Ruma

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ruma
Roma (IT)
Bandiera
Lokazzjoni ta' Ruma
Pajjiż
Reġjun
 Italja
 Lazjo
Gvern
 • Commissario Prefettizio

Francesco Paolo Tronca
Erja
 • Total

1,285 km2 (496.3 mi kw)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Popolazzjoni (2014)
 • Densità
 • Comune
 • Metro

2,232/km2 (5,781/mi kw)
2,869,461[1]
4,321,244[2]
Kodiċi postali 00100
Sit tal-Web Comune di Roma

Ruma (Taljan:Roma It-Roma.ogg roːma ) hija belt u komun speċjali (imsemmi Roma Capitale) fl-Italja. Ruma hija l-belt kapitali tal-Italja u tar-reġjun Lazjo. B'2.9 miljun reżident f'1,285 km2 (496.1 mi kw), hija l-aktar belt popolata tal-pajjiż u r-raba' l-aktar popolata fl-Unjoni Ewropea mill-popolazzjoni ġewwa l-konfini tal-belt. Il-Belt Metropolitana ta' Ruma għandha popolazzjoni ta' 4.3 miljun ruħ.[2] Il-belt tinsab fil-parti ċentrali tal-punent tal-Peniżola Taljana, tul ix-xtut tax-xmara Tevere. Il-Belt tal-Vatikan hija pajjiż indipendenti ġewwa l-konfini tal-belt ta' Ruma, l-uniku eżempju eżistenti ta' pajjiż ġewwa belt: għal din ir-raġuni, Ruma tiġi spiss definita bħala l-kapitali taż-żewġ stati.[3][4]

L-Istorja ta' Ruma tmur lura għal aktar minn elfejn sena. Filwaqt li l-mitoloġija Rumana tgħid li Ruma twaqqfet madwar is-sena 753 QK, il-post ilu abitat minn ħafna qabel, u għalhekk il-belt hija waħda mill-eqdem siti kontinwament okkupati fl-Ewropa.[5] Il-Popolazzjoni bikrija tal-belt oriġinat minn taħlita ta' Latini, Etruskani u Sabini. Wara, il-belt suċċessivament saret il-kapitali tar-Renju Ruman, tar-Repubblika Rumana u tal-Imperu Ruman, u hija meqjusa bħala waħda mill-postijiet tat-twelid taċ-ċiviltà tal-Punent u minn xi nies l-ewwel metropoli li qatt kien hemm.[6] Hija magħrufa bħala "Roma Aeterna" (Il-Belt Eterna) [7] u "Caput Mundi" (Kapitali tad-Dinja), żewġ kunċetti ċentrali fil-kultura antika Rumana.

Wara l-waqgħa tal-Imperu tal-Punent, li mmarka l-bidu tal-Medjuevu, Ruma bdiet taqa' bilmod taħt il-kontroll politiku tal-Papat, li kien stabbilit fil-belt mill-ewwel seklu AD sas-seklu 8, meta sar il-belt kapitali tal-Istati Papali, li damu sal-1870.

Mir-Rinaxximent, kważi l-Papiet kollha ta' wara Nikola V (1422–55), għal erba' mitt sena segwew b'mod koerenti programm arkitettoniku u urbanistiku li għamlu l-belt ċentru artistiku u kulturali dinji.[8] Minħabba dan, Ruma saret l-ewwel waħda miċ-ċentri maġġuri ewlenin tar-Rinaxximent Taljan, u wara, saret il-post tal-ħolqien tal-istil Barokk u tan-neoklassiċiżmu. Artisti famużi, pitturi, skulturi u periti, għamlu Ruma ċ-ċentru tal-attività tagħhom, waqt li ħolqu kapolavuri madwar il-belt. Fl-1871, Ruma saret il-kapitali tar-Renju tal-Italja, u fl-1946, tar-Repubblika Taljana.

