Aqbeż għall-kontentut

Italja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Repubblika Taljana
Repubblica Italiana
Repubblika TaljanaRepubblica Italiana – Bandiera Repubblika TaljanaRepubblica Italiana – Emblema
Bandiera Emblema
Innu nazzjonali: Il Canto degli Italiani

Lokazzjoni tal-Italja (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur)
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Ruma
41°54′N 12°29′E / 41.9°N 12.483°E / 41.9; 12.483

Lingwi uffiċjali Taljan
Gruppi etniċi  ara Demografija
Gvern Repubblika parlamentari unitarja
 -  President Sergio Mattarella
 -  Prim Ministru Giorgia Meloni
Leġislatura Parlament tar-Repubblika Taljana
Formazzjoni
 -  Unifikazzjoni 17 ta' Marzu, 1861 
Sħubija fl-UE 25 ta' Marzu, 19572
Erja
 -  Total 301,338 km2 (71)
116,346 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 1.24
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2024 58,947,905 (25)
 -  Densità 195.7/km2 (71)
506.9/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2010
 -  Total $1.828 triljun[1] (10)
 -  Per capita $30,165[1] (30)
PGD (nominali) stima tal-2011
 -  Total $2.245 triljun[1] (8)
 -  Per capita $37,046[1] (24)
Valuta Ewro ()1 (EUR)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku 39
TLD tal-internet .it3
1 Qabel l-1999: Lira Taljana
2Membru fundatur.3 Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea

L-Italja, uffiċjalment magħrufa bħala r-Repubblika Taljana, hija pajjiż li jinsab fin-Nofsinhar tal-Ewropa. Il-fruntiera tal-Italja tmiss ma' fruntieri ta' pajjiżi Ewropej oħra, ngħidu aħna bħal Franza, l-Iżvizzera, l-Awstrija, u s-Slovenja tul l-Alpi li jservu ta' fruntiera naturali. In-Nofsinhar ta' dan il-pajjiż ġej fil-forma ta' peniżola, dan għax din il-parti hija mdawra mill-Baħar Mediterran. F'din il-parti tal-Italja wieħed jista' faċilment jilloka l-gżira maġġuri ta' Sqallija, il-gżira ta' Sardinja u l-izgħar stati indipendenti li huma fi ħdan ir-reġjun Taljan, li huma San Marino u l-belt tal-Vatikan. It-territorju Taljan ikopri xi 301,338 kilometru kwadru u huwa influwenzat direttament minn klima moderata u staġjonali. B'60.8 miljun abitant, l-Italja hija l-ħames l-iktar pajjiż ippopolat fl-Ewropa u għandha t-titlu tat-23 l-iktar pajjiż b'densità għolja fid-dinja. Ruma hija l-ikbar belt u l-belt kapitali tal-Italja.

Torrijiet ta' San Gimignano fit-Toskana
Triq Verona f'nofs is-seklu 19

Qabel l-1861, l-Italja ma kinitx stat unit. It-territorju kien magħmul minn grupp ta' stati indipendenti, li kienu kkmandati minn pajjiżi oħra (bħall-Awstrija, Franza u Spanja). F'nofs is-seklu 19, il-Konti ta' Cavour kien il-Kap tal-Gvern tal-"Istat ta' Sardinja". Dan ipperswada lill-Awstrijaċi li kienu qegħdin jgħixu fil-Lombardia u fil-Veneto biex joħolqu l-istat tat-Tramuntana tal-Italja. Imbagħad stati oħra mill-Italja ċentrali u tan-Nofsinhar issieħbu mal-Piemonte sabiex ikun jista' jinħoloq stat akbar.

