Iżlanda

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn in-navigazzjoni Aqbeż lejn it-tfittxija
Repubblika tal-Iżlanda
Lýðveldið Ísland
Lýðveldið Ísland – Bandiera Lýðveldið Ísland – Emblema
Innu nazzjonali: Lofsöngur
Innu

Europe-Iceland.svg
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Rejkjavik
64°08′N 21°56′W / 64.133°N 21.933°W / 64.133; -21.933
Lingwi uffiċjali Iżlandiż
Gvern Repubblika kostituzzjonali parlamentari unitarja
 -  President Guðni Th. Jóhannesson
 -  Prim Ministru Katrín Jakobsdóttir
 -  Kelliem tal-Althing Steingrímur J. Sigfússon
Stabbiliment
 -  Soluzzjoni Seklu 9 
 -  Commonwealth 930–1262 
 -  Unjoni man-Norveġja 1262–1814 
 -  Monarkija Daniża 1380–1944 
 -  Kostituzzjoni 5 ta' Jannar 1874 
 -  Renju tal-Iżlanda 1 ta' Diċembru 1918 
 -  Repubblika 17 ta' Ġunju 1944 
Erja
 -  Total 103,001 km2 (108)
39,770 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 2.7
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2013 321,857[1] 
 -  Densità 3.1/km2 (232)
7.5/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $12.831 biljun[2] 
 -  Per capita $39,223[2] 
PGD (nominali) stima tal-2012
 -  Total $13.654 biljun[2] 
 -  Per capita $41,739[2] 
IŻU (2013) Increase 0.906 (għoli ħafna) (13)
Valuta Korona Iżlandiża (ISK)
Żona tal-ħin GMT (UTC+0)
Kodiċi telefoniku +354
TLD tal-internet .is

L-Iżlanda, uffiċjalment magħrufa bħala r-Repubblika tal-Iżlanda, hija pajjiż Nordiku iżolat għalkollox minn mal-kumplament tal-Unjoni Ewropea. Din il-gżira mbiegħda tinsab fil-konfluwenza tat-Tramuntana tal-Oċean Atlantiku u l-Oċeani Artiċi fuq in-naħa Atlantika nofsanija.[3] Il-popolazzjoni ta' dan il-pajjiż hija ta' madwar 320,000 ruħ u l-erja totali tal-art hija ta' 103,000 kilometru kwadru; b'hekk hija l-inqas art ippopolata fl-Ewropa.[4] Rejkjavik hija l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-pajjiż.[5] Fil-postijiet tal-madwar fir-reġjun tal-Lbiċ tal-pajjiż joqogħdu żewġ terzi tal-popolazzjoni. Il-belt kapitali ta' dan in-nazzjon hija l-iktar belt li tinsab mibnija f'altitudni għolja fid-dinja. L-Iżlanda hija magħrufa wkoll għall-attività vulkanika u ġeoloġika tagħha. L-art fuq ġewwa tikkonsisti minn wita kkaretterizzat mir-ramel u mill-għelieqi tal-lava, muntanji u glaċieri, waqt li bosta xmajjar glaċjali jogħlew sal-baħar mill-artijiet il-baxxi. L-Iżlanda jirnexxilha żżomm it-temperatura tagħha sħuna permezz tal-Golf Influss u jingħad li l-Iżlanda għandha klima moderata minkejja l-altitudni għolja 'l barra miċ-Ċirku Artiku.

