Misġed il-Ħram
Il-Misġed il-Ħram (Għarbi: ٱَلْمَسْجِدُ ٱلْحَرَامُ, rum. al-Masġid al-Ħarām, "Il-Moskea s-Sagra"),[1] magħruf ukoll bħala l-Moskea s-Sagra jew il-Moskea l-Kbira tal-Mekka,[2] huwa moskea li tagħlaq il-viċinanza tal-Kagħba fil-Mekka, fil-Provinċja tal-Mekka tal-Għarbija Sawdija. Huwa fost is-siti tal-pellegrinaġġ assoċjati bil-Ħaġġ, li kull Mislem għandu jwettaq mill-inqas darba f'ħajtu jekk jista'. Huwa wkoll is-sit ewlieni għall-eżekuzzjoni tal-Għomra, il-pellegrinaġġ iżgħar li jista' jsir f'kull żmien tas-sena. Ir-riti taż-żewġ pellegrinaġġi jinkludu tawaf (ċirkumambulazzjoni tal-Kagħba) ġewwa l-moskea. Il-Misġed il-Ħram jinkludi siti sinifikanti oħra importanti, bħall-Ħaġar l-Iswed, il-Bir Żamżam, il-Maqam ta' Ibrahim, u l-iġbla s-Safa u l-Marwa.
Mill-2024, il-Moskea s-Sagra hija kemm l-akbar moskea fid-dinja, kif ukoll l-aktar bini għali fid-dinja. Matul is-snin għaddiet minn rinnovamenti u espansjonijiet kbar.[3] Għaddiet mill-kontroll ta' diversi kalifi, slaten u rejiet, u issa tinsab taħt il-kontroll tar-Re tal-Għarbija Sawdija li huwa msejjaħ il-Ħaddiem il-Ħramejn (il-Kustodju taż-Żewġ Moskej Sagri).[4]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Moskea s-Sagra tikkompeti mal-Misġed is-Sħieb (il-Moskea s-Sħieb [ta' Muħammad]) fil-belt Eritrea tal-Massawa[5] u l-Misġed il-Quba fil-Medina bħala l-eqdem moskea.[6] Skont it-tradizzjoni Iżlamika, l-Islam bħala reliġjon jippreċedi lil Muħammad,[7][8][9] li jirrappreżentaw profeti preċedenti bħal Abraham.[10] Abraham huwa kkreditat mill-Misilmin li bena l-Kagħba fil-Mekka, u konsegwentement is-santwarju tagħha, li skont il-Misilmin hija meqjusa bħala l-ewwel moskea[11] li qatt eżista.[12][13][14] Skont studjużi oħra, l-Islam beda matul il-ħajja ta’ Muħammad fis-7 seklu WK,[15] u l-istess għamlu komponenti arkitettoniċi bħall-moskea. F'dak il-każ, jew il-Misġed is-Sħieb[5] jew il-Misġed il-Quba jkun l-ewwel moskea li nbniet fl-istorja tal-Islam.[11]
Ħaġġ u Għomra
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Moskea s-Sagra hija l-ambjent ewlieni għall-pellegrinaġġi tal-Ħaġġ u l-Għomra[16] li jseħħu fix-xahar id-Du l-Ħiġġa fil-kalendarju Iżlamiku u fi kwalunkwe żmien tas-sena, rispettivament. Il-Ħaġġ huwa wieħed mill-Ħames Pilastri tal-Islam, meħtieġ mill-Misilmin kollhom kapaċi li jifilħu l-vjaġġ. Fi żminijiet riċenti, aktar minn 5 miljun Misilmin jagħmlu l-Ħaġġ kull sena.[17]
Strutturi
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Kagħba hija binija b'forma ta' kubojde fiċ-ċentru l-Misġed il-Ħram u l-aktar sit sagru fl-Islam.[18] Hija l-punt fokali għar-ritwali Iżlamiċi bħat-talb u l-pellegrinaġġ.[18][19][20]
- Il-Ħaġar l-Iswed huwa l-ħaġra fir-rokna fil-lvant tal-Kagħba u għandha rwol fil-pellegrinaġġ.[21][16] L-isemha hija 'ħaġar' billi fl-Għarbi ħaġar ifisser "ħaġra" bil-Malti, iżda l-isem 'il-Ħaġret is-Sewda' huwa aċċettabbli wkoll għax il-ħaġra kienet tkun f'biċċa waħda qabel maqsuma f'ħafna biċċiet.[22]
- Il-Maqam ta' Ibrahim huwa blata li allegatament għandha impronta ta’ sieq Abraham u tinżamm f’koppla tal-kristall ħdejn il-Kagħba.[23]
- Is-Safa u l-Marwa huma żewġ iġbla li bejniethom ġriet il-mart Abraham, Ħagar, tfittex l-ilma għal binha tarbija Ismael, ġrajja li hija mfakkar fis-sagħi (Għarbi: سَعِي, "mixi" jew "isforz") ritwali tal-pellegrinaġġ.