Ruma għandha l-istatus ta' belt globali.[9][10][11] Fl-2014, Ruma ġiet klassifikata l-erbatax l-aktar belt miżjura fid-dinja, it-tielet l-aktar fl-Unjoni Ewropea, u l-aktar attrazzjoni turistika popolari fl-Italja.[12] Iċ-ċentru storiku tal-belt huwa elenkat mill-UNESCO bħala Sit ta' Wirt Dinji.[13] Il-monumenti u l-mużewijiet bħall-Mużewijiet tal-Vatikan u l-Kolossew, huma fost l-aktar destinazzjonijiet li jżuruhom nies turistiċi fid-dinja, iż-żewġ postijiet jirċievu miljuni ta' turisti kull sena. Ruma ospitat l-Olimpjadi tas-sajf 1960 u s-sede tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Etimoloġija[immodifika | immodifika s-sors]

Skont il-leġġenda tar-Rumani Antiki stess ta' kif twaqqfet il-belt,[14] l-isem "Roma" ġej mill-fundatur u l-re, Romulus.[15]

Madankollu, jista' jkun li l-isem Romulus kien fil-fatt ġej minn Ruma stess. Kmieni fis-seklu 4, kien hemm diversi teoriji pproposti dwar l-oriġini tal-isem Roma. Ġew proposti bosta ipoteżijiet li ffukaw fuq l-għeruq lingwistiċi inċerti tal-isem.:[16]

  • Minn Rumon jew Rumen, isem arkajku tat-Tiber, li għandu l-istess għerq bħall-verb Grieg ῥέω (rhèo) u l-verb Latin ruo, li t-tnejn iffissru "fluss";[17]
  • Mill-kelma Etruska ruma, li l-għeruq tagħha huwa *rum- "beżżul", forsi referenza għal-lupa li adottat u reddgħet it-tewmin bl-isem jixxibah Romulus u Remus, jew referenza għall-għamla tal-Għoljiet Palatini u Aventini.
  • Mill-kelma Griega ῤώμη (rhōmē), li tfisser qawwa.[18]

Bidu[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm evidenza arkeoloġika ta' okkupazzjoni umana taż-żona ta' Ruma minn madwar 14,000 sena ilu, imma s-saff dens ta' skart miż-żminijiet ta' wara, joskura is-siti Palaeolitiċi u Neolitiċi.[5] Il-preżenza ta' għodda tal-ġebel u armi tal-fuħħar u ġebel tafferma l-preżenza umana għal madwar 10,000 sena. Diversi skavi, ikkonfermaw il-fehma li Ruma kibret minn insedjamenti pastorali fl-Għolja Palatina fejn il-quddiem kellu jkun hemm il-Forum Ruman. Filwaqt li xi arkeoloġi jsostnu li Ruma kienet tabilħaqq imwaqqfa fin-nofs tas-seklu 8 QK (id-data tradizzjonali), din id-data hija suġġett kontroversjali.[19] Madankollu, il-qawwa tal-ħrafa li kulħadd jaf dwar il-fondazzjoni leġġendarja ta' Ruma, għandha t-tendenza li tiddifletti l-attenzjoni mill-veri oriġini tagħha li huma ħafna aktar antikiti.

Leġġenda tat-twaqqif ta' Ruma[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Lupa Kapitolina treddgħa t-trabi tewmin Romulus u Remus.

L-istejjer tradizzjonali li waslulna mir-Rumani tal-qedem stess, jispjegaw l-istorja bikrija tal-belt f'termini ta' leġġendi. L-aktar magħrufa dawn il-miti, u forsi l-aktar famuża mill-miti Rumani, hija l-istorja ta' Romulus u Remus, it-trabi tewmin li reddgħithom lupa.[20] Huma ddeċidew li jibnu belt, iżda wara ġlieda, Romulus qatel lil ħuh u l-belt ħadet ismu. Skond l-annalisti Rumani, dan sar fil-21 ta' April 753 QK.[21] Din il-leġġenda trid tiġi rrikonċiljata ma' tradizzjoni oħra ta' storja li suppost ġrat qabel, li fiha r-refuġjat Trojan Aeneas, ħarab mill-Italja u waqqaf ir-razza tar-Rumani permezz ta' ibnu Iulus, l-isem tad-dinastija Ġulju-Klawdja.[22]Dan twettaq mill-poeta Ruman Virġilju fl-ewwel seklu QK.

Monarkija, repubblika, imperu[immodifika | immodifika s-sors]

Wara l-fondazzjoni leġġendarja minn Romulus,[23] Ruma kienet iggvernata għal perjodu ta' 244 sena minn sistema monarkika, l-ewwel minn sovrani ta' nisel Latin u Sabin, u wara minn reijiet Etruski. It-tradizzjoni issemmi seba' Reijiet: Romulus, Numa Pompilius, Tullus Hostilius, Ancus Marcius, Tarquinius Priscus, Servius Tullius u Tarquinius Superbus.

