Aqbeż għall-kontentut

L-Amerika ta' Fuq

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-Amerika ta' Fuq
Erja 24,709,000 km2
Popolazzjoni 579,024,000
Densità tal-popolazzjoni 22.9/km2
PGD (nominal) $24.88 triljun[1]
PGD (PPP) $26.55 triljun[2]
PGD per capita $49,430[3]
Demonimu abitant tal-Amerika ta’ Fuq
Pajjiżi 23 stat sovran
Dipendenzi 23 territorju mhux sovran
Lingwi Ingliż, Spanjol, Franċiż, u bosta oħrajn
Żoni tal-ħin UTC-10 sa UTC
L-ikbar bliet

Lista taż-żoni urbani:[4]

  • il-Belt ta’ New York
  • il-Belt tal-Messiku
  • Los Angeles
  • Chicago
  • Boston
  • Toronto
  • Dallas–Fort Worth
  • iż-Żona tax-Xatt ta’ San Francisco
  • Houston
  • Miami
  • Philadelphia
Kodiċi NU M49

003 – l-Amerika ta’ Fuq

019 – l-Amerki
001 – id-Dinja


Mappa tal-Amerka ta' Fuq bil-karatteristiċi fiżiċi, politiċi u tal-popolazzjoni fl-2018

L-Amerika ta' Fuq (jew l-Amerka ta' Fuq) hija kontinent li jinsab kollu kemm hu fl-Emisferu tat-Tramuntana u kważi kollu fl-Emisferu tal-Punent. Tista' tiġi deskritta wkoll bħala s-sottokontinent ta' fuq miż-żewġ Amerki. Ma għandhiex tiġi konfuża mat-Tramuntana tal-Amerka li tirreferi għall-Istati Uniti u mhux għall-kontinent. Fit-Tramuntana tal-Amerka ta' Fuq hemm l-Oċean Artiku, fil-Lvant hemm l-Oċean Atlantiku, fil-Lbiċ hemm l-Amerka t'Isfel u l-Baħar Karibew, u fil-Punent u fin-Nofsinhar hemm l-Oċean Paċifiku. Madankollu, Greenland, peress li tinsab fuq il-Plakka Tettonika tal-Amerka ta' Fuq, spiss tiġi inkluża bħala parti mill-Amerka ta' Fuq ġeografikament.

L-Amerka ta' Fuq tkopri madwar 24,709,000 kilometru kwadrat ta' art, madwar 16.5 % tal-art tad-Dinja u madwar 4.8 % tas-superfiċe totali tagħha. L-Amerka ta' Fuq hija t-tielet l-ikbar kontinent bħala art, wara l-Asja u l-Afrika, u r-raba' bħala popolazzjoni, wara l-Asja, l-Afrika u l-Ewropa. Fl-2013, ġie stmat li l-popolazzjoni tagħha kienet kważi 579 miljun persuna fi 23 stat indipendenti, jew madwar 7.5 % tal-popolazzjoni dinjija, jekk jiġi inklużi l-gżejjer viċini (l-iktar dawk ta' madwar il-Karibew).

L-ewwel popolazzjonijiet umani laħqu l-Amerka ta' Fuq matul l-aħħar perjodu glaċjali, billi qasmu l-art definita attwalment bħala Berinġja madwar 40,000 sa 17,000 sena ilu. L-hekk imsejjaħ perjodu Paleo-Indjan jitqies li dam sa madwar 10,000 sena ilu (il-bidu tal-perjodu Arkajku jew Meso-Indjan). L-istadju klassiku kien bejn wieħed u ieħor mis-sekli 6 sa 13. L-era pre-Kolombjana ntemmet fl-1492, bil-bidu tal-migrazzjonijiet Transatlantiċi ta' insedjaturi Ewropej matul Żmien l-Iskoperti u l-perjodu modern bikri. Madankollu, l-ewwel referenzi Ewropej li qatt ġew irreġistrati rigward l-Amerka ta' Fuq (għajr Greenland) kienu dawk tas-sagi tal-Iskandinavja Antika fl-1000 W.K. bl-isem ta' Vinland. Ix-xejriet kulturali u etniċi attwali jirriflettu l-interazzjonijiet bejn il-kolonjalisti Ewropej, il-popli indiġeni, l-ilsiera Afrikani, l-immigranti u d-dixxendenti ta' dawk il-gruppi.

Minħabba l-kolonjalizzazzjoni Ewropea tal-Amerki, il-biċċa l-kbira tal-abitanti tal-Amerka ta' Fuq jitkellmu lingwi Ewropej bħall-Ingliż, l-Ispanjol jew il-Franċiż, u l-kulturi tagħhom is-soltu jirriflettu t-tradizzjonijiet tal-Punent.

