Iżlam
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
L-Iżlam, ġieli spellut Islam, (bl-Għarbi: ۘالِإسْلَام, al-Islām, traduzzjoni: "Sottomissjoni [għar-rieda t'Allah]") huwa reliġjon monoteista Abramika (bħall-Ġudaiżmu u l-Kristjaneżmu) iċċentrata fuq il-Qu'ran (bil-Malti: il-Koran, relatata mal-kelma "Qara" mill-għerq q-r-j) u t-tagħlim ta' Muħammed. L-aderenti tal-Iżlam, imsejħa muslimin (bil-Malti: Misilmin jew Musulmani), jammontaw għal madwar 2 biljun ruħ globalment u huma t-tieni l-akbar popolazzjoni reliġjuża fid-dinja wara l-Kristjaneżmu.[1]
Il-Misilmin jemmnu li l-Iżlam huwa l-verżjoni sħiħa u universali ta' fidi primordjali li ġiet rivelata ħafna drabi permezz ta' profeti preċedenti bħal Adam (maħsub li hu missier il-bniedem), Ibrahim (Abram), Musa (Mosè) u Għisa (Ġesù), fost oħrajn. Dawn ir-rivelazzjonijiet preċedenti huma attribwiti lill-Ġudaiżmu u lill-Kristjaneżmu, li huma meqjusa fl-Iżlam bħala twemmin spiritwali ta' qabel. Il-Misilmin niqisu l-Koran bħala l-kelma verbatim ta' Alla u r-rivelazzjoni finali mhux mibdula. Flimkien mal-Koran, il-Misilmin jemmnu wkoll fir-rivelazzjonijiet preċedenti, bħat-Tawrat (it-Torah), iż-Żabur (Salmi), u l-Inġil (Evanġelu). Huma jqisu wkoll lil Muħammad bħala l-profeta Iżlamiku ewlieni u finali, li permezz tiegħu tlestiet ir-reliġjon. It-tagħlim u l-eżempji normattivi ta' Muħammad, imsejħa s-Sunna, iddokumentati f'rakkonti msejħa l-Ħadit, jipprovdu mudell kostituzzjonali għall-Misilmin. Il-liġi Iżlamika, ix-Xarija, tmiss prattikament kull aspett tal-ħajja, mill-banek u l-finanzi u l-benesseri għall-irwoli tal-irġiel u tan-nisa u l-ambjent. Festi reliġjużi prominenti jinkludu Għid il-Fitr u Għid il-Adħa. It-tliet siti l-aqdes fl-Iżlam f'ordni dixxendenti huma l-Masġed il-Ħram (il-Moskea s-Sagra) fil-Mekka, il-Masġed in-Nabawi (il-Moskea tal-Profeta) fil-Medina, u l-Masġed l-Aqsa (il-Moskea l-Ibgħad) fil-Ġerusalemm.
Islam (Għarbi: إسلام, lit. 'sottomissjoni [lil Allah]')[2][3][4] huwa n-nom verbali tal-Forma IV li joriġina mill-verb سلم (salama), mill-għerq trilitterali s-l-m (س ل م), li jifforma klassi kbira ta' kliem li l-aktar għandhom x'jaqsmu ma' kunċetti ta' sottomissjoni, sigurtà u paċi.[5] F'kuntest reliġjuż, tirreferi għall-konsenja totali għar-rieda ta' Alla. "Mislem" (bl-Għarbi: مُسْلِم, Muslim), il-kelma għas-segwaċi tal-Iżlam,[6] hija l-partiċipju attiv tal-istess forma tal-verb, u tfisser "min jissottometti (lil Allah)" jew "wieħed li jċedi (lil Allah)".[7] Fil-Ħadit ta' Gabrijel, l-Iżlam huwa ppreżentat bħala parti waħda minn tlieta li tinkludi wkoll imān (twemmin), u iħsān (eċċellenza).[8][9] L-Iżlam innifsu kien storikament imsejjaħ Muħammediżmu. Dan it-terminu ma baqax jintuża u ġieli jingħad li huwa offensiv, peress li jissuġġerixxi li bniedem, aktar milli Alla, huwa ċentrali għar-reliġjon tal-Misilmin.[10]
Bil-Malti, il-kelma għas-segwaċi tal-Iżlam hija "Musulman" jew "Misilmin", u l-forma plurali tagħhom hija "Musulmani" jew "Misilmin" rispettivament. Il-kelma tal-ewwel oriġinat mit-Taljan, u l-kelma tal-aħħar oriġinat mill-Għarbi, u hija relatata bl-għerq (s-l-m) tal-Malti.
Pilastri it-Twemmin (Arkān al-Imān) tal-Iżlam
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kredu Iżlamiku (Għaqida) jeħtieġ twemmin f'sitt pilastri:[11]
- It-twemmin b'Allah (waħdu mingħajr xirka);
- It-twemmin bil-mala'ika/malejka (anġli);
- It-twemmin b'kull ktieb qaddis żvelat minn Allah;
- It-twemmin bl-anbija/nubjien (profeti) u r-Rasul (Messaġġiera);
- It-twemmin bil-Jum l-Aħħar (il-jum fejn kulħadd ikun iġġudikat minn Alla);
- It-twemmin bil-Qada u l-Qadr (predestinazzjoni divina).
