Belt kapitali
Il-belt kapitali ta' żona, inħawi, reġjun u/jew pajjiż hi l-belt prinċipali, li ġeneralment tkun tirrappreżenta l-bqija ta' dik l-art, ġeneralment minħabba s-saħħa ekonomika u kummerċjali (u sussegwentement saħħa soċjokulturali u politika) li jkollha. Il-bliet kapitali ġeneralment huma l-bliet li jagħtu lok għat-tmexxija amministrattiva tal-bqija tar-reġjun.
Dawn ta' fuq huma kwalitajiet li ħafna bliet kapitali jkollhom, iżda mhux bil-fors. Kif mhux bil-fors li l-belt kapitali tkun l-akbar belt bħala daqs u popolazzjoni, nieħdu b'eżempju il-Belt Valletta, fejn għalkemm hi ċ-ċentru amministrattiv, leġislattiv u ġudizzjarju, mhix l-ikbar belt.
Xi bliet kapitali kienu ppjanati minn qabel biex ikunu dan, filwaqt li oħrajn minn dejjem servew bħala ċ-ċentru ewlieni tat-tmexxija u tal-kultura (fosthom Ruma u Londra).
L-akbar bliet kapitali nazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]L-akbar bliet kapitali nazzjonali, f'kull reġjun, skont il-popolazzjoni, huma:
- Fl-Afrika: Kajr (7,933,236)
- Fl-Asja: Tokjo (12,790,000)
- Fl-Ewropa: Moska (10,654,000)
- Fl-Amerka ta' Fuq: Belt tal-Messiku (8,658,576)
- Fl-Oċeanja: Wellington (445,400)
- Fl-Amerka t'Isfel: Bogotá (7,363,494)
- Fl-Unjoni Ewropea: Berlin (3,748,148)