Aqbeż għall-kontentut

Koran

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Koran, Il-ktieb l-imqaddes tal-Misilmin

Il-Koran jew il-Quran, (bl-Għarbi القرآن, al-Qur'ān) huwa l-ktieb l-imqaddes tal-Islam. Il-Misilmin iqisu l-Koran bħala "il-Kelma t'Alla". Dan il-ktieb huwa differenti minn testi reliġjużi oħra fis-sens li l-Misilmin jaħsbu li hu miktub direttament minn Alla, permezz tal-profeta Muħammed. Il-Quran hu organizzata f'114-il kapitlu (sura, pl. swar) li jikkonsistu f'versi individwali (āja, pl. ājiet). Minbarra s-sinifikat reliġjuż tiegħu, huwa meqjus b'mod wiesa' bħala l-aqwa xogħol fil-letteratura Għarbija,[1][2][3] u influwenzat b'mod sinifikanti l-lingwa Għarbija. Huwa l-oġġett ta' qasam modern ta' riċerka akkademika magħrufa bħala studji Koraniċi.

It-tieni sors għall-Misilmin wara l-Koran huwa l-Ħadit, ir-rapporti ddokumentati ta’ kliem mill-Profeta Muħammed. It-tnejn li huma jintużaw bħal sors fil-liġijiet Iżlamiċi, ix-Xarija.

Inkiteb bl-Għarbi u ilu jinqara b'dan l-ilsien biss għal aktar minn 1,400 sena. Iżda, minħabba li ħafna Misilmin madwar id-dinja ma jifhmux l-Għarbi, il-Koran hu mfisser ukoll f'ilsna oħra, sabiex il-qarrejja jkunu jistgħu jifhmu aħjar xi jfissru l-kliem bl-Għarbi fil-Koran. Dawn il-kotba huma bħal dizzjunarji tal-Koran - ma jinqrawx bħala parti mill-reliġjon tal-Iżlam, minflok il-Koran tal-Għarbi. Il-Misilmin jemmnu li dawn it-traduzzjonijiet mhumiex il-veru Koran; il-verżjoni Għarbija hi l-veru Koran.[4]

Il-kelma "Quran" hija derivata mill-kelma tal-Għarbi qara'a mill-għerq trilaterali ق-ر-ء (q-r-'), li tfisser li tirreċita jew taqra b'leħen għoli. Bil-Malti, il-kelmiet "qarja" u "qari" huma mqabbad mal-kelma Quran bħala nomi verbali u taqsmu l-istess għerq ta’ (q-r-j).

It-termini użati biex jirreferu għar-rivelazzjoni tal-Quran juża l-għerq (n-ż-l), għalhekk ir-rivelazzjoni tal-Quran hi msejħa "tinżil", għax il-Quran hu tniżżel minn Alla mis-sema lejn id-dinja, u l-fenomenu tar-rivelazzjoni tagħha msejħa "nżul".

L-ewwel erba versi (Ajat) ta' al-Għalaq, is-96 kapitlu (sura) tal-Koran

Il-Misilmin jemmnu li l-Koran kien imħabbar għall-ewwel darba lil Muħammed mill-Arkanġlu Gabriel f'għar fil-muntanji ta' Hira fil-Mekka, u mbagħad matul it-23 sena ta' wara sa mewtu.

Il-Koran ma kienx miktub kollu f'daqqa f'għamla ta' ktieb meta Muħammed kien għadu ħaj, imma kien miżmum bil-belma u kitbiet qsar biex iffakkru. Il-profeta ma kienx jaf jaqra u jikteb, iżda skont l-Misilmin, il-ħabib tal-Profeta Abu Bakr, fost oħrajn, kien jikteb it-testi waqt li Muħammed kien għadu ħaj. Meta Abu Bakr sar kalif, irranġa li l-Koran jinkiteb f'għamla ta' ktieb. Għutman, li kien it-tielet ħalif (kalif), kompla jirfina l-forma miktuba tiegħu.

