Ewropa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Għal użi oħra, ara Ewropa (diżambigwazzjoni)
Dehra satellitari tal-Ewropa

F'sens ġeoloġiku u ġeografiku, l-Ewropa hija peniżola; il-parti tal-punent tal-Ewrasja. Xorta hija kkunsidrata bħala kontinent għal motivi kulturali. L-Ewropa hija kontinent żgħir b'10,400,000 km² (l-Awstralja biss hija iżgħar minnha) imma għandha 799,000,000 abitant (statistiċi tal-2003) li jqiegħduha fit-tielet post fil-lista ta' kontinenti l-iktar popolati (wara l-Asja u l-Afrika); bejn wieħed u ieħor fl-Ewropa tinsab persuna minn kull tmienja tal-popolazzjoni mondjali.

L-Ewropa influwenzat b'mod notevoli l-istorja u l-kultura tad-dinja ċivilizzata. Il-pożizzjoni ċentrali tal-Ewropa, kuntrarju għall-kontinenti l-oħra, kif ukoll il-preżenza tal-baħar, dejjem iffavorixxew il-komunikazzjoni bejn il-popli tad-diversi reġjuni u l-migrazzjoni lejn ir-reġjuni l-oħra tad-dinja. Il-klima xejn kiefra li tinsab fil-parti l-kbira tal-kontinent, għenet ukoll biex dan il-kontinent jiġi abitat b'mod dens.

Il-baħar jifforma l-parti l-kbira tal-konfini naturali tal-Ewropa. Fit-Tramuntana hemm il-Baħar Artiku, fil-Punent l-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar il-Mediterran, il-Baħar l-Iswed, u l-Kawkasu, fil-Lvant il-Baħar Kaspju, il-katina muntanjuża tal-Urali u x-xmara Ural.

Il-pożizzjoni tal-Ewropa fid-dinja

L-oriġini tal-isem "Ewropa"[editja]

L-isem "Ewropa" ġej mil-lingwa Griega (bil-Grieg: Ευρώπη) li tfisser "għajnejn kbar" u kienet personaġġ tal-mitoloġija Griega. Ewropa kienet bint Aġenor, re ta' Tiru, fejn din kienet belt antika fil-Kananija u kolonja Griega. Żeus, li sar iħobbha ddeċieda li jisraqha u ttrasforma ruħu f'barri abjad. Waqt li kienet qed tiġbor il-fjuri max-xatt tal-baħar, Ewropa rat il-barri li kien qed jersaq lejha. Kienet daqxejn beżgħana imma l-barri niżel għarkubbtejh u Ewropa kkalmat. Meta rat li kien iħalliha toqgħod tmellsu, Ewropa telgħet fuq dahar il-barri u dan wassalha sa Kreta. Żeus reġa' sar alla u wrielha mħabbtu. Huma kellhom tliet itfal: Minosse, Sarpedon u Radamantu. Minosse sar re ta' Kreta u twieldet iċ-ċivilità ta' Kreta li kienet il-benniena taċ-ċivilità Ewropea.

Twelid tal-Ewropa u tal-Ewropej[editja]

Fl-epoka Griega u Rumana, l-Ewropa kien terminu ġeografiku indefenit, art fit-Tramuntana tal-Mediterran li ħadd ma kien jaf il-konfini Nordiċi tagħha. Fir-rikostruzzjoni tal-ġeografiku Grieg Ekateu ta' Miletu, l-art kienet tikkonsisti minn żewġ kontinenti maqsumin mill-Mediterran, iċ-ċentru tad-dinja: minn naħa l-Ewropa kienet tikkonfina mat-Tramuntana, u minn naħa l-oħra l-Asja, fejn kienet tinkludi wkoll l-Eġittu u l-Libja.

