Arkanġlu Gabrijel
Fil-Ġudaiżmu, fil-Kristjaneżmu u fl-Iżlam, Gabrijel (bil-Lhudi: גַּבְרִיאֵל - il-qawwa ta' Alla, il-kobor ta' Alla; bil-Latin: Gabrielus; bil-Grieg: Γαβριήλ, Gabriēl; bl-Għarbi: جبريل, Ġibrīl jew جبرائيل Ġibrail; bl-Aramajk: Gabri-El, "Alla huwa l-qawwa tiegħi", huwa arkanġlu, messaġġier ta' Alla.
Fil-Bibbja
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel li jissemma fil-Bibbja huwa fil-Ktieb ta' Danjel, ifisser il-viżjonijiet ta' Danjel rigward il-Messija.
“ "U smajt leħen ta' bniedem isejjaħ fuq l-Ulaj u jgħid: " Gabrijel, fehemhielu d-dehra lil dan." Hu ġie ħdejja fejn kont wieqaf, u jien, kif resaq maġenbi, twerwirt u waqajt wiċċi fl-art. Iżda hu qalli: "Bin il-bniedem, kun af li din id-dehra tgħodd għal żmien it-tmiem." Malli kellimni ntlift minn sensija kif kont wiċċi ma' l-art, iżda hu ħarrikni, qajjimni bilwieqfa fejn kont, u qalli: "Ara, se ngħarrfek x'se jiġri meta tintemm il-korla, jiġifieri, meta jasal il-waqt, fit-tmiem. Iż-żewġt iqrun tal-muntun li rajt huma s-slaten tal-Medja u l-Persja; il-bodbod hu s-sultan tal-Greċja, u l-qarn il-kbir li rajtlu bejn għajnejh hu l-ewwel sultan. L-erbgħa l-oħra li kibru floku meta nkiser huma erba' saltniet li joħorġu minni, imma ma jkollhomx saħħa bħal tiegħu. "Fl-aħħar tas-saltna tagħhom, meta dnubiethom jilħqu l-quċċata, iqum sultan wiċċu tost u mħarreġ fl-intriċċi. Bis-saħħa kbira tiegħu, għalkemm ma tkun saħħtu xejn, jagħmel ħerba li ma bħalha, u jibqa' sejjer hekk b'dan l-għemil, u jeqred il-qawwijin u l-poplu tal-qaddisin. Bil-ħażen ta' moħħu jimxi 'l quddiem fil-qerq ta' għemilu, jitkabbar f'qalbu u jagħmel qerda sħiħa qisu m'hux hu. Imbagħad jieqaf kontra l-Prinċep tal-prinċpijiet, imma jitkisser bla ma jindaħal ebda bniedem. Id-dehra tal-lejliet u ta' l-għodwiet li qalu hija minnha; iżda int żomm din id-dehra mistura, għax għad irid jgħaddi żmien twil." ”
(Danjel 8, 26)
Fl-Evanġelju skond San Luqa, Gabrijel iħabbar kemm it-twelid ta' Ġwanni l-Battista lil missieru Żakkarija, kif ukoll ta' Ġesù lil ommu Marija. Il-Kattoliċi jirreferu għalih bħala San Gabrijel Arkanġlu.
“ U deherlu anġlu tal-Mulej, wieqaf in-naħa tal-lemin tal-artal tal-inċens. Żakkarija, malli rah, tħawwad u waqa' biża' fuqu. Imma l-anġlu qallu: "Tibżax, Żakkarija, għax it-talba tiegħek instemgħet: martek Eliżabetta se tagħtik iben, u inti ssemmih Ġwanni. Din tkun għalik ħaġa li tqanqlek bil-ferħ u thennik ħafna, u jkun hemm bosta li jifirħu bit-twelid tat-tifel. Għax hu jkun kbir quddiem il-Mulej; ma jkun jixrob ebda inbid jew xorb qawwi, u jimtela bi spirtu qaddis sa minn ġuf ommu. Huwa jreġġa' lil ħafna minn ulied Iżrael lejn il-Mulej Alla tagħhom, u hu ġej qabel il-Mulej, mimli bl-ispirtu u l-qawwa ta' Elija, biex iraġġa' l-qlub tal-missirijiet lejn uliedhom, u lil dawk li ma jridux jobdu jreġġagħhom għall-għaqal tal-ġusti, ħalli jlesti poplu mħejji sewwa għall-Mulej." Imma Żakkarija qal lill-anġlu: "Kif inkun żgur minn dan? Għax jiena raġel xiħ, u marti mdaħħla fiż-żmien?" Wieġeb l-anġlu u qallu: "Jiena Gabrijel, li qiegħed quddiem Alla. Hu bagħatni nkellmek u nwassallek din il-bxara t-tajba. U issa, talli int ma emmintx kliemi, li għad iseħħ meta jasal il-waqt, ara, int tibqa' mbikkem u ma tkunx tista' titkellem sa dak in-nhar li jiġri kull ma ħabbartlek."
...Imbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f'belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta' David. Dix-xebba kien jisimha Marija.[Lq:1:28] L-anġlu daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek." Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: "Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta' David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu." Iżda Marija qalet lill-anġlu: "Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?" Wieġeb l-anġlu u qalilha: "L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla. Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir." Mbagħad qalet Marija: "Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek?" U l-anġlu telaq minn quddiemha. ”
(Luqa, 1)
Il-Musulmani jemmnu li Ġibrail kien dak li permezz tiegħu Alla rrivela l- Quran lil Mawmettu, u li ta messaġġ lill-ħafna profeti biex dawn isiru jafu l-missjoni tagħhom. Jissejjaħ l-Ispirtu tal-Verità, li m'għandux jitħallat mal-Ispirtu s-Santu li jemmnu fih l-Insara.
Papa Piju XII kiteb hekk fuq Gabrijel:
“ Il-Kotba Mqaddsa juruna wieħed mill-ogħla personaġġi tan-nobbiltà tal-ġenna mibgħut f’għamla li tidher biex iħabbar lil Marija l-Misteru tal-Inkarnazzjoni. Marija ġiet mitluba li ssir Omm Alla permezz ta' anġlu għaliex bil-maternità divina tagħha kellu jkollha sovranità, qawwa u ħakma fuq l-anġli kollha. Nistgħu ngħidu li l-Arkanġlu Gabrijel kien l-ewwel messaġġier mis-sema tal-missjoni rjali ta’ Marija. ”
Qaddis Patrun
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-Knisja Kattolika, San Gabrijel huwa meqjum bħala patrun ta' dawk li jidħlu għal missjonijiet importanti, li jwasslu aħbarijiet importanti għal Alla. Gabrijel wassal il-messaġġ t’Alla lil Marija. F'dak il-waqt hija kienet flok il-bnedmin kollha, u hu kien jirrapreżenta lill-anġli kollha.
Huwa wkoll qaddis patrun ta':
Festa
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Knisja Kattolika tagħmel il-festa ta' San Gabrijel nhar id-29 ta' Settembru, flimkien mal-arkanġli Mikiel u Rafel.