Alla
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kunċett ċentrali tal-Iżlam huwa t-twemmin f'Alla bit-tewħid (bl-Għarbi: توحيد, tawħīd), Alla wieħed biss, li jismu Allah (bl-Għarbi: اللّه, Allāh), għalkemm jista' jissejjaħ fi kwalunkwe isem sakemm ikollu tifsira tajba u adattata għal Alla.[12][13] Alla jitqies bħala inkomparabbli u mingħajr imsieħba bħal fit-Trinità Mqaddsa ta' Nisranija, u minn jxerreku xrik (jassoċja sħab) ma' Alla jew jattribwixxi l-attributi ta' Alla lil ħaddieħor jitqies bħala idolatorju, imsejjaħ xirk (bl-Għarbi: شرك, relatata mal-kelma ta' "xirka" bil-Malti).
Frażi frekwenti, ħafna drabi espressa mill-Misilmin biex jesprimu dan it-twemmin essenzjali, bl-Għarbi hija: Lā ilāha illā-Llāh waħdahu lā xarīka lak, li bil-Malti tfisser "magħmula biex tinstema'" bħall-Għarbi, "la alla ħlief Allah, waħdu la xrik lilu".[14]
Anġli
[immodifika | immodifika s-sors]L-anġli (bl-Għarbi: sg. ملك, malak; ملائكة, malā'ikah) huma ħlejjaq deskritti fil-Koran u l-Ħadit. Huma deskritti bħala maħluqa biex iqimu lil Alla u wkoll biex jaqdu dmirijiet speċifiċi oħra bħall-komunikazzjoni ta' rivelazzjonijiet minn Alla, li jirreġistraw l-azzjonijiet ta' kull persuna, u li jieħdu r-ruħ ta' persuna fil-ħin tal-mewt. Huma deskritti wkoll bħala maħluqa b'mod differenti minn dawl (nūr)[15][16][17] jew nar (nār).[18][19][20][21] Islamic angels are often represented in anthropomorphic forms combined with supernatural images, such as wings, being of great size or wearing heavenly articles.[22][23][24][25] Xi wħud minnhom, bħal Gabrijel (Jibrīl) u Mikiel (Mika'il), jissemmew b'isimhom fil-Koran.
Skritturi
[immodifika | immodifika s-sors]It-test qaddis preeminenti tal-Iżlam huwa l-Koran. Il-Misilmin jemmnu li l-versi tal-Koran ġew żvelati lil Muħammad minn Alla, permezz tal-arkanġlu Gabrijel (il-proċess jissejjaħ waħj), f'diversi okkażjonijiet bejn is-sena 610[26] u s-632, is-sena meta Muħammad miet.[27] L-istess waħj isir ukoll ma' profeti oħra minn qabel. Madankollu, l-Iżlam jgħallem li partijiet mill-iskritturi żvelati qabel, bħat-Tawrat (Torah), iż-Zabur (Salmi) u l-Inġil (Evanġelu), saru mgħawġa — jew fl-interpretazzjoni, fit-test, jew iż-żewġ,[28][29][30][31] filwaqt li l-Quran (litt. Reċitazzjoni, relatata mal-kelma ta' "Qara" mill-għerq q-r-j) jitqies bħala l-kelma finali, verbatim u mhux mibdula ta' Alla.[32][33][34]
Profeti u Messaġġiera
[immodifika | immodifika s-sors]Profeti (bl-Għarbi: أنبياء, anbijāʾ) huma maħsuba li ġew magħżula minn Alla biex jipprietkaw messaġġ divin. Xi wħud minn dawn in-Nabi (il-profeti tal-Iżlam) ukoll iwasslu ktieb ġdid u jissejħu ir-Rasul, li tfisser messaġġiera (رسول, rasūl).[35] Il-Misilmin jemmnu li l-profeti huma umani u mhux divini. Jingħad li l-profeti kollha pprietkaw l-istess messaġġ bażiku tal-Iżlam – sottomissjoni għar-rieda ta' Alla – lil diversi nazzjonijiet fil-passat, u dan jingħad li jispjega ħafna xebħ bejn ir-reliġjonijiet. Il-Koran jirrakkonta l-ismijiet ta' bosta figuri meqjusa bħala profeti fl-Iżlam, fosthom Adam, Nuħ (Noè), Ibrahim (Abram), Musa (Mosè) u Għisa (Ġesù), fost l-oħrajn.[2][36]
Jum il-Qawmien