Fis-sena 509 QK, ir-Rumani keċċew l-aħħar re mill-belt u stabbilew repubblika Oligarkika. Imbagħad, Ruma bdiet perjodu kkaratterizzat b'ġlied intern bejn il-patrizji (l-aristokratiċi) u l-plebej (proprjetarji żgħar), u b'gwerer kontinwi kontra l-popolazzjonijiet tal-Italja ċentrali: l-Etruski, il-Latini, il-Volxi u l-Ekwi.[24] Wara li saret il-ħakkiema ta' Latium, Ruma mexxiet diversi gwerrer (kontra l-Galli, Oxi-Sanniti u l-kolonja Griega ta' Taranto, alleati ma' Pirru, ir-Re tal-Epiru) li rriżultaw fil-konkwista tal-peniżola Taljana, miż-żona ċentrali sal-Magna Graecia.[25]

Matul it-tielet u t-tieni seklu QK ġiet stabbilita l-eġemonija Rumana mal-Mediterran u l-Lvant,permezz tat-tliet gwerer Puniċi (264-146 QK), kontra l-belt ta' Kartaġni u tliet gwerrer oħra kontra l-Maċedonja (212-168 QK).[26] Imbagħad, Ruma stabbilit l-ewwel provinċji Rumani: Sqallija, Korsika u Sardinja, Spanja Rumana, il-Maċedonja, il-Greċja (Akaja) u l-Afrika.[27]

Mappa antika ta' Ruma.

Mill-bidu tas-seklu 2 QK, kien hemm kontest għall-poter bejn żewġ gruppi ta' aristokratiċi: l-ottimati, li jirrappreżentaw il-parti konservattiva tas-Senat, u l-populares, li kienu jiddependu mill-għajnuna tal-plebej (klassi baxxa urbana) biex jiksbu l-poter. Fl-istess perjodu, il-falliment tal-bdiewa ż-żgħar u l-istabbiliment ta' oqsma li jimpjegaw l-iskjavi, ipprovokaw il-migrazzjoni ta' għadd kbir ta' nies lejn il-belt. Għall-gwerra kontinwa kienet meħtieġa armata professjonali, u din kienet aktar leali lejn il-ġenerali tagħha milli lejn ir-repubblika. Minħabba dan, fit-tieni nofs tas-seklu 2 u matul l-ewwel seklu QK, kien hemm kunflitti kemm barra l-belt u internament: wara t-tentattiv fallut tar-riforma soċjali tal-populares Tiberju u Gajju Grakku,[28] u l-gwerra kontra l-Jugurtha,[28] kien hemm l-ewwel gwerra ċivili bejn Gajju Marju u Sulla.[28] Wara kien hemm ir-rewwixta l-kbira tal-iskjavi taħt Spartaku[29] u wara, l-istabbiliment tal-ewwel triumvirat b'Ċesri, Pompew u Krassu.[29]

Il-konkwista ta' Gallja għamlet lil Ċesri qawwi u popolari immens, u dan wassal għat-tieni gwerra ċivili kontra s-Senat u Pompew. Wara r-rebħa tiegħu, Ċesri ħatar ruħu dittatur għal ħajtu.[29] L-assassinju tiegħu wassal għat-tieni triumvirat bejn Ottovjanu (neputi u werriet ta' Ċesri), Marku Antonju u Lepidu, u għal gwerra ċivili oħra bejn Ottavjanu u Antonju.[30] Fis-sena 27 QK, sar princeps civitatis u kiseb it-titlu ta' Augustus, b'hekk sar il-fundatur tal-prinċipat, diarkija bejn il-princeps u s-senat.[30] Ruma ġiet stabbilita bħala imperu de facto li laħaq l-akbar espansjoni fit-tieni seklu taħt l-Imperatur Trajjanu, Ruma ġiet ikkonfermata bħala caput Mundi, (kapitali tad-dinja), espressjoni li kienet diġà ngħatat fil-perjodu Repubblikan. Matul l-ewwel żewġ sekli tiegħu, l-imperu kellu bħala mexxejja l-imperaturi tad-dinastija Ġulju-Klawdjana,[31] id-dinastija Flavjana (Flavjanu bena l-amfiteatru bl-istess isem, magħrufa bħala l-Kolossew)[31] u d-dinastija Antonina.[32] Dan iż-żmien kien ikkaratterizzat ukoll bil-firxa tal-Kristjaneżmu, ippriedkat minn Ġesù Kristu fil-Ġudea fl-ewwel nofs tal-ewwel seklu (taħt Tiberju) u ppopolarizzat mill-appostli mal-imperu u lil hinn minnhu.[33] L-epoka Antonina hija meqjusa bħala l-apoġew tal-Imperu, li territorju tiegħu kien jilħaq mill-Oċean Atlantiku għall-Ewfrate u mill-Brittanja sal-Eġittu.[32]