L-ewwel kapitlu tal-Koran

It-test tal-Koran jikkonsisti f'114-il kapitlu ta' tulijiet differenti, kull wieħed magħruf bħala sura. Il-kapitli huma kklassifikati bħala Mekki (ta' Mekka) jew Medini (ta' Medina), skont meta (qabel jew wara l-Hiġra) il-versi ġew rivelati. It-titli tal-kapitli ġejjin minn isem jew kwalità diskussa fit-test, jew mill-ewwel ittri jew kliem tas-sura. Il-Misilmin jemmnu li Muħammed, fuq ordni minn Alla, ta l-kapitli l-ismijiet li għandhom.[4] Ġeneralment, il-kapitli twal jidhru iżjed 'l quddiem fil-Koran, filwaqt dawk li huma iqsar jidhru aktar tard. L-arranġament tal-kapitli għalhekk mhux marbut mal-ordni tad-dati tar-rivelazzjoni. Kull sura minbarra d-disa' waħda tibda bill-Basmala,[5] frażi Għarbija li tfisser "F'isem Alla, l-iżjed Tajjeb, l-iżjed Ħanin"(litteralment: B'isem Alla, il-Ħniena l-Ħanin). Però, il-Basmala xorta tidher 114-il darba fil-Koran billi qiegħda fil-vers 27:30 bħala l-ftuħ tal-ittra ta' Salamun (Sulejman) lir-Reġina ta' Saba.[6]

Kull sura hi magħmula minn għadd ta' ajiet (versi, plural ta' aja). Oriġinarjament aja kienet tfisser sinjal mibgħut minn Alla. In-numru ta' versi huma differenti minn kapitlu għall-ieħor. Vers jista' jkun ta' ftit ittri jew erba' linji biss. Il-versi huma differenti mill-poeżija rfinuta ħafna tal-Għarab ta' qabel l-Iżlam kemm fil-kontenut tagħhom u kemm fir-rima u r-ritmu distintivi, u jixbħu aktar l-għejdut profetiċi immarkati bi qtugh ispirati li nsibu fil-kotba mqaddsa tal-Ġudaiżmu u l-Kristjaneżmu. In-numru veru ta' ajat ilu kwistjoni kontroversjali fost l-akkademiċi Misilmin mill-bidu tal-Iżlam, xi wħud jirrikonoxxu 6,000, xi wħud 6,204, xi wħud 6,219, u oħrajn 6,236, għalkemm il-kliem fil-każijiet kollha huma l-istess. L-edizzjoni l-aktar popolari tal-Koran, li hi bbażata fuq it-tradizzjoni iskola Kufa, fiha 6,236 ajiet.[4]

Hemm diviżjoni tal-ktieb fi 30 parti, bejn wieħed u ieħor indaqs. Kull parti jew aġża', fiha żewġ sezzjonijiet imsejħin aħżab, li kull waħda minnhom hi maqsuma f'erba' partijiet (rub għall-aħżab). Il-Koran hu maqsum ukoll f'seba' partijiet bejn wieħed u ieħor indaqs, manażil (imnieżel), biex jista' jiġi rreċitat f'ġimgħa.[4]

It-test Korani jidher li m'għandu l-ebda bidu, nofs jew tarf, l-istruttura tiegħu mhux linjari imma simili għall-web.[4] L-arranġament testwali kultant qiesu fih nuqqas ta' kontinwità, nuqqas ta' kronoloġika jew ordni tematiku, u fih ir-ripetizzjoni. Kif jgħidu Irene Blomm u William Theodore de Bary:

"Il-proċess finali tal-ġbir u l-kodifikazzjoni tat-test tal-Koran kien immexxi minn prinċipju wieħed fuq kollox: kliem Alla ma jistgħu bl-ebda mod jiġu mgħawġa jew imniġġsa mill-indħil tal-bniedem. Għal din ir-raġuni, ma sar l-ebda attentat serju, ta' edizzjoni tal-bosta rivelazzjonijiet, ta' organizzazzjoni ta' dawn f'oqsma tematiċi, jew ta' preżentazzjoni f'ordni kronoloġika .... Dan wassal fl-imgħoddi għal ħafna kritika mill-akkademiċi Ewropej u Amerikani tal-Iżlam, li jsibu l-Koran diżorganizzat, ripetittiv, u diffiċli ħafna biex jinqara."[7]

L-ewwel u l-aħħar versi

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel vers rivelat hu mill-ewwel ħames versi tas-Suret l-Għalaq (L-Embolu):[8]

Aqra (ibda) bl-Isem t'Allah, Li ħalaq (kollox). Ħalaq il-bniedem minn massa (mwaħħla) bħal sangisug (fil-ġuf tal-omm). Aqra u l-Mulej tiegħek hu l-aktar ħanin, Li għallem lill-bniedem (il-qari u l-kitba) bil-pinna, Li (minbarra dak) għallem lill-bniedem (kollox) li ma kienx jaf.[9]