[immodifika | immodifika s-sors]It-twemmin bil-Jum l-Aħħar, magħruf ukoll bħala l-Jum il-Qawmien, jew Jawm al-Qijāmah (bl-Għarbi: يوم القيامة) huwa kruċjali wkoll għall-Misilmin. Huwa maħsub li ż-żmien tal-Qawmien huwa preordinat minn Alla, iżda mhux magħruf mill-bniedem. Il-Quran u l-Ħadit, kif ukoll it-tifsir tal-Għulama (bl-Għarbi: عُلَمَاء, "studjużi"; relatata mal-kelma "għalliema"), jiddeskrivu l-provi u t-tribulazzjonijiet ta' qabel u matul il-Qawmien. Il-Koran jenfasizza l-qawmien tal-ġisem, waqfa mill-fehim Għarbi pre-Iżlamiku tal-mewt.[37][38][39] Fil-Jum il-Qawmien, il-Misilmin jemmnu li l-umanità kollha se tiġi ġġudikata abbażi tal-għemejjel tajbin u ħżiena tagħhom u kkonsenjata f'ġenna jew ġehennam (infern).[40]
Qada u Qadar (Predestinazzjoni Divina)
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kunċett tal-predestinazzjoni divina fl-Iżlam (bl-Għarbi: القضاء والقدر, al-qadāʾ wa l-qadar) ifisser li kull ħaġa, tajba jew ħażina, hija maħsuba li ġiet iddikjarata minn Alla. Il-Qadar, li jfisser "qawwa", ġej minn għerq q-d-r (ق د ر) li jfisser "tkejjel" jew "jikkalkula".[41][42][43][44] Il-Misilmin spiss jesprimu dan it-twemmin fid-destin divin bil-frażi "inxa Allah" li jfisser "jekk Alla jrid" meta jitkellmu dwar avvenimenti futuri.[45]
Pilastri tal-Iżlam
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Pilastri tal-Iżlam (arkān al-Islām أركان الإسلام; ġieli arkān ad-dīn أركان الدين, "pilastri tar-reliġjon") huma prattiċi fundamentali fl-Iżlam, meqjusa bħala atti obbligatorji ta' qima għall-Misilmin kollha. Huma miġbura fil-qosor fil-Ħadit ta' Gabrijel. Is-Sunnin u x-Xigħin jaqblu dwar id-dettalji bażiċi tat-twettiq u l-prattika ta' dawn l-atti, iżda x-Xigħin ma jirreferux għalihom bl-istess terminiċi. Dawn huma: li jgħidu ix-Xhieda, li jqimu is-sala (l-att tal-qima obbligatorju), li tħallasu ż-żaka għall-asnaf (dawk eliġibbli għal żaka), li jsumu fix-xahar ir-Ramadan, u li jagħmlu l-ħaġġ (il-pellegrinaġġ lejn il-Mekka) għal dawk li jistgħu.
Dawn huma l-Ħames Pilastri tal-Iżlam kif miftiehem minn għaqida tas-Sunni:[46]
- Li jgħidu x-Xhieda (bl-Għarbi: الشهادة, ax-Xahāda): "Axhadu al'lā ilāha illa-Llāh wa axhadu anna Muħammad ar-Rasūlullāh", li tfisser "Nixhed li la alla ħlief Allah u nixhed li Muħammed il-messaġġier t'Allah";
- Biex jqimu għall-ħames (fil-waqt tagħha) fard (obbligatorja) is-sala (bl-Għarbi: صلاة, Salā) kuljum;
- Biex jagħmlu s-sawm fix-xahar ir-Ramadan, kull sena;
- Biex tħallasu ż-żaka għal dawk li jistgħu;
- Biex jagħmlu l-ħaġġ (il-pellegrinaġġ lejn il-Mekka) mill-inqas darba f’ħajjithom dak li jistgħu.
Dawn huma l-prinċipji tal-Iżlam kif miftiehem minn għaqida tax-Xigħi/Xiiti:
Tnaxi (Itna Għaxarija)
Ix-Xigħin għandhom ħames Usul id-Din (Bażi tar-Reliġjon) u għaxar Furu id-Din (Anċillari tar-Reliġjon), jiġifieri, it-twemmin u l-prattiċi Xigħi Iżlamiċi. L-Usul id-Din tat-Tnaxi Xigħa Iżlam huma kollha twemmin meqjus bħala fundamentali għall-Iżlam, u għalhekk ikklassifikati daqsxejn differenti minn dawk elenkati hawn fuq, u huma:
- Tawħid (monoteiżmu: twemmin f'Alla wieħed);
- Għadl (ġustizzja divina: twemmin bil-ġustizzja ta' Alla);
- Nubuwwa (profezija);
- Imama (l-Imam li ssuċċieda lil Muħammed);
- Migħad (Il-Jum tal-Qawmien u l-ġudizzju).
Minbarra dawn il-Ħames Pilastri, hemm għaxar prattiċi li l-Misilmin Xigħin jridu jwettqu, imsejħa Furu id-Din, li jfisser l-Anċillari tar-Reliġjon.