Fit-tielet seklu, fit-tmiem tad-dinastija Antonina, fi żmien id-dinastija tas-Severi, il-principatus ġie sostitwit minn gvern militari, li ftit taż-żmien wara kien segwit minn perjodu destabilizzanti ta' anarkija militari magħruf bħala l-Kriżi tat-Tielet Seklu. Fl-istess żmien l-ekonomija marret lura, l-inflazzjoni żdiedet u l-għedewwa storiċi ta' Ruma, it-tribujiet Ġermaniċi fil-Punent u l-Imperu Persjan fil-Lvant, żammew pressjoni kontinwa fuq il-fruntieri.[34]

L-Imperatur Dijoklezjanu (284) pprova jsolvi l-problemi ekonomiċi u militari billi jintroduċi d-dominat (monarkija assoluta fejn l-imperatur kien deifikat), u impona l-kontroll tal-prezzijiet u ddeċentralizza l-amministrazzjoni. L-imperatur qasam l-imperu fi tnax-il djoċesi. Hu kien jiggverna, taħt it-titolu ta' Augustus, in-nofs tal-lvant (bir-residenza tiegħu f'Nicomedia) u ħatar lil Maximian bħala Augustus tal-Punent biex jiggverna n-nofs tal-Punent, u l-belt kapitali tmexxiet lejn Mediolanum.[34] Is-suċċessjoni kienet regolata bil-ħolqien tat-Tetrarka: fil-fatt kull Augustus, kellu jaħtar imperatur żgħir, bit-titlu ta' Ċesri, biex jiggverna parti mit-territorju Ruman f'isem Augustus u li fl-aħħar kellu jilħaq l-imperatur il-ġdid.[34]

Wara l-abdikazzjoni ta' Diocletian u Maximian fit-305 u l-kunflitti dinastiki ħafna, din is-sistema kkollassat, u l-mexxej il-ġdid, Kostantinu, iċċentralizzata l-poter mill-ġdid u, bl-Editt ta' Milan fit-313, ta' il-libertà ta' qima għall-Insara, u b'hekk rahan ruħu li jagħti stabbiltà għar-reliġjon ġdid. Huwa bena diversi knejjes, ta' l-poter ċivili ta' Ruma lil Papa Silvestru I u fil-Lvant waqqaf il-belt kapitali l-ġdida; Kostantinopli.[35]

Il-Kristjaneżmu sar ir-reliġjon uffiċjali tal-imperu, grazzi għall-editt maħruġ fit-380 minn Theodosius, li kien l-aħħar imperatur tal-imperu unifikat: fil-fatt, wara mewtu, it-tfal tiegħu, Arcadius u Honorius, qasmu l-imperu f'żewg partijiet; l-imperu tal-Punent u l-imperu tal-Lvant. Il-kapitali tal-Imperu Ruman tal-Punent saret Ravenna.[35]

Ruma kienet tilfet ir-rwol ċentrali tagħha fl-amministrazzjoni tal-imperu, b'hekk ġiet imkeċċija fl-410 mill-Viżigoti, immexxija minn Alaric I,[36] iżda wkoll ġew imsebbħa mill-kostruzzjoni tal-bini sagru mill-Papiet (bil-kollaborazzjoni tal-imperatur). Il-Belt, fqira u spopolata, sofriet sakkeġġi ġodda fl-455, minn Ġenseriku, re tal-Vandali.[37] L-imperatur dgħajjef tal-ħames seklu ma setgħax iwwaqqaf id-dikompożizzjoni, sakemm id-depożizzjoni ta' Romulus Augustus fit-22 ta' Awwissu 476, li mmarka t-tmiem tal-Imperu Ruman tal-Punent u, għal ħafna storiċi, kien il-bidu tal-Medju Evu.[35]

Medju Evu[immodifika | immodifika s-sors]

Minjatura turi s-Sakkeġġ ta' Ruma (410)

