Aqbeż għall-kontentut

Etimoloġija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Etimoloġija hija fergħa tal-lingwistika storika dwar l-oriġni jew it-tnissil u l-iżvilupp tal-kliem, kif ukoll dwar it-tqabbil bejn kliem li jixtiebah jew aħjar kliem-qarib f'ilsna differenti. Hawnhekk "kelma-qariba" (plural "kliem-qarib" u "kelmiet-qarib") qed tittieħed bħala l-ekwivalenti ta' dik li fl-Ingliż tissejjaħ cognate (word). F'dak li għandu x'jaqsam mal-lingwistika, l-etimoloġija tqarreb ferm is-Semantika u l-Fonoloġija. Tant hu hekk, li qabel ma ġew żviluppati r-regoli tal-Fonetika, ma kellniex mezz xjentifiku jew sistematiku kif nittraċċaw it-tnissil tal-kliem.

Eżempji etimoloġiċi fl-ilsien Malti

[immodifika | immodifika s-sors]
  • ballu (minn ballo fit-Taljan)
  • ballerin (minn ballerino fit-Taljan)
  • balè (minn ballet fil-Franċiż)
  • ħila (minn ħīla, ħajl fl-Għarbi)
  • orrajt (minn all right fl-Ingliż)
  • pitazz (minn pitazzu fl-Isqalli Komuni)
  • fisser (minn fassara fl-Għarbi)