- Sala: Biex tqum għall-ħames (fi waqt tagħha) fard (obbligatorja) is-ssalli kuljum;
- Sawm: Sawm fix-xahar tar-Ramadan;
- Żakat: il-karità, simili għall-Iżlam ipprattikat mis-Sunniti, tapplika għal flus, baqar, fidda, deheb, tamal, żbib, qamħ u xgħir;
- Ħums: Tassazzjoni annwali ta' wieħed minn ħamsa (20%) tal-qligħ li sena tkun ġiet mgħoddija mingħajr l-użu. Ħums jitħallas lill-Ajimma (forma plural tal-Imam); indirettament lil nies foqra u fil-bżonn;
- Haġġ: Pellegrinaġġ lejn Mekka;
- Ġihad: Tistinka għall-kawża ta' Alla;
- Sejħa għat-tjubija;
- Tipprojbixxi l-ħażen;
- Tawalla: Tesprimi l-imħabba lejn it-tajjeb;
- Tabarra: Tesprimi diżassoċjazzjoni u mibegħda lejn il-ħażen.
L-Ismagħeli għandhom il-pilastri tagħhom stess, li huma kif ġej:
- Walaja: "Tutela" tindika mħabba u devozzjoni lejn Alla, il-profeti, u l-Ajimma Ismagħelin u r-rappreżentanti tagħhom;
- Tawħid (monoteiżmu: twemmin bl-Alla li Huwa Wieħed);
- Sala: B'differenza mill-Misilmin Sunni u Tnaxi, Nizari Ismagħelin jirraġunaw li huwa f'idejn l-Imam attwali li jiddeżinja l-istil u l-forma tas-sala;
- Żaka: Bl-eċċezzjoni tad-Drużi, il-Madahib (forma plurali tal-Madhab, skola tal-ħsieb fiqh) Ismagħeli kollha għandhom prattiċi li jixbħu lil dawk tas-Sunni u t-Tnaxi, biż-żieda tal-khums Xigħi karatteristiċi.
- Sawm: Nizarin u Mustagħlin jemmnu kemm f'tifsira metaforika kif ukoll letterali tas-sawm.
- Haġġ: Għal Ismagħelin, dan ifisser li jżuru lill-Imam jew lir-rappreżentant tiegħu u li dan huwa l-akbar u l-iktar pellegrinaġġ spiritwali fost kull pellegrinaġġ. Il-Mustagħli jżommu wkoll il-prattika li jmorru l-Mekka. Id-Drużi jinterpretaw dan b'mod kompletament metaforiku bħala “li jaħarbu mix-xjaten u l-oppressori” u rari jmorru l-Mekka.
- Ġihad (Ġlieda): "il-Ġlieda l-Kbir" u "il-Ġlieda ż-Żgħar".
Għibada (Atti ta' qima)
[immodifika | immodifika s-sors]Minbarra l-Pilastri tal-Iżlam il-Ħames, il-Misilmin jwettqu wkoll atti supererogatorji fakultattivi oħra li huma mħeġġa iżda mhux meqjusa bħala dmirijiet. Il-Misilmin jaqraw u jimmemorizzaw il-Koran kollu jew partijiet minnu bħala atti ta' virtù. Taġwid jirreferi għas-sett taħ regoli għall-elokuzzjoni xierqa tal-Koran. Ħafna Misilmin jaqraw il-Koran kollu matul ix-xahar tar-Ramadan. Wieħed li memorja l-Koran kollu jissejjaħ ħafid, u xi wħud il-Aħadit (plural għall-Ħadit) isemmu li dawn l-individwi jkunu jistgħu jinterċedu għal oħrajn f'Jum il-Ġudizzju.
It-talb lil Alla, imsejħa d-dugħa (bl-Għarbi: الدعاء, ad-dugħāʾ; mill-għerq d-għ-w) għandu l-etikett tiegħu stess bħal li tgħolli l-idejn bħallikieku tallaba.
It-tifkir ta' Alla (ذكر, Dikr) tirreferi għal frażijiet ripetuti li jirreferu lil Alla. Komunement, dan jinkludi taħmid, li faħħar u tiddikjara tifħir dovut lil Alla (bl-Għarbi: الحمد لله, al-Ħamdu li-Llāh) waqt id-dugħa jew meta tħossok grat, tasbiħ, li sebbaħ u jiddikjara glorja lil Alla waqt it-talb jew meta tibża' b'xi ħaġa u tgħid 'b'isem Alla' (بسملة, basmala) qabel ma jibda jagħmel xi ħaġa bħal jiekol.
Liġi u ġurisprudenza
[immodifika | immodifika s-sors]Ix-Xarija hija l-liġi reliġjuża li tifforma parti mit-tradizzjoni Iżlamika. Huwa derivat mill-preċetti reliġjużi tal-Iżlam, partikolarment il-Koran u l-Ħadit. Bl-Għarbi, it-terminu xarigħa jirreferi għal-liġi divina ta' Alla u huwa kkuntrastat mal-fiqh, li jirreferi għall-interpretazzjonijiet mill-Għulama. Il-mod ta' applikazzjoni tiegħu fi żminijiet moderni kien suġġett ta' tilwima bejn Misilmin tradizzjonalisti u riformisti.