L-Isqof ta' Ruma, imsejjaħ il-Papa, kien importanti mill-jiem bikrija tal-Kristjaneżmu minħabba l-martirju taż-żewġ appostli, Pietru u Pawlu. L-Isqfijiet ta' Ruma dehru wkoll (u għadhom jidhru bħala Kattoliċi) bħala s-suċċessuri ta' Pietru; li kien l-ewwel Isqof ta' Ruma. B'hekk il-belt saret ta' importanza akbar bħala ċ-ċentru tal-Knisja Kattolika. Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent fl-476 AD, Ruma kienet l-ewwel taħt il-kontroll ta' Odoacer u mbagħad saret parti mir-Renju Ostrogotiku qabel ma rritornat lejn il-kontroll Ruman tal-Lvant wara l-Gwerra Gotika, li qerdet il-belt. Il-popolazzjoni tal-belt naqset aktar minn miljun fil-210 AD għal 500,000 fil-273[38] u 35,000 wara l-Gwerra Gotika,[39] li naqset gruppi ta' bini abitat b'intervall fost oqsma kbar ta' fdalijiet, veġetazzjonijiet, vinji u ġonna tas-swieq.[40]

Wara l-invażjoni tal-Langobardi fl-Italja, il-belt baqgħet nominalment Biżantina, iżda fir-realtà l-Papiet segwew il-politika tal-ekwilibriju bejn il-Biżantini, il-Franki u l-Langobardi.[41] Fis-729, ir-Re tal-Langobardi Liutprand, ta' donazzjoni lill-knisja il-belt ta' Sutri li tinsab fi tramuntana ta' Latium, b'hekk beda l-poter temporali tal-knisja.[41] Fis-756, Pepin il-Qasir, wara li għeleb lill-Langobardi, ta' il-ġuriżdizzjoni temporali lill-Papa fuq id-Dukat Ruman u l-Esarkat ta' Ravenna, b'hekk inħolqu l-Istati Papali.[41] Wara dan il-perjodu, it-tliet poteri pruvaw immexxu l-belt: il-papa, in-nobbli, flimkien mal-kapijiet tal-milizzji, l-imħallfin, is-Senat u l-poplu; u r-re tal-Franki, patricius u l-Imperatur.[41] Dawn it-tliet partiti (teokratiku, repubbliku u imperjali) kienu karatteristiċi tal-ħajja Rumana matul il-Medju Evu kollu.[41] Fil-lejl tal-Milied tas-sena 800, Charlemagne kien inkurunat f'Ruma bħala imperatur tal-Imperu Qaddis Ruman mill-Papa Leo III: f'dik l-okkażjoni, il-belt ospitat għall-ewwel darba ż-żewġ setgħat li ssaraw il-poter universali li kellu jkun kostanti għall-Medju Evu.[41]

Inkurunazzjoni ta' Charlemagne fil-25 ta' Diċembru 800

Fit-846, l-Għarab Musulmani daħlu fi ħdan il-belt mingħajr suċċess, imma rnexxielhom jisirqu affarijiet mill-bażiliki ta' San Pietru u San Pawl.[42] Wara t-tmiem tal-poter Karolingjan, Ruma waqgħet bħala priża għall-anarkija fewdali: diversi familji nobbli komplew il-ġlieda kontra l-Papa u l-imperatur. Dawn kienu ż-żminjiet ta' Theodora u bintha Marozia, sefturi u ommijiet ta' diversi papiet, u ta' Crescentius, li kien eżempju ta' qawwa fewdali, kif ukoll iġġieled kontra l-Imperaturi Otto II u III.[43] L-iskandli ta' dan il-perjodu, imbuttaw il-papa li jirriforma ruħhu: l-elezzjoni tal-Papa kienet riservata għall-kardinali, u riforma tal-kleru kien attentat. Il-forza ta' wara dan it-tiġdid, kien il-monk Ildebrando da Soana, li darba kien elett papa taħt l-isem ta' Gregorju VII, huwa sar involut fil-Kontroversja tal-Investitura kontra l-Imperatur Henry IV.[43] Sussegwentement, Ruma kienet maħruqa minn Normani ta' Robert Guiscard, dan kien daħal fil-belt bl-appoġġ tal-Papa, li kien assedjat fil-Castel S. Angelo.[43]

