ġdid ta' perspettiva.[69]
Portiċi ta' Bologna Street with porticoes on both sides Belt Metropolitana ta' Bologna 2021 iv (kulturali) Il-portiċi jirrappreżentaw wirt kulturali u arkitettoniku importanti tal-belt ta' Bologna. Għal sekli sħaħ, intużaw bħala mogħdijiet imkennija tal-mixi u bħala postijiet ewlenin għall-attivitajiet tal-merkanti. Inbnew bl-injam, bil-brikks u bil-ġebel, u fis-seklu 20 anke bil-konkrit rinfurzat. Xi kultant jinsabu fuq iż-żewġ naħat tat-toroq. B'kollox tniżżlu 12-il kumpless ta' portiċi.[70]
Formazzjonijiet u Għerien Karstiċi Evaporitiċi tar-Reġjun ta' Emilia Romagna Rocky barren landscape with some trees in the background diversi siti 2023 viii (naturali) Dan is-sit huwa magħmul minn erba' żoni b'formazzjonijiet karstiċi evaporitiċi, żewġ żoni b'anidriti Triassiċi, u żewġ żoni bil-ġibs Messinjan (pereżempju tal-Park tal-Ġibs ta' Bologna fl-istampa). Hemm iżjed minn 700 għar b'firxa wiesgħa ta' karatteristiċi karstiċi b'minerali rari. Fihom jgħixu wkoll diversi speċijiet ta' pjanti, bosta minnhom fil-periklu ta' estinzjoni.[71]
Via Appia. Regina Viarum Roman road, trees and plants around diversi siti minn Ruma sa Brindisi 2024 iii, iv, vi (kulturali) Via Appia kienet waħda mill-ewwel u mill-iżjed toroq Rumani importanti strateġikament. Inbniet fit-312 Q.K., u tikkollega lil Ruma ma' Brindisi. Kienet rivoluzzjonarja fid-disinn tat-toroq, tgħaddi minn għadd ta' rħula, u fiha diversi pontijiet u akkwedotti. Kienet pavimentata b'ċangaturi maħduma tal-bażalt mwaħħlin qrib xulxin, u kienet pubblika u mingħajr nollijiet. Kienet tintuża sal-Medju Evu, u wara għadd ta' rinnovazzjonijiet, kienet tintuża anke f'perjodi li ġew wara. Fl-istampa tidher is-sezzjoni f'Casal Rotondo.[72]
Tradizzjoni Funebri fil-Preistorja tas-Sardenja – id-Domus de Janas
diversi siti 2025 iii, (kulturali) Id-Domus de Janas huma tipi ta' oqbra pre-Nuraġiċi mħaffra fil-blat li jinsabu f'Sardenja. Jikkonsistu f'diversi kompartimenti mħaffrin fil-blat mill-poplu ta' San Ciriaco tul il-kulturi ta' Ozieri u kulturi sussegwenti, b'konfigurazzjoni li tixbaħ dik ta' djar.[73]
  1. "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. 1 2 "Italy - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2021-12-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-01-19. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. "UNESCO World Heritage Centre - World Heritage List". web.archive.org. 2020-11-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-11-02. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. "WH Committee: Report of 3rd Session, Cairo 1979". web.archive.org. 2020-07-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-05. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. "Italy - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2021-12-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-01-19. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. Centre, UNESCO World Heritage. "Rock Drawings in Valcamonica". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  9. Anati, Emanuele. "Rock Art" (PDF).