It-teorija tradizzjonali tal-ġurisprudenza Iżlamika tirrikonoxxi erba' sorsi tax-Xarija: il-Koran, is-Sunna, dak huwa l-Ħadit u s-Sira (il-bijografija tal-Profeta Muħammad), qijas (raġunament analogu), u iġmagħ (kunsens ġuridiku). Skejjel legali differenti żviluppaw metodoloġiji biex joħorġu deċiżjonijiet tax-xarija minn sorsi skritturali bl-użu ta' proċess magħruf bħala iġtihad. Il-ġurisprudenza tradizzjonali tiddistingwi żewġ fergħat prinċipali tal-liġi, għibada (atti ta' qima) u mugħamala (relazzjonijiet soċjali), li flimkien tinkludu firxa wiesgħa ta' suġġetti. Id-deċiżjonijiet tagħha jassenjaw azzjonijiet għal waħda minn ħames kategoriji msejħa aħkam (ħakmiet): obbligatorju (fard/waġib), rakkomandat (mustaħabb, maħbub), permess (mubaħ), mistħir (makruh), u pprojbit (ħram). Il-maħfra hija ċċelebrata ħafna fl-Iżlam u, fil-liġi kriminali, filwaqt li l-impożizzjoni ta' piena fuq xi ħati fi proporzjon mar-reat tiegħu hija meqjusa bħala permissibbli; li jaħfer lill-ħati huwa aħjar. Li wieħed imur pass ieħor billi joffri favur lill-ħati huwa meqjus bħala l-quċċata tal-eċċellenza. Xi oqsma tax-Xarija jikkoinċidu mal-kunċett tal-liġi tal-Punent filwaqt li oħrajn jikkorrispondu b'mod aktar wiesa' biex jgħixu ħajja skond ir-rieda t'Alla.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Muħammad u t-twelid tal-Iżlam (570–632)
[immodifika | immodifika s-sors]Skont it-tradizzjoni Iżlamika, Muħammad twieled f'Mekka fis-sena 570 WK u baqa' orfni kmieni f'ħajtu. Meta trabba bħala negozjant, sar magħruf bħala "l-Affidabbli/l-Emin" (Għarbi: الأمين, al-Amīn), u ġie mfittex bħala arbitru imparzjali. Iktar tard iżżewweġ lil min iħaddmu, in-negozjanta Ħadiġa.[47] Fis-sena 610 WK, inkwetat bit-tnaqqis morali u l-idolatrija prevalenti f'Mekka u jfittex l-isklużjoni u l-kontemplazzjoni spiritwali, Muħammad irtira lejn l-Għar Hira fil-muntanja Ġebel in-Nur, ħdejn il-Mekka. Kien matul il-waqt tiegħu fil-għar li huwa qal li rċieva l-ewwel waħj (rivelazzjoni) tal-Koran mill-anġlu Gabrijel. L-avveniment tal-irtir ta' Muħammad lejn l-għar u l-waħj sussegwenti huwa magħruf bħala l-Lajlat il-Qadr (Lejl il-Qawwa) u huwa meqjus bħala avveniment sinifikanti fl-istorja Iżlamika. Matul it-22 sena ta' ħajtu ta' wara, minn 40 sena ‘l quddiem, Muħammad kompla jirċievi rivelazzjonijiet mingħand Alla, u sar l-aħħar jew il-Ħattam in-Nubjien (siġill tal-profeti) mibgħuta lill-bniedem.
Matul dan iż-żmien, waqt li kien f'Mekka, Muħammad ippriedka l-ewwel fil-moħbi u mbagħad fil-pubbliku, u talab lis-semmiegħa tiegħu biex jabbandunaw il-politeiżmu u jqimu u jagħbodu lil Alla wieħed. Ħafna konverti kmieni għall-Iżlam kienu nisa, foqra, barranin, u skjavi bħall-ewwel middin Bilal bin Rabah il-Habaxi.[48] L-elite tal-Mekka ħassew li Muħammad kien qed jiddestabilizza l-ordni soċjali tagħhom billi jippriedka dwar Alla wieħed u jagħti ideat dubjużi lill-foqra u lill-iskjavi minħabba li huma approfittaw mill-pellegrinaġġi lill-idoli tal-Kagħaba.[49]
Wara 12-il sena tal-persekuzzjoni tal-Misilmin mill-Mekkin, Muħammad u sħabu wettqu l-Hiġra ("emigrazzjoni") fis-sena 622 lejn il-belt ta' Jatrib (il-Medina tal-lum). Hemmhekk, mal-konvertiti Medinin (l-Ansar) u l-emigranti Mekkin (il-Muhaġirin), Muħammad f'Medina stabbilixxa l-awtorità politika u reliġjuża tiegħu. Il-Kostituzzjoni tal-Medina ġiet iffirmata mit-tribujiet kollha tal-Medina. Dan stabbilixxa libertajiet reliġjużi u libertà li jużaw il-liġijiet tagħhom stess fost il-komunitajiet Misilmin u mhux Misilmin kif ukoll ftehim biex tiddefendi lil Medina minn theddid estern.[50] Il-forzi tal-Mekka u l-alleati tagħhom tilfu kontra l-Misilmin fil-Battalja tal-Badr fl-624 u mbagħad iġġieldu battalja inkonklussiva fil-Battalja tal-Uħud qabel ma assedjaw lil Medina mingħajr suċċess fil-Battalja tat-Trinka (Marzu–April 627). Fis-sena 628, it-Trattat Hudajbija ġie ffirmat bejn il-Mekkin u l-Misilmin, iżda kien miksur minn il-Mekkin sentejn wara. Hekk kif aktar tribujiet ikkonvertiw għall-Iżlam, ir-rotot tal-kummerċ tal-Mekka nqatgħu mill-Misilmin.