Mappa tal-Amerka ta' Fuq tal-1621

Huwa aċċettat komunement li isem l-Amerki ngħata mill-kartografi Ġermaniżi Martin Waldseemüller u Matthias Ringmann biex jagħtu ġieħ lill-esploratur Taljan Amerigo Vespucci.[5] Vespucci esplora l-Amerka t'Isfel bejn l-1497 u l-1502, u kien l-ewwel Ewropew li ssuġġerixxa li l-Amerki ma kinux l-Indji tal-Lvant, iżda massa ta' art differenti li qabel ma kinitx magħrufa fost l-Ewropej. Fl-1507, Waldseemüller ipproduċa mappa tad-dinja, li fiha poġġa l-kelma "Amerka" fuq il-kontinent tal-Amerka t'Isfel, fin-nofs tal-art li llum tagħmel parti mill-Brażil. Huwa spjega r-raġunament dwar l-isem fil-ktieb Cosmographiae Introductio: "ab Americo inventore ... quasi Americi terram sive Americam" (mill-iskopritur Americus ... bħallikieku kienet l-art ta' Americus, u għaldaqstant Amerka).[6]

Skont Waldseemüller, ħadd ma għandu joġġezzjona li din l-art tissemma wara min skopriha. Huwa uża l-verżjoni Latina ta' isem Vespucci (Americus Vespucius), iżda bil-ġens femminil America, bħalma kien il-każ għal Europa, Asia u Africa. Iktar 'il quddiem, produtturi tal-mapep oħrajn estendew l-isem America għall-kontinent ta' fuq l-Amerka t'Isfel. Fl-1538, Gerard Mercator uża America fuq il-mappa tad-dinja tiegħu għall-Emisferu tal-Punent kollu.[7]

Uħud argumentaw li peress li s-soltu kien jintuża l-kunjom għal isem l-iskoperti (għajr fil-każ ta' xi ħadd irjali), jaf ifeġġu dubji dwar kemm l-Amerki ġejjin minn isem Amerigo Vespucci.[8] Fil-fatt, fl-1874, Thomas Belt ippropona li l-isem ġej minn isem il-muntanji Amerrique tal-Amerka Ċentrali; is-sena ta' wara, Jules Marcou ssuġġerixxa li l-isem ta' dawk il-muntanji ġej minn lingwi indiġeni Amerikani.[9] Marcou kkorrisponda ma' Augustus Le Plongeon, li kiteb li l-isem America jew Amerrique fil-lingwa tal-Maya tfisser pajjiż b'riħ qawwi perpetwu jew l-art tar-riħ, u tista' tfisser spirtu li jieħu n-nifs, jiġifieri l-ħajja nnifisha.

Mercator, fuq il-mappa tiegħu sejjaħ l-Amerka ta' Fuq bħala l-Amerka jew l-Indja l-Ġdida (America sive India Nova).[10]

  1. ^ ""GDP nominal, current prices" - il-Fond Monetarju Internazzjonali". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  2. ^ ""GDP PPP, current prices" - il-Fond Monetarju Internazzjonali". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  3. ^ ""GDP per capita, current prices" - il-Fond Monetarju Internazzjonali". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  4. ^ ""Demographia World Urban Areas, 16th Annual Edition 2020.06"" (PDF). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  5. ^ ""Amerigo Vespucci". Encyclopædia Britannica". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  6. ^ "Herbermann, Charles George, ed. (1907). The Cosmographiæ Introductio of Martin Waldseemüller in Facsimile. Tradott minn Edward Burke u Mario E. Cosenza, introduzzjoni ta' Joseph Fischer u Franz von Wieser. New York: The United States Catholic Historical Society. p. 9. Latin: "Quarta pars per Americum Vesputium (ut in sequentibus audietur) inventa est, quam non video, cur quis jure vetet, ab Americo inventore sagacis ingenii viro Amerigen quasi Americi terram sive Americam dicendam, cum et Europa et Asia a mulieribus sua sortita sint nomina."". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  7. ^ "Jonathan Cohen. "The Naming of America: Fragments We've Shored Against Ourselves"". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  8. ^ Lloyd, John; Mitchinson, John (2006). The Book of General Ignorance. Harmony Books. p. 95. ISBN 978-0-307-39491-0. “New countries or continents were never named after a person's first name, but always after the second ...”
  9. ^ ""Origin of the Name America" ta' Jules Marcou, The Atlantic Monthly, March 1875 - UNZ.org". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  10. ^ ""Mercator 1587 | Envisioning the World | The First Printed Maps". lib-dbserver.princeton.edu". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-09-12. Miġbur 2021-01-28. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess= u |koawturi= (għajnuna)