Matul dan il-perjodu, il-belt kienet immexxija b'mod awtonomu minn senatore jew patrizio: fis-seklu 12. Din l-amministrazzjoni, li hija normali fil-bliet Taljani, evolviet f'komun, forma ġdida ta' organizzazzjoni soċjali, espressjoni ta' klassijiet sinjuri ġodda.[43] Il-Papa Lucius II kien diġà lest biex jiġġieled kontra l-komun Ruman, u wara, il-ġlieda tkompliet mis-suċċessur tiegħu, li kien il-Papa Eugene III: imbagħad, il-komun kien alleat man-nobbli, li kien appoġġatat minn Arnaldo da Brescia, monk li kien riformatur soċjali u reliġjuż.[44] Wara l-mewt tal-Papa, Arnaldo ittieħed priġunier minn Adrianus IV, b'hekk immarka t-tmiem awtonomu tal-komun.[44] Taht il-Papa Innocent III, li mmarka r-renju tal-apoġew tal-papiżmu, il-komun illikwida is-senat, u ġie sostitwit minn Senatore, dan kien suġġett għall-Papa.[44]

F'dan il-perjodu l-papiet kellhom rwol ta' importanza sekulari fl-Ewropa tal-Punent, huma spiss kienu jaġixxu bħala arbitri bejn il-monarki Kristjani u jeżerċitaw il-poteri addizzjonali tal-politiċi.[45]

Fl-1266 Charles t'Anjou, li kien sejjer fin-nofsinhar għall-ġlieda kontra l-Hohenstaufen f'isem il-Papa, ġie maħtur Senatur. Charles stabilixxa s-Sapienza, l-università ta' Ruma.[44] F'dak il-perjodu, il-Papa miet, u l-kardinali, ġew ikkonvokati f'Viterbo, u ma setgħux jaqblu dwar is-suċċessur tiegħu: il-poplu tal-belt kien irrabjat dwar dan, b'hekk kisser is-saqaf tal-bini li ltaqgħu fih, u spiċċa l-ħabs sakemm kien innominat il-Papa l-ġdid: f'dan il-mument seħ il-marka tat-twelid tal-konklav.[44] F'dan il-perjodu, il-belt kienet ukoll għebet minn ġliedit kontinwi fost il-familji nobbli: l-Annibaldi, il-Caetani, il-Colonna, l-Orsini, u l-Conti, huma kellhom il-fortizzi tagħhom mibnija fuq l-edifiċji Rumani tal-qedem, u ġġieldu kontra xulxin biex jikkontrollaw il-papa.[44]

Il-Papa Bonifacju VIII, imwieled f'Caetani, kien l-aħħar Papa li ġġieled għad-dominju universali tal-Knisja: huwa pproklama kruċjata kontra l-Colonna, u fl-1300 hu sejjaħ għall-ewwel Jubilee tal-Kristjaneżmu, li laqqa l-miljuni ta' pellegrini f'Ruma.[44] Madankollu, it-tamiet tiegħu kienu ddeklinati kontra r-re Franċiż Filippu, li ħadu priġunier f'Anagni, b'hekk ikkawżat il-mewt tiegħu.[44] Wara dan, Papa ġdid għall-Franċiżi kien elett, u l-post tiegħu kien rilokat fil-qosor ġewwa Avignon (1309–1377).[46] Matul dan il-perjodu l-belt kienet traskurata, sakemm il-poter waqa' f'idejn ir-raġel plebjan, Cola di Rienzo.[46] Idealist u dilettant ta' Ruma tal-qedem, Cola ħolom dwar it-twelied il-ġdid tal-Imperu Ruman: wara li kiseb il-poter bit-titlu ta' Tribuno, ir-riformi tiegħu ġew miċħuda mill-poplu.[46] Wara li kien imġiegħel li jaħrab, Cola seta' ġie lura fost il-firxa tal-kardinal Albornoz, fir-rwol responsabbli tar-restawr tal-poter tal-knisja Taljana.[46] Hu kiseb il-poter lura għal żmien qasir u kien iġġudikat mill-poplu, u Albornoz seta' jieħu f'idejh il-pussess tal-belt, fl-1377 taħt Gregorju XI, huwa reġa sar is-sede tal-papa.[46] Meta rritorna l-Papa f'Ruma f'dik is-sena, inħoloq ix-Xiżma tal-Punent (1377–1418), u matul l-erbgħin sena ta' wara, il-belt kienet priża tal-ġlied li għeb il-knisja.[46]