Sas-629, Muħammad kien rebbieħ fil-konkwista kważi bla demm ta' Mekka, u saż-żmien tal-mewt tiegħu fl-632 (fl-għomor ta' 62 sena) kien għaqqad it-tribujiet tal-Għarabja f'politika reliġjuża waħda.
Perjodu Iżlamiku bikri (632–750)
[immodifika | immodifika s-sors]Muħammad miet fl-632 u l-ewwel suċċessuri, imsejħa ħulafa (kalifi) – Abu Bakr, Għumar, Għutman bin Għaffan, Għali bin Abi Talib u kultant Ħasan bin Għali[51] – huma magħrufa fl-Iżlam Sunni bħala l-Kalifat ir-Raxidin (minn khulafā' ar-rāxidūn, "kalifi iggwidati sewwa").[47] Xi tribujiet ħallew l-Iżlam u rribellaw taħt mexxejja li ddikjaraw lilhom infushom profeti ġodda iżda ġew mgħaffġa mill-ħalifa (kalif) Abu Bakr fil-Ħriebijet ta' Ridda. Popolazzjonijiet lokali ta' Lhud u Nsara indiġeni, ippersegwitati bħala minoranzi reliġjużi u eretiċi u intaxxati ħafna, ħafna drabi għenu lill-Misilmin jieħdu f'idejhom l-artijiet tagħhom,[47] li rriżulta f'espansjoni rapida tal-kaliffat fl-imperi Persjan u Biżantin.
Għutman ġie elett fis-sena 644 u l-qtil tiegħu minn ribelli wassal biex Għali jiġi elett il-kalif li jmiss. Fl-Ewwel Fitna (jew Fitna Maqtul Għutman), l-armla ta' Muħammad, Għaixa bint Abu Bakr, qajmet armata kontra Għali, ippruvat tivvendika l-mewt ta' Għutman, iżda ġiet megħluba fil-Battalja tal-Ġemel. Għali pprova jneħħi lill-gvernatur tas-Sirja, Mugħawija, li kien meqjus bħala korrott. Mugħawija mbagħad iddikjarat gwerra fuq Għali u ġie megħlub fil-Battalja tas-Siffin. Il-Ħawiereġ irribellaw u ġew megħluba fil-Battalja tan-Nahrawan iżda qattiel Ħiereġi aktar tard qatel lil Għali. Ħasan iben Għali, ġie elett kalif u ffirma trattat ta' paċi biex jevita aktar ġlied, abdika lil Mugħawija b'tpattija għal Mugħawija ma ħatarx suċċessur.[52] Mugħawija beda d-dinastija tal-Umawi bil-ħatra ta' ibnu Jazid I bħala suċċessur, li qanqal it-Tieni Fitna. Matul il-Battalja tal-Karbala, Ħusejn iben Għali nqatel mill-forzi ta' Jazid; l-avveniment ġie mfakkar kull sena mix-Xigħin minn dakinhar. Is-Sunnin, immexxija minn Iben iż-Żubajr u kontra kalifat dinastiku, ġew megħluba fl-assedju ta' Mekka. Dawn it-tilwim dwar it-tmexxija jagħtu lok għall-xiżma Sunni-Xigħi,[53] bix-Xigħin jemmnu li t-tmexxija tappartjeni għall-familja ta' Muħammad permezz ta' Għali, msejjaħ l-Ahl il-Bejt (lit. in-Nies tad-Dar).[54]
It-tmexxija ta' Abu Bakr issorveljat il-bidu tal-kumpilazzjoni tal-Koran. Il-kalif Għumar bin Għabd il-Għażiż il-kumitat, is-Seba' Fuqaha tal-Medina,[55][56] u Malik bin Anas kiteb wieħed mill-ewwel kotba dwar il-fiqh (il-ġurisprudenza Iżlamika), il-Muwatta, bħala kunsens tal-opinjoni ta' dawk fuqaha (għalliema tal-fiqh jew ġuristi Iżlamika).[57][58][59] Il-Ħawiereġ jemmnu li ma kien hemm l-ebda triq tan-nofs kompromessa bejn it-tajjeb u l-ħażin, u kull Misilmin li jagħmel dnub gravi jsir kiefer, li jfisser ma jemminx. It-terminu "Ħiereġi" jintuża wkoll biex jirreferi għal gruppi aktar tard bħal ISIS.[60] Il-Murġigħa għallem li t-tjieba tan-nies tista' tiġi ġġudikata minn Alla biss. Għalhekk, dawk li jagħmlu l-ħażin jistgħu jitqiesu żbaljati, imma mhux iddenunzjati bħala li kiefer (ma jemminx).[61] Din l-attitudni bdiet tipprevali fit-twemmin Iżlamiku prinċipali.[47]