Fl-1860, Giuseppe Garibaldi rnexxielu jirbaħ il-gżira ta' Sqallija u wara ħafna ġiri madwar l-Ewropa, fl-1861, Garabaldi ħoloq ir-Renju tal-Italja.[2] Vittorio Emanuele II sar ir-re tar-renju l-ġdid. Fl-1861, il-Lazio u l-Veneto kienu għadhom mhux parti mill-Italja, għaliex kienu meqjusin bħala l-proprjetà tal-Papa li kien qiegħed jipproteġi lill-Awstrija bit-tarka tal-Kristjaneżmu għaliex il-Papa ma riedx ikun kompliċi fil-kunflitt li kellu jseħħ bejn dawn il-pajjiżi Nsara, jiġifieri l-Italja u l-Awstrija.

Il-Veneto sar parti mill-Italja fl-1866, eżattament wara gwerra qalila kontra l-imperu Awstrijak. Is-suldati Taljani ħadu l-Lazio fl-1870 mingħand il-Papa. Issa l-Italja kienet verament magħquda, u dan ma setax ikun possibbli li kieku ma kienx għal dawk il-bosta personaġġi li ħadu sehem f'din il-battalja għall-unità tal-Italja taħt l-istat ta' Piemonte.

L-Italja ħadet sehem fl-Ewwel Gwerra Dinjija bħala alleata tal-Gran Brittanja, Franza, u r-Russja kontra l-Poteri Ċentrali. Kważi l-ġlied kollu tal-Italja kien fuq il-fruntiera tal-Lvant, ħdejn l-Awstrija. Wara t-telfa ta' Caporetto, it-Taljani ħasbu li tilfu l-gwerra. Iżda, fl-1918, il-Poteri Ċentrali ċedew u l-Italja kisbet ir-reġjun ta' Venezia Tridentina (Trentino u Alto Adige), li qabel kien tal-Awstrija.

Fl-1922, kien hemm gvern ġdid Taljan taħt Benito Mussolini, il-mexxej tal-Faxxiżmu fl-Italja. Dan sar Kap tal-Gvern u dittatur, u sejjaħ lilu nnifsu "duce" - li tfisser "mexxej" bit-Taljan. Sar ħabib tad-dittatur Ġermaniż Adolf Hitler, u daħal miegħu fit-Tieni Gwerra Dinjija. Italja daħlet fil-gwerra fl-1940 bħala alleata tal-Ġermanja u l-Ġappun kontra Franza, il-Gran Brittanja, u r-Russja. Matul il-gwerra, l-Italja kkontrollat l-parti l-kbira tal-Baħar Mediterran.

Fil-25 ta' Lulju 1943, Mussolini tneħħa mill-Kunsill il-Kbir tal-Faxxiżmu, u fit-8 ta' Settembru 1943, Badoglio ddikjara li l-gwerra tal-Italja bħala alleata tal-Ġermanja kienet intemmet. L-Italja bdiet tiġġieled mal-alleati, li kienu Franza u r-Renju Unit, iżda s-suldati Taljani ma kinux jafu fuq min jisparaw. Fit-Tramuntana tal-Italja twaqqaf moviment jismu Resistenza biex jiġġieled kontra l-invażuri Ġermaniżi. Mussolini pprova jwaqqaf stat ieħor faxxista fit-Tramuntana tal-Italja, ir-Repubblika ta' Salò, imma dan falla. Fil-25 ta' April 25 1945, l-Italja saret ħielsa. L-istat sar repubblika fit-2 ta' Ġunju 1946, u għall-ewwel darba n-nisa setgħu jivvutaw. Il-poplu Taljan temm id-dinastija ta' Savoia u adotta gvern repubblikan.

Ir-reġjun ta' Piemonte
Blat Alpini tal-Lvant
Wied Ulten
Hochgall fil-Grupp Rieserferner
Hochgall fil-Grupp Rieserferner
Val Badia, ħdejn il-belt ta' Badia
Lag Braie jew Pragser Wildsee
Grupp ta 'siġar taż-żnuber u l-arżnu fil-foresta ta' Latemar

Fi Frar 1947, l-Italja ffirmat trattat ta' paċi mal-alleati u tilfet il-kolonji kollha u xi żoni territorjali (Istria u partijiet mid-Dalmazja). L-Italja ssieħbet fin-NATO u l-Komunità Ewropea (bħala membru fundatur), u saret waħda mill-akbar ekonomiji industrijali fid-dinja.