Skont Landnámabók, in-nies bdew jgħixu fuq dan il-pajjiż Nordiku mis-sena 847 W.K. meta l-kmandant Ingólfr Arnarson sar l-ewwel abitant permanenti ta' entiċità Norveġiża.[6] Oħrajn kienu żaru l-gżira qabel u qagħdu hemmhekk sakemm tgħaddi x-xitwa kiefra. Matul is-sekli li ġejjin, in-Norveġiżi insedjaw l-Iżlanda u ġabu magħhom xi oġġetti ta' oriġini Gaeliku. Mill-1262 sal-1918, l-Iżlanda kienet tifforma parti integrali min-Norveġja, u iktar tard parti mill-monarkiji Daniżi. Il-pajjiż attribwixxa l-indipendenza tiegħu fl-1918 u beda jissejjaħ Repubblika sa mill-1944. Sas-seklu għoxrin, il-popolazzjoni Iżlandiża kienet tiddependi ħafna fuq is-sajd u l-agrikoltura (jiġifieri l-produzzjoni tal-ħxejjex u l-frott) u l-pajjiż kien meqjus bħala wieħed mill-iktar nazzjonijiet foqra u l-inqas avvanzati fid-dinja. L-industrijalizzazzjoni tal-pixkeriji u l-għajnuna mogħtija mingħand il-Pjan Marshall ġabet il-prosperità fis-snin ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija, u sal-1990, l-Iżlanda rnexxielha ssir waħda mill-iktar pajjiżi sinjuri u żviluppati fid-dinja. Fl-1994, l-Iżlanda ssieħbet maż-Żona Ekonomika Ewropea, li wasslet biex l-ekonomija tiddiversifika fis-servizzi ekonomiċi u finanzjarji.

L-ekonomija tas-suq tal-Iżlanda hija waħda ħielsa, b'taxxi korporattivi li huma relattivament baxxi meta mqabbla ma' nazzjonijiet oħra tal-OECD[7], filwaqt li tinżamm sistema tal-benesseri Nordika li tipprovdi l-kura tas-saħħa b'mod universali flimkien mal-edukazzjoni terzjarja għaċ-ċittadini tagħha.[8] Fl-2013, l-indiċi tan-Nazzjonijiet Uniti rigward l-iżvilupp tal-bniedem qiegħed lill-Iżlanda fit-tlettax-il post fejn ingħatat il-mertu preġjat tal-iktar nazzjon żviluppat fid-dinja.[9] Però biex il-pajjiż wasal fejn qiegħed illum kellu jgħaddi mill-falliment bankarju tal-2008, li kkawża ħafna nkwiet politiku. Fid-dawl tal-kriżi, l-Iżlandiżi ħasbu biex jikkontrollaw il-kapital tagħhom, żball ieħor li pprojbixxa lill-poplu milli jiġbed flusu minn diversi fergħat tal-bank.[10] Għalkemm huma temporanji, il-kontrolli jibqgħu u huma fost l-ikbar ostakli għall-ksib tal-interessi nazzjonali fl-ekonomija Iżlandiża. Ir-rankatura tal-Iżlanda hija waħda għolja fl-istabilità ekonomika u politika, minkejja l-fatt li dawn l-oqsma għadhom għaddejjin minn proċess ta' rkupru mill-kriżi finanzjarja tal-2008. L-ugwaljanza bejn is-sessi hija apprezzatta ħafna fl-Iżlanda, infatti fir-rapport globali tal-2012, li jitkellem rigward l-ugwaljanza, l-Iżlanda tokkupa l-ewwel post, segwita mill-Finlandja, mill-Iżvezja u min-Norveġja.[11]

Il-kultura Iżlandiża hija bbażata fuq il-wirt Nordiku li jipposjedi dan il-pajjiż. Bosta Iżlandiżi huma d-dixxendenti ta' abitanti Norveġiżi u Gaeliċi. L-ilsien Iżlandiż huwa lsien Nord-Ġermaniku u huwa d-dixxendent dirett tal-ilsien qadim li kienu jitħaddtu bih in-Norveġiżi. L-Iżlandiż jixbah ħafna lill-Faroiż li huwa mitkellem fuq il-Gżejjer Foroe, u jixxiebah mad-djaletti Norveġiż tal-Punent. Il-wirt kulturali tal-pajjiż jinkludi l-kċina tradizzjonali Iżlandiża, il-poeżiji u s-sagi Iżlandiżi li ġejjin miż-żminijiet Medjevali. Fost il-membri tan-NATO, l-Iżlanda għandha l-iċken popolazzjoni u hija l-uniku nazzjon li m'għandux armata permanenti però wieħed jista' jsib armata tal-għassa u tad-difiża mal-kosti Iżlandiżi.