Id-dinastija Umawija rebħet il-Magreb, il-Peniżola Iberika, Narbonni Gaul u Sindh.[62] L-Umawin tħabtu ma' nuqqas ta' leġittimità u jiddependu fuq militari protett ħafna.[47] Peress li t-taxxa ġiżja kienet taxxa mħallsa minn persuni mhux Misilmin li teżentathom mis-servizz militari, l-Umawin ċaħdu li rrikonoxxew il-konverżjoni ta' persuni mhux Għarbi, peress li naqqset id-dħul. [47] Filwaqt li l-kalifat ir-Raxidin enfasizza l-awsterità, b'Għumar saħansitra kien jeħtieġ inventarju tal-possedimenti ta' kull uffiċjal, [63] il-lussu tal-Umawi kabbar in-nuqqas ta' sodisfazzjon fost il-piju. [47] Il-Ħawiereġ mexxew ir-Rivolta Berbera, li wasslet għall-ewwel stati Misilmin indipendenti mill-kalifat. Fir-rivoluzzjoni Għabbasi, konvertiti mhux Għarab (mawali), klannijiet Għarab imbuttati mill-klann Umawi, u xi Xigħin ngħaqdu u waqqgħu lill-Umawin, inawguraw id-dinastija Għabbasija aktar kożmopolitana fl-750.[64][65]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Pew-Templeton Global Religious Futures Project - Research and data from Pew Research Center" (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-5 ta' Frar 2023. Miġbur 27 ta' Novembru 2023.
- ^ a b Schimmel, Annemarie. "Islam". Encyclopædia Britannica. Arkivjat mill-orġinal fl-2015-05-04. Miġbur 17 September 2021.
- ^ "Definition of Islam | Dictionary.com". www.dictionary.com (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-9 ta' Mejju 2022. Miġbur 9 ta' Mejju 2022.
- ^ Haywood, John (2002). Historical Atlas of the Medieval World (AD 600 - 1492) (bl-Ingliż) (1st ed.). Spanja: Barnes & Noble, Inc. p. 3.13. ISBN 0-7607-1975-6.
- ^ "Siin Mudell:Webarchive." Lane's Lexicon 4. – via StudyQuran.
- ^ "Muslim." Lexico. UK: Oxford University Press. 2020.
- ^ Lewis, Barnard; Churchill, Buntzie Ellis (2009). Islam: The Religion and The People. Wharton School Publishing. pp. 8. ISBN 978-0-13-223085-8.
- ^ Esposito (2000), pp. 76–77.
- ^ Mahmutćehajić, Rusmir (2006). The mosque: the heart of submission. Fordham University Press. pp. 84. ISBN 978-0-8232-2584-2.
- ^ Gibb, Sir Hamilton (1969). Mohammedanism: an historical survey (bl-Ingliż). Oxford University Press. p. 1. ISBN 9780195002454. Parametru mhux magħruf
|kwota=
injorat (għajnuna) - ^ Sourcebook of the World's Religions: An Interfaith Guide to Religion and Spirituality (bl-Ingliż). New World Library. 2011. pp. 68–9. ISBN 9781577313328. Parametru mhux magħruf
|editor-kunjom=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|editor-isem=
injorat (għajnuna) - ^ Mudell:Cite encyclopedia
- ^ Mudell:Harvc Mudell:Doi
- ^ Ørum, Olav (2018). Sociohistorical and Linguistic Layers of Arabic in Medieval Cairo. The Case of Judaeo-Arabic. With Editions and Translations of Karaite Manuscripts of Judaeo-Arabic Popular Literature on Biblical and Qurᵓānic Prophets. Supplemented with Arabic Transliteration (bl-Ingliż). Oslo: University of Oslo. pp. 76–77.
- ^ "Nūr Mudell:Webarchive." The Concise Oxford Dictionary of World Religions. – via Encyclopedia.com.
- ^ Mudell:Harvc Mudell:Doi
- ^ Mudell:Harvc Mudell:Doi
- ^ Mudell:Harvc. – via Encyclopedia.com.
- ^ Mudell:Harvc Mudell:Doi
- ^ Mudell:Harvc Mudell:Doi
- ^ Mudell:Harvp
- ^ Burge (2015), pp. 97–99.
- ^ Mudell:Harvp
- ^ Mudell:Harvc
- ^ Mudell:HarvcMudell:Doi
- ^ Watt, William Montgomery (2003). [[[:Mudell:Google books]] Islam and the Integration of Society] Iċċekkja l-valur ta'
|url=
(għajnuna). Psychology Press. p. 5. ISBN 978-0-415-17587-6. - ^ Esposito (2004), pp. 17–18, 21.
