Aqbeż għall-kontentut

Donato Bramante

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Donato Bramante
Ħajja
Twelid Fermignano, 1444
Mewt Ruma, 11 April 1514
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni arkitett
pittur
inġinier
Xogħlijiet importanti Santa Maria Nuova (en) Translate
Santa Maria presso San Satiro (en) Translate
Christ at the Column (en) Translate
Moviment Rinaxximent Għoli

Donato Bramante (UK: / bræ'mænteɪ / bram-AN-tay, US: / brəmɑːnteɪ, -ti / brə-MAHN-tay, -tee, Taljan: [doˈnaːto braˈmante]; 1444 – 11 ta' April 1514), imwieled bħala Donato di Pascuccio d'Antonio u magħruf ukoll bħala Bramante Lazzari, kien perit u pittur Taljan.[1] Huwa introduċa l-arkitettura Rinaxximentali f'Milan u l-istil Rinaxximentali Għoli f'Ruma, fejn il-pjanta tiegħu għall-Bażilika ta' San Pietru serviet ta' bażi għad-disinn eżegwit minn Michelangelo. It-Tempietto tiegħu (San Pietro in Montorio) immarka l-bidu tar-Rinaxximent Għoli f’Ruma (1502) meta l-Papa Ġulju II ħatru biex jibni santwarju fuq il-post fejn kien midfun Pietru.[2]

Bramante twieled bħala Donato di Pascuccio d'Antonio, jew Donato Pascuccio d'Antonio f'Fermignano ħdejn Urbino. Hawnhekk, fl-1467, Luciano Laurana kien qed jaħdem biex iżid kjostru u elementi Rinaxximentali oħra mal-Palazz Dukali ta' Federico da Montefeltro. L-arkitettura ta' Bramante ħbiet xi ftit il-ħiliet tiegħu bħala pittur: huwa kien jaf sew lill-pitturi Melozzo da Forlì u Piero della Francesca, li kienu interessati fir-regoli tal-perspettiva u l-karatteristiċi illużjonistiċi fil-pittura ta' Andrea Mantegna.

Għall-ħabta tal-1474, Bramante mar joqgħod Milan, belt bi tradizzjoni arkitettonika Gotika profonda, u bena diversi knejjes fl-istil Antik il-ġdid. Id-Duka, Ludovico Sforza, prattikament ħatru bħala l-perit tiegħu, u fl-1476 beda b’kummissjonijiet li laħqu l-qofol tagħhom fil-famuż trompe-l’œil għall-kor tal-knisja ta’ Santa Maria presso San Satiro (1482–1486). L-ispazju kien limitat u Bramante għamel apsidi teatrali f'basso riljev, li tikkombina l-arti pittoreska tal-perspettiva b'dettalji Rumani. Hemm ukoll sagristija ottagonali, b'koppla fuqha. F’Milan, Bramante bena wkoll it-tribuna ta’ Santa Maria delle Grazie (1492–99); xogħlijiet bikrin oħra jinkludu l-Kjostri ta' Sant'Ambrogio, Milan (1497-1498), u xi kostruzzjonijiet oħra f'Pavia u possibbilment f'Legnano. Madankollu, fl-1499, bil-patrun Sforza tiegħu mkeċċi minn Milan mill-armata Franċiża li invadiet il-belt, Bramante mar Ruma, fejn kien diġà magħruf mill-Kardinal setgħan Riario. 