L-Italja hija peniżola, fis-sens li hija mdawra mill-baħar min-naħat kollha minbarra waħda (tat-Tramuntana tagħha). It-Tramuntana tal-Italja hija separata minn Franza, l-Iżvizzera, u l-Awstrija bil-katina ta' muntanji tal-Alpi.[3] Mont Blanc (Monte Bianco bit-Taljan jew il-Muntanja l-Bajda bil-Malti), l-ogħla muntanja fl-Ewropa tal-Punent hija parti minn din il-katina.[4] Il-tieni katina ta' muntanji importanti fl-Italja hi dik tal-Appennini li huma fl-Italja ċentrali u tan-Nofsinhar.

Il-belt kapitali tal-Italja hija Ruma. Fost il-bliet importanti l-oħra fl-Italja insibu Torino, Firenze, Napli, u Venezja. Il-pajjiż għandu numru ta' gżejjer, l-akbar huma Sqallija u Sardinja,[2][5] li jintlaħqu bil-vapur jew bl-ajruplan.[2] Ix-xmara Po hija meqjusa bħala l-itwal xmara fl-Italja.[6] Ix-xmara Tevere tgħaddi minn ġol-belt ta' Ruma. It-Tramuntana tal-Italja għandha wħud mill-akbar lagi fil-pajjiż, bħal-Lag ta' Garda, il-Lag ta' Como, il-Lag Maggiore u l-Lag Iseo.[7] Billi hija mdawra bil-baħar, l-Italja għandha kosta twila ħafna kilometri, li tattira lit-turisti minn madwar id-dinja kollha.[8] It-turisti jmorru l-Italja wkoll biex jaraw il-ħafna postijiet storiċi.[9] Hemm żewġ pajjiżi żgħar ħafna ġewwa l-Italja. Dawn huma San Marino, li hija mdawra mit-Tramuntana tal-Italja, u l-Vatikan, li jinsab ġewwa l-belt kapitali ta' Ruma.

Total tal-fruntieri tal-Italja: 1,836.4 km, pajjiżi tal-fruntiera (6): Awstrija 404 km; Franza 476 km; Santa Sede (Belt tal-Vatikan) 3.4 km; San Marino 37 km; Slovenja 218 km; Isvizzera 698 km.

Nies u kultura

[immodifika | immodifika s-sors]
Isola del Liri, Wied il-Latini

Il-popolazzjoni tal-Italja tammonta għal ftit aktar minn sittin miljun ruħ.[10] Madwar 2.7 miljun ruħ minnhom jgħixu f'Ruma[11] u 1.3 miljun ruħ jgħixu f'Milan.[12] Wieħed jista' jqis lill-Italja bħala kompletament Kattolika Kristjana infatti ftit huma dawk in-nies li għandhom twemmin ta' natura differenti.

L-ilsien uffiċjali tal-Italja huwa t-Taljan però f'xi żoni żgħar wieħed jista' saħansitra jisma' l-Ġermaniż, is-Sloven jew il-Franċiż. Xi nies jitkellmu wkoll lingwi bħall-Isqalli u s-Sardu, li huma simili ħafna għat-Taljan, allura jistgħu jitqiesu bħala żewġ djaletti li ġew mnissla mill-ilsien Taljan. Il-poplu Taljan hu parzjalment imnissel mir-Rumani antiki. L-Italja għandha l-aktar Siti ta' Wirt Dinji minn kull nazzjon ieħor fid-dinja flimkien maċ-Ċina.[13] Dawn is-siti huma kulturalment importanti u ta' valur universali straordinarju skont il-UNESCO. Madwar 60 % tax-xogħlijiet tal-arti tad-dinja kollha jinsabu fl-Italja. L-Italja hija wkoll produttur kbir tal-inbid. Fl-2005 ipproduċiet aktar minn ħames miljun tunnellata metrika.[14]