L-aħħar vers rivelat hu mis-Suriet il-Baqra f'vers 281:[10]

U ibżgħu (minn) jum (meta) titreġġgħu fih lejn Alla; imbagħad tiġi kkumpensata kull ruħ dak li kisbet, u ma jiġux ittrattati b’mod inġust.[11]

Relazzjoni bejn il-Koran u l-Bibbja

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Koran jattribwixxi r-relazzjoni tiegħu ma' kotba preċedenti (it-Torah u l-Evanġelju) għall-oriġini unika tagħhom, billi jgħid li kollha kemm huma ġew rivelati minn Alla wieħed.[12] Il-Koran isemmi l-Insara u l-Lhud bħala Ahl al-Kitab, li jfisser "Poplu tal-Ktieb",[13] il-Ktieb hawn jiġifieri għall-Bibbja, li litteralment tfisser il-ktieb ukoll. Xi versi fil-Koran jirrakontaw xi stejjer dwar xi affarijiet u nies mill-Bibbja. Fost il-karattri mill-Bibbja li huma msemmija fil-Koran hemm Abraham, Noè, Ismagħel, Iżakk, Ġakobb, Mosè, Aron, Ġob, Ġona, David u Ġesù.[14] Dawn il-tliet reliġjonijiet jissejħu Abramin minħabba dawn ir-relazzjonijiet.

Madankollu, hemm differenzi importanti bejn il-verżjoni Iżlamika u Biblika ta' stejjer simili. Per eżempju, il-Koran jgħid li Ġesù Kristu (Għisa l-Misiħ bin Marjam) ma kienx iben t'Alla,[15] bħalma jgħidu l-parti l-kbira tal-Insara; iżda għall-Misilmin, kien biss profeta. Il-Koran jgħallem ukoll li dan ġara minħabba l-ewwel testi tal-Bibbja intilfu u mbagħad ġew mibdula.[16][17]