- Il-Bir Żamżam huwa s-sors tal-ilma li, skont it-tradizzjoni, ħareġ b’mod mirakoluż wara li Ħagar ma setax isib l-ilma bejn is-Safa u l-Marwa.
- Fil-qrib hemm Librerija tal-Mekka l-Imkarrma. Peress li huwa maħsub li joqgħod fuq l-imkien fejn twieled Muħammad, huwa magħruf ukoll bħala Bejt il-Mewlid (Dar l-Imwieled tan-Nabi Muħammad).[24][25]
-
Il-Kagħba
-
Il-Ħaġra l-Iswed
-
Il-koppla mill-kristall għall-Maqam Ibrahim.
-
Il-Ġebel Marwa ġewwa l-moskea.
-
Il-Ġebel Safa ġewwa l-moskea.
-
Il-Bir Żamżam li jinsab taħt l-art (entratura issa koperta).
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Denny, Frederick M. (9 ta' Awwissu 1990). Kieckhefer, Richard; Bond, George D. (ed.). Sainthood: Its Manifestations in World Religions. University of California Press. p. 69. ISBN 9780520071896. Arkivjat mill-orġinal fl-18 ta' Settembru 2021. Miġbur 18 ta' Awwissu 2019.
- ^ "Great Mosque of Mecca | History, Expansion, & Facts". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-11 ta' Diċembru 2019. Miġbur 8 ta' Awwissu 2020.
- ^ "Mecca crane collapse: Saudi inquiry into Grand Mosque disaster". BBC News. 12 Settembru 2015. Arkivjat mill-orġinal fl-12 Settembru 2015. Miġbur 12 Frar 2019.
- ^ "Is Saudi Arabia Ready for Moderate Islam? – Latest Gulf News". www.fairobserver.com (bl-Ingliż). 3 ta' Novembru 2017. Arkivjat mill-orġinal fl-1 ta' Diċembru 2017. Miġbur 25 ta' Novembru 2017.
- ^ a b Reid, Richard J. (12 ta' Jannar 2012). "The Islamic Frontier in Eastern Africa". A History of Modern Africa: 1800 to the Present (bl-Ingliż). John Wiley and Sons. p. 106. ISBN 978-0470658987. Arkivjat mill-orġinal fl-5 ta' Marzu 2021. Miġbur 15 ta' Marzu 2015.
- ^ Palmer, A. L. (26 ta' Mejju 2016). Historical Dictionary of Architecture (bl-Ingliż) (2 ed.). Rowman & Littlefield. pp. 185–236. ISBN 978-1442263093. Arkivjat mill-orġinal fl-1 ta' Awwissu 2020. Miġbur 22 ta' Ottubru 2018.
- ^ Esposito, John (1998). Islam: The Straight Path (3rd ed.). Oxford University Press. pp. 9, 12. ISBN 978-0-19-511234-4.
- ^ Esposito (2002b), pp. 4–5.
- ^ Peters, F.E. (2003). Islam: A Guide for Jews and Christians (bl-Ingliż). Princeton University Press. pp. 9. ISBN 978-0-691-11553-5.
- ^ Alli, Irfan (26 ta' Frar 2013). 25 Prophets of Islam (bl-Ingliż). eBookIt.com. ISBN 978-1456613075. Arkivjat mill-orġinal fl-14 ta' April 2021. Miġbur 9 ta' Frar 2019.
- ^ a b Palmer, A. L. (26 ta' Mejju 2016). Historical Dictionary of Architecture (bl-Ingliż) (2nd ed.). Rowman & Littlefield. pp. 185–236. ISBN 978-1442263093. Arkivjat mill-orġinal fl-1 ta' Awwissu 2020. Miġbur 22 ta' Ottubru 2018.
- ^ Michigan Consortium for Medieval and Early Modern Studies (1986). Goss, V. P.; Bornstein, C. V. (ed.). The Meeting of Two Worlds: Cultural Exchange Between East and West During the Period of the Crusades (bl-Ingliż). 21. Medieval Institute Publications, Western Michigan University. p. 208. ISBN 978-0918720580. Arkivjat mill-orġinal fl-20 ta' Novembru 2020. Miġbur 9 ta' Frar 2019.