Tempietto

F’Ruma, ma damx ma ġibed l-attenzjoni tal-Kardinal Della Rovere, li ftit wara sar il-Papa Ġulju II. Għal Ferdinandu ta’ Aragona u Isabella ta’ Kastilja jew possibilment Ġulju II, Bramante ddisinja wieħed mill-aktar binjiet armonjużi tar-Rinaxximent: it-Tempietto (1502) ta’ San Pietro in Montorio fuq il-Janiculum.[3] Minkejja l-iskala żgħira tagħha, il-kostruzzjoni għandha l-proporzjonijiet u s-simetrija rigorużi kollha tal-istrutturi Klassiċi, imdawra b’kolonni Doriċi rqaq, b'koppla fuqhom. Skont inċiżjoni li għamel Sebastiano Serlio xi żmien wara, Bramante ppjana li jibnih f'kjostru bil-kolonni. F’Novembru 1503, il-Papa Ġulju II qabbad lil Bramante għall-ikbar kummissjoni arkitettonika Ewropea tas-seklu 16, il-bini mill-ġdid tal-Bażilika ta’ San Pietru. Il-ġebla tax-xewka tal-ewwel wieħed mill-komponentu l-kbar tal-ġontura arkitettonika f'għamla ta' salib tqegħdet b'ċerimonja fis-17 ta' April 1506. Ftit huma l-pjanti ta' Bramante li għadhom jeżistu, għalkemm hemm uħud maħduma mill-assistenti tiegħu li juru l-firxa tat-tim li kellu miegħu. Il-viżjoni ta’ Bramante għal San Pietru, pjanta ta’ salib Grieg ċentralizzat li jissimbolizza perfezzjoni sublimi għalih u għall-ġenerazzjoni tiegħu (qabbel Santa Maria della Consolazione f’Todi, influwenzata mix-xogħol ta’ Bramante) kienet mibdula b’mod fundamentali bl-estensjoni tan-navata wara mewtu fl-1514. Il-pjan ta’ Bramante kien jipprevedi erba’ kappelli kbar li jimlew l-ispazji tal-kantuniera bejn it-transetti indaqs, kull waħda mgħottija b’koppla iżgħar li ddawwar il-koppla l-kbira fuq il-ġontura arkitettonika f'għamla ta' salib. Allura l-pjanta oriġinali ta’ Bramante kienet ferm iktar Romano-Biżantin fil-forom tagħha mill-bażilika li eventwalment inbniet. 

Bramante ħadem ukoll fuq diversi kummissjonijiet oħra. Fost l-ewwel xogħlijiet tiegħu f'Ruma, qabel ma kienet għaddejja l-kostruzzjoni tal-Bażilika, hemm il-kjostru (1500–1504) ta' Santa Maria della Pace ħdejn Piazza Navona

  • Santa Maria presso San Satiro, Milan, ca. 1482–1486
  • Santa Maria delle Grazie (kjostru u absida); Milan, 1492–1498
  • It-Tempietto, San Pietro in Montorio, Ruma, 1502
  • Santa Maria della Pace (kjostru); Ruma, 1504
  • Bażilika ta' San Pietru, Ruma, disinn fl-1503, bidu tal-kostruzzjoni fl-1506
  • Cortile del Belvedere, il-Belt tal-Vatikan, Ruma, 1506.
  • Palazzo Caprini, Ruma, beda għall-ħabta tal-1510 (imwaqqa' fis-seklu 17)

Minbarra l-bini, Bramante kiteb dwar l-arkitettura u kkompona tmenin sunett.[4]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ Forsyth, Joseph; Forsyth, Isaac (1824). Remarks on antiquities, arts, and letters during an excursion in Italy, in the years 1802 and 1803 (bl-Ingliż). 2. Londra: John Murray.
  2. ^ Davies, Paul; Hemsoll, David (1996). "Bramante, Donato". F' Turner, Jane (ed.). The Dictionary of Art (bl-Ingliż). Grove. ISBN 978-1884446009.
  3. ^ Freiberg, Jack (2014). Bramante's Tempietto, the Roman Renaissance, and the Spanish crown (bl-Ingliż). Cambridge University Press. ISBN 978-1107042971.
  4. ^ Weigert, Hans; Busch, Harald; Lohse, Bernd, ed. (1961). Buildings of Europe: Renaissance Europe (bl-Ingliż) (1el ed.). Macmillan. ASIN B000J61OLE.