Medju Evu[immodifika | immodifika s-sors]

L-isforzi u l-kunflitti ċivili tal-era ta' Sturlung wasslu għall-iffirmar tal-patt il-qadim fl-1262, li temm il-Commonwealth u ġab lill-Iżlanda taħt id-dominju Norveġiż. Il-pussess tal-Iżlanda ġie mgħoddi lill-Unjoni Kalmarja fl-1415, meta r-renji tan-Norveġja, tad-Danimarka u tal-Iżvezja kienu uniti. Wara d-diviżjoni tal-unjoni fl-1523, il-gżira baqgħet tiddependi fuq in-Norveġja, bħala parti mid-Danimarka-Norveġja. Fis-sekli segwenti, l-Iżlanda kienet saret waħda mill-ifqar pajjiżi tal-Ewropa. Il-ħamrija infertili, l-iżbroffar vulkaniku, id-deforestazzjoni u l-klima diffiċli wasslu għal ħajja ħarxa f'soċjetà fejn is-sussistenza kienet kważi tiddependi fuq l-agrikoltura biss. Il-pesta s-sewda laqtet lill-Iżlanda darbtejn, l-ewwel darba fl-1402-1404 u t-tieni darba fl-1494-1495. L-ewwel waħda qatlet 50 sa 60 % tal-popolazzjoni, filwaqt li l-aħħar waħda qatlet madwar 30 sa 50 % tal-popolazzjoni Iżlandiża.

Lingwa[immodifika | immodifika s-sors]

L-ilsien Iżlandiż huwa meqjus bħala l-ilsien uffiċjali ta' dan in-nazzjon, lingwa miktuba u mitkellma li hija mnissla direttament mill-ilsien Norveġiż. Il-grammatika u l-vokabularju ta' dan l-ilsien ma tantx jidhru li nbidlu meta wieħed jikkunsidra l-ilsien li kienu jitkellmu bih il-Vikingi Norveġiżi fil-passat u l-lingwi Nordiċi l-oħra. L-Iżlandiż irnexxielu jippreserva iktar verbi u l-inflessjoni tan-nom, u sa ċertu punt irnexxielu jiżviluppa vokabularju ġdid ibbażat fuq għeruq nattivi, minflokk ġie missellef kliem ieħor minn lingwi oħra. It-tendenza puristika li nsibu fl-iżvilupp tal-vokabularju Iżlandiż ġejja mill-ippjanar lingwistiku li sar matul il-medda taż-żminijiet b'mod konxju, minkejja sekli sħaħ ta' iżolament, maqtugħin mill-umanità. L-Iżlandiż huwa l-uniku lsien ħaj li żamm l-użu tal-ittra Runika: Þ, b'kitba Latina. L-eqreb ilsien tal-Iżlandiż huwa ilsien Ġermaniku ieħor, il-Faroiż.

L-Ingliż u d-Daniż huma meqjusin bħala suġġetti obbligatorji fil-kurrikulu skolastiku ta' dan in-nazzjon. Iż-żewġ lingwi huma mifhuma u mitkellma.[12] Lingwi oħra li huma mitħaddta frekwentament jinkludu: il-Faroiż, il-Ġermaniż, in-Norveġiż u l-Iżvediż. Id-Daniż huwa mitkellem tant li saħansitra huwa mifhum min-Norveġiżi u mill-Iżvediżi, imlaqqma bħala Skandinavi fl-Iżlanda.[13]