Żmien kmieni modern[immodifika | immodifika s-sors]

It-Tempietto (San Pietro in Montorio) — eżempju eċċellenti tal-arkitettura tar-Rinaxximent Taljan

Fl-1418, il-Kunsill ta' Konstanz issetilja x-xiżma tal-punent, u l-papa Ruman, Martin V, kien elett.[46] Dan ġab seklu ta' paċi intern lejn Ruma, li mmarka il-bidu tar-Rinaxximent.[46] Il-Papiet tal-ewwel nofs tas-seklu 16, minn Nikola V, il-fundatur tal-Librerija Vatikana, għal Piju II, umanist u litterat, minn Sistu IV, papa gwerrier, għal Alessandru VI, immorali u nepotist, minn Ġulju II, suldat u patrun, għal Leo X, li ta' ismu għal dan il-perjodu ("is-seklu ta' Leo X"), dawn kollha ddedikaw l-enerġija tagħhom għas-sbuħija tal-Belt Eternali, għall-qawwa tal-istokk tagħhom, u għall-patroċinju tal-arti.[46]

Matul dawn is-snin, iċ-ċentru tar-Rinaxximent Taljan mexa minn Ruma għal Firenze. Xogħlijiet majestużi, bħall-Bażilika ta' San Pietru, il-Kappella Sistina u l-Ponte Sisto (l-ewwel pont li nbena madwar it-Tiber, għalkemm fuq bażi Ruman) ġew maħluqa. Biex twettaq dan, il-Papiet kienu nvoluti fl-aqwa artisti taż-żmien, inklużi Mikelanġlu, Perugino, Raphael, Ghirlandaio, Luca Signorelli, Botticelli, u Cosimo Rosselli.

Il-perjodu kien ukoll infamuż għall-korruzzjoni papali, b'ħafna Papiet li kienu missirijiet, u f'involvimenti fin-nepotiżmu u s-simonija. Il-korruzzjoni tal-Papiet u l-ispejjeż enormi għall-proġetti tal-bini tagħhom wassal f'parti ta' Riformazzjoni u, min-naħa, il-Kontro-Riformazzjoni. Papiet bħal Alessandru VI, kien magħruf sew għad-dekadenza tiegħu, partijiet selvaġġi, vakanti żejda u l-ħajja immorali.[47] Madankollu, taħt dawn il-papiet sinjuri u vakanti, Ruma ġiet trasformata f'ċentru ta' arti, poeżiji, mużika, letteratura, edukazzjoni u kultura. Ruma saret kapaċi biex tikkompeti ma' bliet Ewropej ewlenin taż-żmien f'termini ta' ġid, arti, tagħlim u arkitettura.

Il-perjodu tar-Rinaxximent biddel wiċċ Ruma drammatikament, b'xogħolijet bħal tal-Pietà minn Mikelanġlu u l-affreski tal-Appartament Borgia, dawn kienu magħmula matul ir-renju ta' Innocent. Ruma laħqet l-ogħla punt ta' sbuħija taħt il-Papa Ġulju II (1503–1513) u s-suċċessuri tiegħu Leo X u Klement VII, żewġ membri tal-familja Medici.