Ekonomija u trasport

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Italja għandha sistema moderna ta' għajnuna soċjali. Is-suq tax-xogħol huwa relattivament b'saħħtu, b'ħafna barranin, speċjalment mir-Rumanija, jaħdmu fl-Italja fejn il-pagi huma ħafna ogħla. Iżda seta' kien hemm ħafna iktar ħaddiema fis-suq billi l-irġiel u n-nisa jirtiraw fl-età ta' 57 sena. Ir-rata tal-qgħad hija relattivament għolja, 8,2 %.[15][16] Is-soċjetà moderna tal-Italja hija mibnija fuq is-self u issa l-pajjiż għandu dejn katastrofiku ta' 120 % tal-PDG totali tal-pajjiż.[17]

In-network ferrovjarju ​​fl-Italja jammonta għal 16,627 kilometru (10,331 mil), is-17 l-itwal fid-dinja. Il-ferroviji li huma ta' veloċità għolja jinkludu l-ferroviji tal-klassi ETR li jivvjaġġaw bit-300 kilometru fis-siegħa.

Il-President tar-Repubblika tal-Italja Sergio Mattarella

Il-Kap tal-Istat huwa Sergio Mattarella, li l-kompitu tiegħu beda fit-3 ta' Frar 2015 u jintemm fl-2022 (il-President tar-Repubblika jibqa' għal seba' snin). Mattarella huwa t-tnax-il President tar-Repubblika Taljana u kien preċedut minn Giorgio Napolitano. L-ewwel president kien Enrico De Nicola u llum il-ġurnata l-Kap tal-Gvern huwa Mario Draghi. L-Italja kienet waħda mill-ewwel membri tal-Unjoni Ewropea u fl-2002, flimkien ma' ħdax-il pajjiż Ewropew ieħor bidlet il-munita tagħha u bdiet tuża l-ewro bħala l-munita uffiċjali tagħha. Qabel kienet tintuża l-lira Taljana, li kienet bdiet tintuża fl-1861.

Il-Knisja ta' San Louis tal-Franċiż (Taljan, San Luigi dei Francesi) hija waħda mill-knejjes f'Ruma (l-Italja). Hija tinsab fil-pjazza bl-istess isem, mhux 'il bogħod minn Piazza Navona.
Il-Knisja ta' San Louis tal-Franċiż (Taljan, San Luigi dei Francesi) hija waħda mill-knejjes f'Ruma (l-Italja). Hija tinsab fil-pjazza bl-istess isem, mhux 'il bogħod minn Piazza Navona.
Artal ta' San Louis fil-Knisja ta' San Louis tal-Franċiż (Ruma), Plautilla Bricci, 1664
Mibnija fl-126 bħala l-Panteon ta' Agreipa Sa mis-seklu 7 ilha tintuża bħala knisja, bħalissa tirċievi l-isem ta' Bażilika ta' Santa Marija u l-Martri, iżda hija magħrufa informalment bħala Santa Marija Rotunda. Il-pjazza ta' quddiem il-Panteon tissejjaħ piazza della Rotonda u tagħti isimha lil distrett tal-belt.
Reliġjożità fl-Italja
reliġjon perċentaġġ
Insara
 
90%
Bla reliġjon
 
7%
Misilmin
 
2%
Oħrajn
 
1%

Ħafna nies fl-Italja huma Kattoliċi, iżda l-Knisja Kattolika ma għadhiex uffiċjalment ir-reliġjon tal-istat. 87.8 % tal-poplu jgħidu li huma Kattoliċi[18] filwaqt li madwar terz biss jgħidu li huma membri attivi (36.8 %). Hemm ukoll gruppi ta' Kristjani oħra fl-Italja: aktar minn 700,000 huma Insara Ortodossi tal-Lvant. 180,000 minnhom jappartjenu għall-Knisja Ortodossa Griega.[19]

