Al-Iħlas
Dehra
Dan l-artiklu dwar ir-reliġjon huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Surat al-Iħlas (Għarbi:سورة الإخلاص) magħrufa wholl bħala Sūrat al-Tawħid (Għarbi: سورة التوحيد) hi l-iqsar sûra fil-Koran, b'erba' versi. Din is-sûra (112 fil-Koran) hi meqjusa mill-iktar importanti, għax tesprimi t-twemmin monoteistiku tal-Mislem. Filfatt, tawħid tista' tinqaleb għall-Malti bħala twaħħid - nom verbali ta' waħħad (II forma) li bil-Għarbi jista' jfisser ukoll "stqarr (u emmen) il-waħdanija ta' Alla".
Fit-traduzzjoni tiegħu tal-Koran għall-Malti, P. Edmund Teuma (2003) jirreferi għal dis-sûra bl-isem Il-Fidi Safja.
It-test bl-Għarbi, traskritt bl-alfabet Latin, u traduzzjoni bil-Malti
[immodifika | immodifika s-sors]قُلْ هُوَ اللَّهُ أَحَدٌ:
- 112.1. Qul huwa Allahu aḥad:
- 112.1. Għid : "Huwa Alla wieħed.
اللَّهُ الصَّمَدُ :
- 112.2. Allahu ṣṣamad:
- 112.2. Alla l-Etern,
لَمْ يَلِدْ وَلَمْ يُولَدْ :
- 112.3. Lam yalid wa lam yulad:
- 112.3. La ma jiled u la m'hu mwieled,
وَلَمْ يَكُن لَّهُ كُفُواً أَحَدٌ:
- 112.4. Walam yakun lahu kufuwan aḥad:
- 112.4. U la ma jkun, la hu, kif Huwa, ħadd."