L-Iżlandiżi jagħmlu użu minn żewġ tipi ta' sistemi partikolari li jgħinu fil-kostruzzjoni ta' ismijiet ġodda, sistemi li jmorru kontra s-sistemi użati minn bosta nazzjonijiet Ewropej. Dawn is-sistemi mħaddma huma: Patronimiċi u Matronimiċi. Is-sistemi Patronimika u Matronimika jsegwu l-isem mogħti lill-persuna kkonċernata, eż: Elísabet Jónsdóttir ("Elísabet, bint Jón's") jew Ólafur Katrínarson ("Ólafur, iben Katrín"). Konsegwentament l-Iżlandiżi jirriferu għal xulxin permezz tal-ewwel isem biss meta jidħlu f'konversazzjoni ma' individwu ieħor li jipprattika l-istess kultura , u tajjeb li ngħidu wkoll li d-direttorju tat-telefonu Iżlandiż, jelenka l-ismijiet alfabetikament bl-ewwel isem minflok bil-kunjom sistematiku.

Il-Librerija Universitarja fl-Iżlanda

Letteratura[immodifika | immodifika s-sors]

Ix-xogħlijiet letterarji klassiċi magħrufa fl-Iżlanda huma s-sagi Iżlandiżi u l-proża epika li tmur lura għal dak iż-żmien meta l-Iżlanda kellha ġens li setgħet tibda ssejjaħlu tagħha. Però l-iktar letteraturi famużi huma s-saga ta' Njáls , li tittratta vendetta epika u mdemmija, kif ukoll is-saga tal-Grænlendinga u s-saga ta' Eiríks, li jiddeskrivu l-iskoperta u l-abitazzjoni ta' Greenland u l-Vinlandja (li llum hija magħrufa bħala Newfoundland). Is-saga ta' Egils, ta' Laxdæla, ta' Grettis , ta' Gísla u s-saga ta' Gunnlaugs ormstungu huma sagi Iżlandiżi notevoli u popolari ukoll. It-traduzzjoni tal-Bibbja li ġiet ippubblikata fis-seklu 16. Il-kompożizzjonijiet importanti li nkitbu mis-seklu 15 sas-seklu 19 jinkludu versi sagri, l-iktar famużi l-innijiet tal-passjoni ta' Hallgrímur Pétusson, u ta' rímur fejn insibu għadd ta' poeżiji epiċi iżda wkoll ritmiċi. B'dawn il-poeżiji li oriġinaw fis-seklu 14, ir-Rimuri kienu popolari fis-seklu 19, fejn l-iżvilupp tal-forom letterarji ġodda kien ipprovakat mill-awtur Romantiku nazzjonali, Jónas Hallgrímsson. Fiż-żminijiet riċenti, l-Iżlanda pproduċiet bosta kittieba grandjużi; wieħed mill-iktar magħrufa huwa Halldór Laxness, li rċieva l-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1955 (li s'issa huwa l-uniku Iżlandiż li rnexxielu jirbaħ Premju Nobel). Steinn Steinarr kien il-poeta li xerred l-influwenza tal-letteratura moderna matul il-bidu tas-seklu 20, pass progressiv li għamlu popolari sa llum il-ġurnata minkejja l-fatt li m'għadux ħaj (twieled fit-13 ta' Ottubru 1908 - miet fil-25 ta' Mejju 1958).

L-Iżlandiżi huma fanatiċi tal-letteratura, bl-ogħla numru ta' ħwienet tal-kotba għal kull kapita fid-dinja. Minkejja d-daqs tagħha, l-Iżlanda timporta u tittraduċi iktar letteratura internazzjonali minn kwalunkwe pajjiż ieħor. L-Iżlanda għandha l-ogħla rata ta' pubblikazzjoni ta' kotba u rivisti għal kull kapita wkoll, u jista' jingħad li madwar 10 % tal-popolazzjoni tippubblika xi ktieb matul ħajjitha.