- ^ Mudell:Harvp
- ^ Mudell:Harvp
- ^ Mudell:Harvc
- ^ Mudell:Harvc
- ^ Mudell:Harvp
- ^ Mudell:Harvp
- ^ Bennett (2010), p. 101.
- ^ Esposito, J. L. (2003). The Oxford Dictionary of Islam. Vereinigtes Königreich: Oxford University Press, US. p. 225
- ^ Reeves, J. C. (2004). Bible and Qurʼān: Essays in scriptural intertextuality. Leiden: Brill. p. 177. ISBN 90-04-12726-7. Arkivjat mill-orġinal fl-2023-04-19. Miġbur 21 August 2019.
- ^ Mudell:Harvp
- ^ Mudell:Harvp. Mudell:Doi: "Ibn Sīnā, Abū Għalī al-Ħusajn b. Għabd Allāh b. Sīnā huwa magħrufa fil-Punent bħal "Avicenna"."
- ^ Mudell:Harvc
- ^ Esposito, John L. (ed.). "Eschatology". The Oxford Dictionary of Islam. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-09-13. Miġbur 18 April 2017 – via Oxford Islamic Studies Online.
- ^ "Andras Rajki's A. E. D. (Arabic Etymological Dictionary)". 2002. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-12-08. Miġbur 13 Novembru 2020.
- ^ Mudell:Harvp: "The idea of predestination is reinforced by the frequent mention of events 'being written' or 'being in a book' before they happen": Say: "Nothing will happen to us except what Allah has decreed for us..."
- ^ Mudell:Harvc: The verb qadara literally means "to measure, to determine". Here it is used to mean that "God measures and orders his creation".
- ^ Mudell:Harvc Mudell:Doi
- ^ "Muslim beliefs – Al-Qadr". Bitesize – GCSE – Edexcel. BBC. Arkivjat mill-orġinal fl-2020-11-15. Miġbur 13 November 2020.
- ^ "Pillars of Islam | Islamic Beliefs & Practices | Britannica". www.britannica.com. 3 Mejju 2023. Arkivjat mill-orġinal fl-2015-09-05. Miġbur 2021-12-16.
- ^ a b ċ d e f ġ Esposito (2010).
- ^ Rabah, Bilal B. Encyclopedia of Islam.
- ^ Ünal, Ali (2006). [[[:Mudell:Google books]] The Qurʼan with Annotated Interpretation in Modern English] Iċċekkja l-valur ta'
|url=
(għajnuna). Tughra Books. pp. 1323–. ISBN 978-1-59784-000-2. - ^ Serjeant (1978).
- ^ Melchert, Christopher (2020). "The Rightly Guided Caliphs: The Range of Views Preserved in Ḥadīth". Political Quietism in Islam: Sunni and Shi'i Practice and Thought. London and New York: I.B. Tauris. pp. 70–71. ISBN 978-1-83860-765-4.
- ^ Holt & Lewis (1977).
- ^ Harney, John (3 January 2016). "How Do Sunni and Shia Islam Differ?". The New York Times. Miġbur 4 January 2016.
- ^ Waines (2003).
- ^ Ismāʻīl ibn ʻUmar Ibn Kathīr (2012).
- ^ Umar Ibn Abdul Aziz By Imam Abu Muhammad Abdullah ibn Abdul Hakam died 214 AH 829 C.E. Publisher Zam Zam Publishers Karachi, pp. 54–59
- ^ Noel James Coulson (1964). [[[:Mudell:Google books]] History of Islamic Law] Iċċekkja l-valur ta'
|url=
(għajnuna). King Abdulaziz Public Library. p. 103. ISBN 978-0-7486-0514-9. Miġbur 7 October 2014. - ^ Houtsma, M.T.; Wensinck, A.J.; Lévi-Provençal, E.; Gibb, H.A.R.; Heffening, W., ed. (1993). [[[:Mudell:Google books]] E.J. Brill's First Encyclopaedia of Islam, 1913–1936] Iċċekkja l-valur ta'
|url=
(għajnuna). Volume V: L—Moriscos (reprint ed.). Brill Publishers. pp. 207–. ISBN 978-90-04-09791-9. - ^ Studies in Islamic History and Civilization: In Honour of Professor David Ayalon. BRILL. 1986. p. 264. ISBN 9789652640147.
- ^ Mamouri, Ali (8 January 2015). "Who are the Kharijites and what do they have to do with IS?". Al-monitor. Miġbur 6 March 2022.
- ^ Blankinship (2008).
- ^ Puchala, Donald (2003). Theory and History in International Relations. Routledge. p. 137.
- ^ Al-Biladhuri, Ahmad Ibn Jabir; Hitti, Philip (1969). Kitab Futuhu'l-Buldan. AMS Press. p. 219.
- ^ Lapidus (2002).
- ^ Lewis (1993).