Lista tas-swar fil-Koran

[immodifika | immodifika s-sors]
Sura
No. Isem Tifsira bil-Malti L-Għadd ta' Versi Ruku' Irrivelata
1Al-FatiħaIl-Fetħa, dik li tiftaħ71Mekka
2Al-BaqaraIl-Baqra (ħamra), l-għoġol tad-deheb28640Medina
3Āl GħimranIl-Familja tal-Għimran20020Medina
4An-NisaIn-Nisa17624Medina
5Al-Ma'idaIl-Mejda12016Medina
6Al-AngħamIl-Bhejjem16520Mekka
7Al-AgħrafL-Artijiet Għoljin20624Mekka
8Al-AnfalIl-Priża tat-Taqbida7510Medina
9At-TawbaIt-Tewba, in-nidma12916Medina
10JunusJunes, Ġona10911Mekka
11HudHud12310Mekka
12JusufJusef, Ġużeppi11112Mekka
13Ar-RagħdIr-Ragħad436Medina
14IbrahimAbraham527Mekka
15Al-ĦiġrIl-Ħaġar996Mekka
16An-NaħlIn-Naħal12816Mekka
17Al-Isra' (Bani Israel)L-Isra, il-Vjaġġ Billejl ta’ Muħammed (Ulied Israel, l-Israelin)11112Mekka
18Al-KahfL-Għar11012Mekka
19MarjamMarija (omm Ġesù)986Mekka
20Ta-Ha(L-ittri) Ta-Ha1358Mekka
21Al-Anbijalitteralment: L-Inbja, in-Nubjien, il-Profeti1127Mekka
22Al-ĦaġġIl-Ħaġġ, il-Pelligrinaġġ7810Medina
23Al-Mu'minunlitteralment: Il-Mwemmnin, dawk li emmnu, Il-Fidili1186Mekka
24An-NurId-Dawl649Medina
25Al-FurqanIl-Kriterju776Mekka
26Ax-XugħaraIl-Poeti22711Mekka
27An-NamlIn-Nemel937Mekka
28Al-QasasL-Istorja889Mekka
29Al-AnkabutL-Għanqbut697Mekka
30Ar-RumIr-Rumani606Mekka
31LuqmanLuqman344Mekka
32As-SaġdaIs-Siġda, il-Prostrazzjoni303Mekka
33Al-AħżabIl-Konfederati, il-Klannijiet, il-Forzi Magħquda739Medina
34SabaSaba546Mekka
35Fatir (Al-Mala'ikah)L-Oriġinatur, is-Sawwar (l-Imlejka, l-Anġli)455Mekka
36Ya-Sin(L-ittri) Ya-Sin835Mekka
37As-SaffatIs-Saffijiet1825Mekka
38Sad(L-ittra) Sad885Mekka
39Aż-ŻumarIt-Truppi758Mekka
40Għafir (Al-Mu'min)Ħafer (il-Mwemmen, wieħed mill-ismijiet ta' Alla)859Mekka
41Fussilatlitteralment: Tfasslet; spjegat fid-dettall546Mekka
42Ax-XuraIx-Xura, konsultazzjoni b'metodu Iżlamiku535Mekka
43Aż-ŻuħrufIż-Żina Dehbija/It-Tiżjin Dehbi897Mekka
44Ad-DuħanId-Duħħan593Mekka
45Al-ĠatijaIt-Tbaxxija (fuq l-irkupptejn)374Mekka
46Al-AħqafId-Duna tal-istralċ twil354Mekka
47MuhammadImħammed, Muħammed384Medina
48Al-Fatħlitteralment: Il-Fetħ, il-Konkwista294Medina
49Al-ĦuġuratIl-Kmamar182Medina
50Qaf(L-ittra) Qaf453Mekka
51Ad-DarijatL-Irjieħ Xerriedi603Mekka
52At-TurIl-Muntanja492Mekka
53An-Najmlitteralment, kelma arkajku: In-Niġma, il-Kewkba623Mekka
54Al-QamarIl-Qamar553Mekka
55Ar-RaħmanIr-Reħmien, ir-Raħman, il-Ħniena783Medina
56Al-WaqigħaIl-Waqgħa, ġrajja inevitabbli963Mekka
57Al-ĦadidIl-Ħadid294Medina
58Al-MuġadilaIl-Mittallba, il-mara li titlob223Medina
59Al-ĦaxrL-Eżilju243Medina
60Al-MumtahinaL-Imgħarbla, il-mara eżaminata132Medina
61As-SaffIs-Saff142Medina
62Al-ĠumugħaIl-Ġimgħa112Medina
63Al-MunafiqunL-Imnefqin, l-ipokriti112Medina
64At-TagħabunIt-Tqarriq, il-qerq182Medina
65At-TalaqIt-Talq, id-divorzju122Medina
66At-TaħrimIl-Projbizzjoni122Medina
67Al-MulkId-Dominju, is-Saltna302Mekka
68Al-QalamIl-Pinna522Mekka
69Al-ĦaqqaIr-Realtà Vera522Mekka
70Al-MaġħariġL-Imtala', it-turġien axxendenti442Mekka
71NuhNuh, Noè282Mekka
72Al-JinnIl-Ġinn282Mekka
73Al-Mużżammil(Min) l-Imdawwar (f'kutra)202Mekka
74Al-MuddatirL-Imkabbaz, min imgħotti b'kabozza562Mekka
75Al-QiyamaIl-Qawmien (mill-mewt)402Mekka
76Al-InsanIl-Bniedem312Medina
77Al-MursalatIl-Mibgħutin502Mekka
78An-Naba'Il-Ħabar, l-Aħbar402Mekka
79An-NazigħatDawk li Jaħtfu462Mekka
80GħabasaQarras Wiċċu421Mekka
81At-TakwirIt-Tgergib291Mekka
82Al-InfitarL-Inferaq191Mekka
83Al-MutaffifinIl-Froditaturi361Mekka
84Al-InxiqaqL-Inxaqq251Mekka
85Al-Buruġlitteralment: Il-Bruġ; il-Kostellazzjonijiet221Mekka
86At-TariqIt-Tiereq, kewkba ta' filgħodu171Mekka
87Al-AgħlaL-Ogħla191Mekka
88Al-GħaxijaIl-Ġrajja li Tgħatti għal kollox261Mekka
89Al-FaġrIs-Sebħ301Mekka
90Al-BaladIl-Belt201Mekka
91Ax-XamsIx-Xemx151Mekka
92Al-LajlIl-Lejl211Mekka