Din il-mappa qiegħda tirrappreżenta l-bosta għoljiet eżistenti fuq il-gżira tal-Iżlanda

Ġeografija[immodifika | immodifika s-sors]

L-Iżlanda tinsab f'pożizzjoni speċifika xi mkien fejn l-Oċean Atlantiku u l-Oċean Artiku. Il-gżira prinċipali tinsab kompletament lejn in-Nofsinhar taċ-Ċirku Artiku, li jgħaddi mill-gżejra Iżlandiża ta' Grimsey 'il barra mill-kosta Nordika tal-gżira prinċipali. Il-pajjiż jinsab bejn il-latitudnijiet 63° u 67° T, kif ukoll bejn il-lonġitudnijiet 25° u 13° P. L-Iżlanda hija ferm eqreb tal-Ewropa kontinentali milli tal-Amerka ta' Fuq, allura, il-gżira hija ġeneralment deskritta bħala stat Ewropew minħabba raġunijiet storiċi, politiċi, kulturali u prattiċi. Ġeoloġikalment il-gżira tinkludi partijiet ta' żewġ plakek kontinentali. L-eqreb medda ta' art li tinsab viċin ta' dan il-pajjiż hija Greenland, li qiegħda 290 kilometru 'l bogħod u l-eqreb meded ta' art li jifformaw parti intrinsika mill-kontinent Ewropew huma l-gżejjer Faroe (420 kilometru), il-gżira ta' Jan Mayen (570 kilometru); il-gżejjer Shetland u l-Ebridi esterni (madwar 740 kilometru); l-art prinċipali tal-Iskozja u l-gżejjer Orkney (750 kilometru) u l-art prinċipali tan-Norveġja (madwar 970 kilometru).

L-Iżlanda hija kklassifikata bħala t-tmintax l-ikbar gżira fid-dinja, u bħala t-tieni l-ikbar gżira fl-Ewropa wara l-Gran Brittanja. Id-daqs ta' din il-gżira huwa ta' 101,826 kilometru kwadru, iżda l-kumplament tal-gżira fiha madwar 103,000 kilometru kwadru, fejn 62.7% hija tundra. B'kollox hemm tletin gżira ta' daqs minuri li jaqgħu taħt id-dominju tal-Iżlanda, dawn huma Grimsey u l-arċipelagu ta' Vestmannaeyjar li jospitaw popolazzjonijiet zgħar. Il-lagi u l-glaċieri jkopru madwar 14.3 % mill-wiċċ ta' din il-gżira, fejn 23 % biss jipposjedu xi tip ta' veġetazzjoni li tinsab imminenti fuqhom. L-ikbar lagi huma Þórisvatn (ġibjun) ta' 83–88 kilometru kwadru u Þingvallavatn ta' 82 kilometru kwadru; lagi oħra li huma meqjusin importanti huma: Lagarfljót u Mývatn. Jökulsárlón huwa l-iktar lag fond, b'fond li jlaħħaq madwar 248 metru. Ġeoloġikament, l-Iżlanda hija parti mix-xifer tal-Atlantiku nofsani, xifer naturali ma' fejn tinfirex il-qoxra oċeanika sabiex tkun tista' tiġi ffurmata qoxra oċeanika ġdida. Din il-parti tax-xifer tal-oċean nofsani tinsab fuq mantle plume u għalhekk dan il-fattur jagħmel lill-Iżlanda subarjali, jiġifieri "'l fuq mill-wiċċ tal-baħar. Ix-xifer jimmarka l-fruntiera bejn il-plakek tettoniċi tal-Ewrasja u tal-Amerka; tajjeb li ngħidu wkoll li l-Iżlanda ġiet iffurmata permezz tal-formazzjoni kontinwa ta' bosta qasmiet territorjali li ġew megħjuna permezz tal-ħeffa qerrieda iżda benefiċjarja tal-vulkaniżmu li seħħ max-xifer tal-gżira.