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-Ċentru Storiku ta' Ruma, il-Proprjetajiet tal-Vatikan f'dik il-Belt li Jgawdu Drittijiet Ekstraterritorjali u l-Knisja ta' San Paolo Fuori le Mura ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1980.[13]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' ħames kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[13]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Istat official population estimates". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-10-27. Miġbur 2015-12-24. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  2. ^ a b Bilancio demografico Anno 2014 (dati provvisori). Provincia: Roma - Demo.istat.it
  3. ^ Presidenza della Repubblica (ed.). "Discorsi del Presidente Ciampi". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  4. ^ La Repubblica (ed.). "Le istituzioni salutano Benedetto XVI". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  5. ^ a b Heiken, G., Funiciello, R. u De Rita, D. (2005), The Seven Hills of Rome: A Geological Tour of the Eternal City. Princeton University Press. (EN)
  6. ^ Old Age in Ancient Rome (EN)
  7. ^ "APROXIMACIÓN A LA ICONOGRAFÍA DE ROMA AETERNA" (PDF). 2010. pp. 349–363. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2015-09-23. Miġbur 2015-12-24. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess= u |kuljom= (għajnuna)
  8. ^ Istituto di Studi Romani (ed.). Topografia e urbanistica di Roma (bit-Taljan). pp. 346–47. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess=, |belt=, u |kuljom= (għajnuna)
  9. ^ Lboro.ac.uk (ed.). "GaWC – The World According to GaWC 2012". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  10. ^ Managementthinking.eiu.com (ed.). "Rome" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2013-11-01. Miġbur 2015-12-25. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess= u |title= (għajnuna)
  11. ^ "2014 Global Cities Index and Emerging Cities Outlook". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  12. ^ Most Visited Cities
  13. ^ a b ċ "Historic Centre of Rome, the Properties of the Holy See in that City Enjoying Extraterritorial Rights and San Paolo Fuori le Mura". UNESCO World Heritage Center. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  14. ^ L-istorja ta' Ruma, 1797
  15. ^ Brittanica.com (ed.). "Romulus and Remus". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċessdata= (għajnuna)
  16. ^ Claudio Rendina, Roma ieri, oggi, domani, Newton Compton, Roma, 2007, pg. 17
  17. ^ Din l-ipoteżi toriġina mill-grammatiku Ruman Maurus Servius Honoratus.
  18. ^ Din l-ipoteżija toriġina minn Plutarch
  19. ^ "More Clues in the Legend (or Is It Fact?) of Romulus". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess= u |kuljom= (għajnuna)
  20. ^ The history of Rome. 1797. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |kuljom= (għajnuna)
  21. ^ Hermann & Hilgemann(1964), p.73
  22. ^ Penguin Books Ltd (ed.). The Early History of Rome. ISBN 978-0-14-196307-5. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |kuljom= (għajnuna)
  23. ^ Hermann & Hilgemann (1964), p.73
  24. ^ Hermann & Hilgemann (1964), p.77
  25. ^ Hermann & Hilgemann (1964), p.79
  26. ^ Hermann & Hilgemann (1964), p.81-83
  27. ^ Hermann & Hilgemann (1964), p.81-85
  28. ^ a b ċ Hermann & Hilgemann (1964), p.89
  29. ^ a b ċ Hermann & Hilgemann (1964), p.91
  30. ^ a b Hermann & Hilgemann (1964), p.93
  31. ^ a b Hermann & Hilgemann (1964), p.97
  32. ^ a b Hermann & Hilgemann (1964), p.99
  33. ^ Hermann & Hilgemann (1964), p.107
  34. ^ a b ċ Hermann & Hilgemann (1964), p.101
  35. ^ a b ċ Hermann & Hilgemann (1964), p.103
  36. ^ Hermann & Hilgemann (1964), p.115
  37. ^ Hermann & Hilgemann (1964), p.117
  38. ^ "travel, history, civilizations, greatest cities, largest cities, Rome". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-01-30. Miġbur 2015-12-30. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess= u |kuljom= (għajnuna)
  39. ^ Luc-Normand Tellier (2009). "Urban world history: an economic and geographical perspective". PUQ. p.185. ISBN 2-7605-1588-5
  40. ^ Norman John Greville Pounds. An Historical Geography of Europe 450 B.C.-A.D. 1330. p. 192.
  41. ^ a b ċ d e f Bertarelli (1925), p.19
  42. ^ Italian Peninsula, 500–1000 A.D., Mużew Metropolitan tal-Arti
  43. ^ a b ċ d Bertarelli (1925), p.20
  44. ^ a b ċ d e f ġ g Bertarelli (1925), p.21
  45. ^ Faus, José Ignacio Gonzáles. "Autoridade da Verdade - Momentos Obscuros do Magistério Eclesiástico". Capítulo VIII: Os papas repartem terras - Pág.: 64-65 e Capítulo VI: O papa tem poder temporal absoluto – Pág.: 49-55. Edições Loyola. ISBN 85-15-01750-4. Embora Faus critique profundamente o poder temporal dos papas ("Mais uma vez isso salienta um dos maiores inconvenientes do status político dos sucessores de Pedro" - pág.: 64), ele também admite um papel secular positivo por parte dos papas ("Não podemos negar que intervenções papais desse gênero evitaram mais de uma guerra na Europa" - pág.: 65).
  46. ^ a b ċ d e f ġ g Bertarelli (1925), p.22
  47. ^ "Pope Alexander VI". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċessdata= (għajnuna)

Koordinati: 41°54′N 12°30′E / 41.9°N 12.5°E / 41.9; 12.5