550,000 huma Pentekostali u Evangelikali (0.8 %), 236,000 Xhieda ta' Jehovah (0.4 %)[20], 30,000 Waldensjani[21], 25,000 Avventisti, 22,000 Mormoni, 20,000 Battisti, sebat elef Luterani, erbat elef Metodisti.[22] L-eqdem minoranza reliġjuża fil-pajjiżl hija l-komunità Lhudija. Għandha madwar 45,000 ruħ u ma għadhiex l-akbar grupp mhux Nisrani. Hemm madwar 825,000 Musulman li jgħixu fl-Italja, u ħafna minnhom huma emigranti (1.4 % tal-popolazzjoni totali) u 50,000 biss huma ċittadini Taljani.[23] Barra minn hekk, hemm xi ħamsin elf Buddist kif ukoll 70,000 Indù fl-Italja.

L-Italja hija maqsuma f'għoxrin reġjun (Regione bit-Taljan) u kull reġjun huwa maqsum f'provinċji.

Mill-għoxrin reġjun differenti, ħamsa minnhom għandhom status speċjali u huma msejħa awtonomi. Dan ifisser li dawn jistgħu jagħmlu ċerti liġijiet lokali aktar faċilment. Dawn ir-reġjuni huma mmarkati b'asterisk (*) hawn taħt.

Venezja
Reġjun Belt Kapitali Erja (km²) Popolazzjoni
Abruzzo L'Aquila 10,794 1,324,000
Valle d'Aosta* Aosta 3,263 126,000
Puglia Bari 19,362 4,076,000
Basilicata Potenza 9,992 591,000
Calabria Catanzaro 15,080 2,007,000
Campania Napli (Napoli) 13,595 6,081,000
Emilia-Romagna Bolonja (Bologna) 22,124 4,276,000
Friuli-Venezia Giulia* Trieste 7,855 1,222,000
Lazjo (Lazio) Ruma (Roma) 17,207 5,561,000
Liguria Ġenova 5,421 1,610,000
Lombardia Milan 23,861 9,642,000
Marche Ancona 9,694 1,553,000
Molise Campobasso 4,438 320,000
Piemonte Torino 25,399 4,401,000
Sardinja (Sardegna)* Kaljari (Cagliari) 24,090 1,666,000
Sqallija (Sicilia)* Palermo 25,708 5,030,000
Toscana Firenze 22,997 3,677,000
Trentino-Alto Adige* Trento 13,607 1,007,000
Umbria Perugia 8,456 884,000
Veneto Venezja (Venezia) 18,391 4,832,000

L-aktar bliet popolati fl-Italja

[immodifika | immodifika s-sors]

Bliet famużi oħra fl-Italja

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. 1 2 3 4 "International Monetary Fund: Italy".
  2. 1 2 3 "MSN Learning & Research - Italy". web.archive.org. 2003-12-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2003-12-03. Miġbur 2021-03-23.
  3. Alps are the border between Italy and other countries
  4. ippubblikata minn BBC News
  5. Biggest Islands in the World
  6. National Geographic, Eria Zwingle
  7. The Guardian 19 ta' Marzu 2005, The lake show, Philip Watson
  8. BBC News
  9. BBC News
  10. Flag Counter: Italy
  11. Rome's Population
  12. Milan's Population
  13. List of UNESCO World Heritage
  14. Countries by wine Production
  15. "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-11-18. Miġbur 2013-02-15.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  16. Corriere della Sera
  17. Il-Knisja Ortodossa tal-Italja u Malta
  18. Center for Studies on New Religions
  19. Il-Knisja Evanġelika Waldensjana
  20. World Council of Churches
  21. UK Foreign and Commonwealth Office

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]