L-Iżlanda għandha tliet parks nazzjonali. Dawn huma: il-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull, il-Park Nazzjonali ta' Snæfellsjökull, u l-Park Nazzjonali ta' Þingvellir. Il-pajjiż huwa kkunsidrat bħala parteċipant b'saħħtu fejn tidħol il-protezzjoni tal-ambjent, infatti l-Iżlanda tinsab ikklassifikata fit-tlettax-il post għall-prestazzjoni eċċellenti tal-ambjent li huwa mogħni bih il-pajjiż għax fl-aħħar mill-aħħar l-għallmu kollu li qiegħed jagħmel dan il-pajjiż huwa ġest umli li jinħtieġlu kull rispett u apprezzament.

Ġeoloġija[immodifika | immodifika s-sors]

L-Iżlanda hija art li għadha ġeoloġikament żagħżugħa. L-Iżlanda tinsab kemm fuq ix-xifer tagħha nnifisha kif ukoll fuq dak Atlantiku Nofsanoi li jgħaddi dritt minn ġol-art. Din il-lokazzjoni tqiegħed lill-Iżlanda f'pożizzjoni ġeoloġika ferm attiva b'ħafna vulkani, bħal: Hekla, Eldgjá, Herðubreið u Eldfell. L-iżbroffar vulkaniku ta' Laki fl-1783-1784 ikkawża ġuħ kbir li kien kważi qatel kwart mill-popolazzjoni tal-gżira. L-iżbroffar kien ikkawża l-formazzjoni ta' sħab bit-trab u bl-irmied, kif ukoll ċpar totali li deher minn bosta postijiet Ewropej u minn ċerti artijiet Afrikani u Asja, din in-nuqqas ta' viżibilità damet għal diversi xhur. L-Iżlanda għandha ħafna geysers, inkluż Geysir, minn fejn hija mnissla l-kelma Ingliża u l-famuż Strokkur li jiżbroffa kull 5-10 minuti. Wara fażi ta' inattività Geysir beda jerġa' jiżbroffa wara serje ta' terremoti li seħħew fis-sena 2000. Il-geyser ma baqax jiżbroffa regolarment wara l-jum meta seħħew it-terremoti

Bid-disponibbiltà mifruxa ta' enerġija ġeotermika u bl-użu ta' ħafna xmajjar u nixxigħat għall-idroelettriku, ħafna residenti għandhom aċċess għal ilma sħun irħas, tisħin u elettriku. Il-gżira hija komposta primarjament minn bażalt, lava ta' silika baxxa assoċjata ma' vulkaniżmu effużiv kif ġara wkoll fil-Hawaii. L-Iżlanda, madanakollu, għandha varjetà ta 'tipi vulkaniċi (komposti u fissuri), ħafna li jipproduċu lavas aktar evolviti bħal rijolit u andesit. L-Iżlanda għandha mijiet ta' vulkani b’madwar 30 sistema vulkanika attiva.

Surtsey, waħda mill-iżgħar gżejjer fid-dinja, hija parti mill-Iżlanda. Imsejħa wara Surtr, telgħet 'il fuq mill-oċean f'serje ta' żbroffar vulkaniku bejn it-8 ta' Novembru 1963 u l-5 ta' Ġunju 1968. Xjenzati biss li jirriċerkaw it-tkabbir ta' ħajja ġdida għandhom il-permess biex iżuru l-gżira.

Fil-21 ta' Marzu 2010, il-vulkan Eyjafjallajökull fin-Nofsinhar tal-Iżlanda faqqa' għall-ewwel darba mill-1821, u ġiegħel lil 600 persuna jaħarbu minn djarhom. Żbroffar addizzjonali fl-14 ta' April ġiegħlu lil mijiet ta' nies jabbandunaw id-djar tagħhom. Is-sħab riżultanti ta' rmied vulkaniku ġab miegħu tfixkil kbir għall-ivvjaġġar bl-ajru madwar l-Ewropa.