  10. Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Rome, the Properties of the Holy See in that City Enjoying Extraterritorial Rights and San Paolo Fuori le Mura". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  11. Centre, UNESCO World Heritage. "Church and Dominican Convent of Santa Maria delle Grazie with "The Last Supper" by Leonardo da Vinci". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  12. Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Florence". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  13. Centre, UNESCO World Heritage. "Venice and its Lagoon". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  14. Centre, UNESCO World Heritage. "Piazza del Duomo, Pisa". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  15. Centre, UNESCO World Heritage. "31 COM 8B.61 - Decision". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  16. Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of San Gimignano". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  17. Centre, UNESCO World Heritage. "The Sassi and the Park of the Rupestrian Churches of Matera". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  18. Centre, UNESCO World Heritage. "City of Vicenza and the Palladian Villas of the Veneto". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  19. Centre, UNESCO World Heritage. "20 COM VIII.C - Decision". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  20. Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Siena". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  21. Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Naples". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  22. Centre, UNESCO World Heritage. "Crespi d'Adda". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  23. Centre, UNESCO World Heritage. "Ferrara, City of the Renaissance, and its Po Delta". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  24. Centre, UNESCO World Heritage. "23 COM VIII.C.2 - Decision". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  25. Centre, UNESCO World Heritage. "Castel del Monte". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  26. Centre, UNESCO World Heritage. "The Trulli of Alberobello". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  27. Centre, UNESCO World Heritage. "Early Christian Monuments of Ravenna". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  28. Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of the City of Pienza". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  29. Centre, UNESCO World Heritage. "18th-Century Royal Palace at Caserta with the Park, the Aqueduct of Vanvitelli, and the San Leucio Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  30. Centre, UNESCO World Heritage. "Residences of the Royal House of Savoy". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  31. Centre, UNESCO World Heritage. "34 COM 8B.58 - Decision". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  32. Centre, UNESCO World Heritage. "Botanical Garden (Orto Botanico), Padua". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  33. Centre, UNESCO World Heritage. "Portovenere, Cinque Terre, and the Islands (Palmaria, Tino and Tinetto)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  34. Centre, UNESCO World Heritage. "Cathedral, Torre Civica and Piazza Grande, Modena". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  35. Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Areas of Pompei, Herculaneum and Torre Annunziata". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  36. Centre, UNESCO World Heritage. "Costiera Amalfitana". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  37. Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Area of Agrigento". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  38. Centre, UNESCO World Heritage. "Villa Romana del Casale". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  39. Centre, UNESCO World Heritage. "Su Nuraxi di Barumini". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  40. Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Area and the Patriarchal Basilica of Aquileia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  41. Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Urbino". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  42. Centre, UNESCO World Heritage. "Cilento and Vallo di Diano National Park with the Archeological Sites of Paestum and Velia, and the Certosa di Padula". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  43. Centre, UNESCO World Heritage. "Villa Adriana (Tivoli)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  44. Centre, UNESCO World Heritage. "City of Verona". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  45. Centre, UNESCO World Heritage. "Isole Eolie (Aeolian Islands)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  46. Centre, UNESCO World Heritage. "Assisi, the Basilica of San Francesco and Other Franciscan Sites". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  47. Centre, UNESCO World Heritage. "Villa d'Este, Tivoli". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  48. Centre, UNESCO World Heritage. "Late Baroque Towns of the Val di Noto (South-Eastern Sicily)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  49. Centre, UNESCO World Heritage. "Sacri Monti of Piedmont and Lombardy". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  50. Centre, UNESCO World Heritage. "Val d'Orcia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  51. Centre, UNESCO World Heritage. "Etruscan Necropolises of Cerveteri and Tarquinia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  52. Centre, UNESCO World Heritage. "Syracuse and the Rocky Necropolis of Pantalica". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  53. Centre, UNESCO World Heritage. "Genoa: Le Strade Nuove and the system of the Palazzi dei Rolli". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  54. Centre, UNESCO World Heritage. "Rhaetian Railway in the Albula / Bernina Landscapes". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  55. Centre, UNESCO World Heritage. "Mantua and Sabbioneta". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  56. Centre, UNESCO World Heritage. "The Dolomites". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  57. Centre, UNESCO World Heritage. "The Dolomites". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  58. Centre, UNESCO World Heritage. "Longobards in Italy. Places of the Power (568-774 A.D.)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  59. Centre, UNESCO World Heritage. "Prehistoric Pile Dwellings around the Alps". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  60. Centre, UNESCO World Heritage. "Medici Villas and Gardens in Tuscany". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  61. Centre, UNESCO World Heritage. "Mount Etna". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  62. Centre, UNESCO World Heritage. "Vineyard Landscape of Piedmont: Langhe-Roero and Monferrato". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  63. Centre, UNESCO World Heritage. "Arab-Norman Palermo and the Cathedral Churches of Cefalú and Monreale". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  64. Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient and Primeval Beech Forests of the Carpathians and Other Regions of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  65. Centre, UNESCO World Heritage. "Venetian Works of Defence between the 16th and 17th Centuries: Stato da Terra – Western Stato da Mar". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  66. Centre, UNESCO World Heritage. "Ivrea, industrial city of the 20th century". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  67. Centre, UNESCO World Heritage. "Le Colline del Prosecco di Conegliano e Valdobbiadene". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  68. Centre, UNESCO World Heritage. "Le Colline del Prosecco di Conegliano e Valdobbiadene". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  69. Centre, UNESCO World Heritage. "Padua's fourteenth-century fresco cycles". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  70. Centre, UNESCO World Heritage. "The Porticoes of Bologna". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
  71. Centre, UNESCO World Heritage. "Evaporitic Karst and Caves of Northern Apennines". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
  72. "Via Appia". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-29.
  73. Centre, UNESCO World Heritage. "Funerary Tradition in the Prehistory of Sardinia The domus de janas". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2025-07-23.