- ^ Mustafa Abu Sway. "The Holy Land, Jerusalem and Al-Aqsa Mosque in the Qur'an, Sunnah and other Islamic Literary Source" (PDF). Central Conference of American Rabbis. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2011-07-28.
- ^ Dyrness, W. A. (29 ta' Mejju 2013). Senses of Devotion: Interfaith Aesthetics in Buddhist and Muslim Communities (bl-Ingliż). 7. Wipf and Stock Publishers. p. 25. ISBN 978-1620321362. Arkivjat mill-orġinal fl-13 ta' April 2021. Miġbur 9 ta' Frar 2019.
- ^ Watt, William Montgomery (2003). Islam and the Integration of Society (bl-Ingliż). Psychology Press. pp. 5. ISBN 978-0-415-17587-6. Arkivjat mill-orġinal fl-6 ta' Awwissu 2020. Miġbur 9 ta' Frar 2019.
- ^ a b Mohamed, Mamdouh N. (1996). Hajj to Umrah: From A to Z (bl-Ingliż). Pubblikazzjonijiet Amana. ISBN 0-915957-54-X.
- ^ Statistika ġenerali tal-istaġun tal-Umra tal-1436 WĦ sal-24:00 siegħa, 28/09/1436 WĦ Numru Totali tal-Mu`tamirin: 5,715,051 "General statistics of the Umrah season of 1436 A.H. until 24:00 hours, 28/09/1436 A.H. Total Number of the Mu`tamirs: 5,715,051" (bl-Ingliż). The Ministry of Hajj, Kingdom of Saudi Arabia. Arkivjat minn l-oriġinal fl-1 ta' Awwissu 2015.
- ^ a b Wensinck, A. J; Ka`ba. Encyclopaedia of Islam IV p. 317
- ^ "In pictures: Hajj pilgrimage". BBC News (bl-Ingliż). 7 ta' Diċembru 2008. Arkivjat mill-orġinal fl-20 ta' Jannar 2009. Miġbur 8 ta' Diċembru 2008.
- ^ "As Hajj begins, more changes and challenges in store" (bl-Ingliż). altmuslim. Arkivjat minn l-oriġinal fl-11 ta' Jannar 2012.
- ^ Xiħ Safiur Rahman Al-Mubarakpuri (2002). Ir-Raħiq il-Maħtum (In-Nektar il-Maħtum): Bijografija tal-Profeta Muħammad (bl-Għarbi u bl-Urdu). Pubblikazzjonijiet ta' Darussalam. ISBN 1-59144-071-8.
- ^ Kocak, Kerim (2023). "FEATURES OF THE HAJAR AL‐ASWAD, BLACK STONE OF MAKKAH, SAUDI ARABIA". Konya Journal of Engineering Sciences (bl-Ingliż). Konya, Turkija: Konya Technical University, Engineering and Natural Science Faculty, Geological Engineering Department. 11: 601–609. doi:10.36306/konjes.1244222. ISSN 2667-8055. Miġbur 2024-9-5.
However, the stone suffered from considerable damage over with time; cracked, repaired, stolen and even burnt: The stone was broken into three pieces by a fire during the Umayyad Caliphateʹs siege of Makkah in 683 [3]. From Bahrain, Qarmatian warriors led by Abu Tahir al‐Qarmati stole the Hajar al‐Aswad in 930, kept it in all Hasa, (Medieval Bahrainn) and restored to its original location after twenty‐three years, which induce breaking the stone into seven pieces [4]. The Kaaba was burned at an early date, and the stone may have broken into three pieces. The stone included 15 pieces in 1825 [al-Kurdi, 1875; in [5]] (Figure 7). Therefore, the missing pieces can be covered with cement from previous restorations, or they might be lost.
line feed character f'|kwotazzjoni=
f'pożizzjoni 260 (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data-aċċess=
(għajnuna)Manutenzjoni CS1: data u sena (link) - ^ M.J. Kister, "Maḳām Ibrāhīm," p.105, The Encyclopaedia of Islam (new ed.), vol. VI (Mahk-Mid), eds. Bosworth et al., Brill: 1991, pp. 104–107.
- ^ "Bayt al-Mawlid". Hajj & Umrah Planner. Makkah. 6 ta' April 2017. Miġbur 18 ta' Lulju 2022.
- ^ Ibrahim, Għabd il-Wahhab Abu Sulajman (7 ta' April 2012). "Establishing the Location of the Bayt al-Mawlid" (bl-Ingliż). Dar al-Hadith. Miġbur 18 ta' Lulju 2022.