Eruzzjoni kbira oħra seħħet fil-21 ta' Mejju 2011. Din id-darba kien il-vulkan Grímsvötn, li jinsab taħt is-silg tal-akbar glaċier tal-Ewropa, Vatnajökull. Grímsvötn huwa wieħed mill-iktar vulkani attivi tal-Iżlanda, u dan l-iżbroffar kien ferm aktar qawwi mill-attività tal-Eyjafjallajökull tal-2010, bl-irmied u l-lava jintefgħu 20 km (12-il mil) fl-atmosfera, u ħolqu sħaba kbira.

L-ogħla elevazzjoni għall-Iżlanda hija mnizzla bhala 2,110 metru (6,923 pied) fil-Hvannadalshnúkur (64 ° 00′T 16 ° 39′P).

Il-Lag Glaċjali ta' Jökulsárlón fl-Iżlanda

Klima[immodifika | immodifika s-sors]

Il-klima tal-kosta Iżlandiża hija waħda oċeanika b'temperaturi sotto-polari. Il-kurrent Atlantiku tat-tramuntana huwa sħun, dan sabiex jiġu assigurati temperaturi annwali ogħla iktar minn bosta postijiet oħra li jinsabu fuq l-istess latitudni fid-dinja. Xi reġjuni fid-dinja li jipposjedu klima simili huma: l-gżejjer ta' Aleutian, il-peniżola tal-Alaska u Tierra del Fuego, minkejja l-fatt li dawn ir-reġjuni jinsabu viċin tal-ekwatur fejn it-tempertura għandha tkun ferm ogħla minn dik ta' pajjiżi Nordiċi bħalma huma l-Iżvezja u n-Norveġja. Minkejja l-prossimità tal-gżejjer mal-Artiku, il-kosti tal-gżejjer jibqgħu liberi mis-silġ matul l-istaġun tax-xitwa. L-inkursjonijiet tas-silġ huma rari, infatti l-aħħar waħda seħħet fuq il-kosta tat-tramuntana fl-1969.

Hemm mnejn wiehed jinduna bil-varjazzjonijiet li jeżistu fit-temperatura f'bosta partijiet differenti tal-gżira. Inġenerali, il-kosta tan-Nofsinhar hija ferm iktar sħuna, umduża u bir-riħ minn dik tat-Tramuntana. L-għoljiet ċentrali jistgħu jitqiesu bħala l-iktar partijiet kesħin tal-pajjiż. Dawk iż-żoni interni li jinsabu f'livell baxx fit-Tramuntana huma kkunsidrati bħala l-iktar postijiet aridi. L-inżul tal-borra fix-xitwa huwa avveniment iktar frekwenti fit-Tramuntana milli fin-Nofsinhar. L-ogħla temperatura rreġistrata kienet ta' 30.5 °C fit-22 ta' Ġunju tal-1939 f'Teigarhorn li tinsab ħdejn il-kosta tan-nofsinhar-lvant. L-inqas temperatura rreġistrata fil-pajjiż kienet ta' 38 °C taħt iż-żero (−36.4 °F) fit-22 ta' Jannar 1918, f'Grímsstaðir u f'Möðrudalur' fil-ħinterland tal-Grigal. It-temperaturi rrikordjati għal-lokalità ta' Reykjavík huma ta' 26.2 °C fit-30 ta' Lulju 2008, u −24.5 °C fil-21 ta' Jannar 1918.

Nuvola apps kweather.svg Medji tat-temperaturi għal Rejkjavik, Iżlanda Weather-rain-thunderstorm.svg
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ
Medja tal-ogħla temperatura °C (°F) 1.9
(35)
2.8
(37)
3.2
(38)
5.7
(42)
9.4
(49)
11.7
(53)
13.3
(56)
13.0
(55)
10.1
(50)
6.8
(44)
3.4
(38)
12.2
(54)
Medja tal-inqas temperatura °C (°F) −3.0
(27)
−2.1
(28)
−2.0
(28)
0.4
(33)
3.6
(38)
6.7
(44)
8.3
(47)
7.9
(46)
5.0
(41)
2.2
(36)
−1.3
(30)
−2.8
(27)
Sors #1: {{{sors1}}}


Relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea[immodifika | immodifika s-sors]

Lulju 2010 - status ta' kandidat għall-UE u l-bidu tan-negozjati tal-adeżjoni

L-applikazzjoni tal-Iżlanda għas-sħubija fl-UE ġiet ippreżentata fis-17 ta' Lulju 2009.

Fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Lulju 2009, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Iżlanda. Fl-24 ta' Frar 2010 il-Kummissjoni tat opinjoni pożittiva u rrakkomandat il-ftuħ ta' negozjati tal-adeżjoni.

F'laqgħa fis-17 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li għandhom jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni. Il-Kunsill qabel dwar qafas għan-negozjati mal-Iżlanda fis-26 ta' Lulju 2010.

L-ewwel laqgħa fil-livell ministerjali tal-Konferenza mal-Iżlanda dwar l-Adeżjoni fetħet in-negozjati tal-adeżjoni fis-27 ta' Lulju 2010. Minn dakinhar saru 4 konferenzi fil-livell ministerjali mal-Iżlanda dwar l-adeżjoni.

Mill-35 kapitolu tan-negozjati, inbdew in-negozjati fuq 27 kapitolu, li minnhom ingħalqu b'mod proviżorju 11-il kapitolu.

2013 - negozjati sospiżi

Fis-17 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill ħa nota tad-deċiżjoni tal-Gvern Iżlandiż li jissospendi n-negozjati tal-adeżjoni. Il-Kunsill issottolinja l-fehma tiegħu li l-adeżjoni tal-Iżlanda hija kwistjoni ta' benefiċċju reċiproku. Indika wkoll li l-UE kienet lesta li tkompli n-negozjati, jekk l-Iżlanda tiddeċiedi li tissokta bihom.

Fit-12 ta’ Marzu 2015, f’ittra lill-presidenza tal-Kunsill, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Iżlanda kkonferma li l-gvern tal-Iżlanda ma kellu ebda intenzjoni li jerġa’ jibda t-taħditiet dwar l-adeżjoni. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tenna l-importanza tat-tkomplija ta’ relazzjonijiet u kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-Iżlanda bbażati, b’mod partikolari, fuq il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea. Il-presidenza tal-Kunsill ħadet nota tal-ittra.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Statistics Iceland (ed.). "Statistics Iceland:Key figures".
  2. ^ a b c d International Monetary Fund (ed.). "Iżlanda".
  3. ^ Central Intelligence Agency. United States Government (ed.). "CIA – The World Fact book – Iceland". Government (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċessdata= (għajnuna)
  4. ^ Statistics Iceland. The National Statistical Institute of Iceland (ed.). "Statistics Iceland". Government (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċessdata= (għajnuna)
  5. ^ Don Young (2009). Hunter Publishing, Inc (ed.). Reykjavik Iceland & its Surroundings. p. 30.ISBN 978-1-58843-798-3
  6. ^ Tomasson, Richard F. (1980). U of Minnesota Press (ed.). Iceland, the first new society. p. 63. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |kuljom= (għajnuna)ISBN 0-8166-0913-6
  7. ^ Oecd.org (ed.). "OECD Tax Database". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċessdata= (għajnuna)
  8. ^ Olaffson, Stefán. borg.hi.is (ed.). "The Icelandic Welfare State and the Conditions of Children". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċessdata= u |kuljom= (għajnuna)
  9. ^ "Tabella" (PDF).
  10. ^ Fundforpeace.org (ed.). "Fundforpeace.org. Failed States Index (2011)" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċessdata= (għajnuna)
  11. ^ Www3.weforum.org (ed.). "The Global Gender Gap Report 2012" (PDF). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċessdata= (għajnuna)
  12. ^ icelandexport.is (ed.). "Icelandic Language". Iceland Trade Directory (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċessdata= (għajnuna)
  13. ^ Heimur.is (ed.). "Heimur – Útgáfufyrirtækið". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċessdata= (għajnuna)