Rari ħafna kienu l-awturi Latini jiċċitaw it-termini "Ewropa" u "Ewropej". L-ewwel li uża l-aġġettiv "Ewropew" b'tifsira aktarx waħda rilevanti hu fis-seklu 8 mill-patri Isidoro Pacensis, biex jindika li s-suldati taħt il-gwida ta' Karlu Martell, kienu għadhom kemm iġġieldu fi Poitiers. Il-battalja kienet tat valur simboliku kbir: l-Oċċident Kristjan idealment rappreżentat mill-Ewropa, li kienet waqqfet l-espansjoni Għarbija; u b'hekk Isidoro għamel użu tal-aġġettiv "Ewropew" biex jattribwixxi identità kollettiva għas-suldati li kienu waqqfu l-invażuri Musulmani.

L-Ewropa, għall-ewwel darba, saret politika konkreta u reali bl-imperatur Karlu Manju. Fit-tmiem tat-tmien seklu u l-bidu tad-disa' seklu, wara tmiem ta' madwar tletin sena ta' gwerra kontra l-Lombardi, l-Avari, is-Sassoni u s-Slavi, twieldet entità ġdida fejn ingħaqdu l-qawwa antika ta' Ruma, l-awtorità spirtwali tal-Papa u l-qawwa tal-poplu Ġermaniż. Karlu ffonda l-Ewropa, li b'espressjoni ġeografika saret Imperu kbir li juża l-istess munita, li adotta il-Latin bħala l-lingwa uffiċjali tal-kitba u li għandha reliġjon waħda.

Ġeografija[editja]

Europa linguistic
Europa regional culture
Europa history; 1000.

Ġeografikament, l-Ewropa hi parti tas-superkontinent tal-Ewrasja.

Il-konfini fuq il-Lvant tal-kontinent jibdew mill-muntanji Urali fir-Russja, fejn ikomplu max-xmara Ural u d-depressjoni ta' Kuma-Manych fin-Nofsinhar, li jisseparah mill-Asja. Din il-linja ta' demarkazzjoni kienet definita miz-Zar tar-Russja mill-1730 minn bażi ta' xogħlijiet ġeografiċi tal-Ġermaniż Philip Johan von Strahlenberg. Madankollu, mhux kulħadd jaċċetta din il-konvenzjoni: b'hekk, aktar mix-xmara Ural, anki l-Emba tista' tintuża bħala konfini, u l-quċċati tal-Kawkasu jistgħu jissostitwixxu lix-xmajjar ta' Kuma u Manych.

Il-Baħar l-Iswed, il-Bosforu, il-Baħar ta' Marmara u d-Dardanelli jikkonkludu l-konfini mal-Asja. Il-Baħar Mediterran fin-Nofsinhar jissepara l-Ewropa mill-Afrika, waqt li fil-Punent il-konfini hu mill-Oċean Atlantiku, fejn jinkludi lill-Islanda. Għadu mhux konkluż id-dibattitu fuq fejn qiegħed iċ-ċentru ġeografiku tal-Ewropa.

Dawn il-fruntieri fuq il-Lvant tal-Ewropa huma biss politiċi, ekonomiċi u kulturi, imma mhux ġeografiċi. B'hekk kien hemm il-bidu ta' diversi interpretazzjonijiet dwar il-konfini Ewropej u allura fuq it-territorju li l-Ewropa hi magħmula minn, fejn jiġu esklużi u inklużi pajjiżi sħaħ. Kważi kull pajjiż Ewropew jagħmlu parti tal-Kunsill tal-Ewropa, barra l-Belarus, il-Vatikan, il-Każakistan u l-Kosovo.

L-idea tal-kontinent Ewropew, però, mhijiex aċċettata universalment. Xi żoni ġeografiċi barra mill-Ewropa jiġu riferti mal-kontinent Ewroasjatiku jew jaraw lill-Ewropa bħala sottokontinent, billi mhux kompletament ċirkondat mill-baħar, fejn hu definit aktar bħala żona kulturali milli ġeografika. Fil-passat, din is-sottodiviżjoni kienet mħarsa bħala waħda valida minħabba l-fatt li jissepara t-territorju tal-Kristjani minn dawk non-Kristjani.

Pajjiżi fl-Ewropa[editja]

     

1 Parti mill-pajjiż tinsab fl-Asja. 2 Ġeografikament fl-Asja, imma kkunsidrat Ewropew għal raġunijiet storiċi u kulturali.

[[zu:IYurob SEXAPHONE