93Ad-DuħaL-Għodwa111Mekka
94Al-InxiraThe Expansion of Breast, Solace, Consolation, Relief81Mekka
95At-TinIt-Tin81Mekka
96Al-GħalaqL-Embolu191Mekka
97Al-QadrIl-Qadr, il-Qawwa; id-Destin51Mekka
98Al-BajjinaIl-Prova Ċara81Medina
99Az-Żalżalalitteralment: Iż-Żilżla; it-Terremot81Medina
100Al-GħadijatIl-Lebbitin111Mekka
101Al-QarigħaIl-Kalamità111Mekka
102At-TakaturL-Itkattir81Mekka
103Al-GħasrIż-Żmien, l-Għasar31Mekka
104Al-HumażaIl-Kalunnjatur, il-Qasqasa91Mekka
105Al-Fillitteralment, kelma arkajku: il-Fil, l-Iljunfant51Mekka
106QurajxQurajx41Mekka
107Al-MagħunIl-Mgħin, għajnuna żgħira, il-Karità71Mekka
108Al-KawtarIl-Kawtar, xmara fil-Ġenna31Mekka
109Al-KafirunIl-Kefrin, dawk li ma emmnux61Mekka
110An-Nasrlitteralment, kelma arkajku: In-Nasr; l-Għajnuna31Medina
111Al-MasadIl-Fibra tal-Palm51Mekka
112Al-IħlasIs-Sinċieri41Mekka
113Al-FalaqIt-Tbexbix51Mekka
114Al-NasIn-Nies61Mekka
  1. Guillaume, Alfred (1954). Islam (bl-Ingliż). Edinburgh: Penguin books. Jista' jiġi affermat li fi ħdan il-letteratura tal-Għarab, wiesgħa u fekunda kemm hija fil-poeżija kif ukoll fil-proża elevata, m'hemm xejn x'tqabbel magħha.
  2. Toropov, Brandon; Buckles, Luqa (2004). Gwida Kompleta tal-Idiot għar-Reliġjonijiet Dinjija (bl-Ingliż). Alpha. p. 126. ISBN 978-1 -59257-222-9. Il-Musulmani jemmnu li l-ħafna laqgħat divini ta’ Muhammad matul is-snin tiegħu f’Mekka u Medina ispiraw il-bqija tal-Koran, li, kważi erbatax-il sekli wara, jibqa' l-kapolavur preeminenti tal-lingwa Għarbija. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |date= u |location= (għajnuna)
  3. Esposito, John (2010). Islam: The Straight Path (bl-Ingliż) (4th ed.). Oxford University Press. p. 21. ISBN 978-0-19-539600-3. Tul l-istorja, ħafna Nsara Għarab ukoll qiesuha bħala l-perfezzjoni tal-lingwa u l-letteratura Għarbija. . Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |page= (għajnuna)
  4. 1 2 3 4 5 "Qur'an | Description, Meaning, History, & Facts | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). 2024-09-09. Miġbur 2024-09-10.
  5. Għarbi: بسم الله الرحمن الرحيم Trażlitterata bħala: bismi-llāhi r-Raḥmāni r-Raḥīm.
  6. Allen, Roger An Introduction to Arabic literature, Cambridge University Press, 2000 ISBN 0-521-77657-0. p. 53
  7. Approaches to the Asian Classics, Bloom Irene u De Bary William Theodore De Bary, Columbia University Press, 1990, p. 65
  8. Akgul, Muhittin (2009). The Quran in 99 Questions (Abdullah Erdemli Trans.) (bl-Ingliż). New Jersey: Tughra Books. ISBN 1597841307.
  9. Suret l-Embolu, 96:1-5
  10. Tarmizi, Luqman (21 Frar 2019). "Pejabat Mufti Wilayah Persekutuan - IRSYAD FATWA SERIES 292: THE LAST VERSE OF THE QURAN THAT WAS REVEALED". muftiwp.gov.my (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
  11. Suret il-Baqra, 2:281
  12. "Suret il-Baqra, 2-285". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
  13. "Suret il-Mejda, 5:68". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
  14. "Suret in-Nisa, 4:163". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
  15. "Suret il-Mejda, 5:17". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
  16. "Suret il-Baqra, 2:75". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
  17. "Suret il-Baqra, 2:79". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.

Il-Koran bil-Malti

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Il-Qoran imqaddes, maqlub mill-Għarbi minn Martin R. Zammit u Muħammad El-Sadi. ISBN: 9789959281500, Tripli, Libja : Għaqda Dinjija għas-Sejħa Islamika, 2008.
  • Il-Quran, imfisser bil-Malti minn Edmund Teuma bi studju qabel ta’ Joseph Ellul. Valletta: Provinċja Franġiskana Maltija, 2000.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]