Litwanja
Repubblika tal-Litwanja Lietuvos Respublika |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||
Innu nazzjonali: Tautiška giesmė Innu Nazzjonali |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Vilnius 54°41′N 25°19′E / 54.683°N 25.317°E
| |||||
Lingwi uffiċjali | Litwan | |||||
Gvern | Repubblika parlamentari[1] | |||||
- | President | Gitanas Nausėda | ||||
- | Prim Ministru | Ingrida Šimonytė | ||||
- | Kelliem tas-Seimas | Viktorija Čmilytė-Nielsen | ||||
Stabbiliment | ||||||
- | L-ewwel menzjoni tal-Litwanja | 9 ta' Marzu 1009 | ||||
- | Inkurunazzjoni ta' Mindaugas | 6 ta' Lulju 1253 | ||||
- | Unjoni mal-Polonja | 2 ta' Frar 1386 | ||||
- | Commonwealth Litwana-Pollakka maħluqa | 1 ta' Lulju 1569 | ||||
- | Partizzjonijiet tal-Commonwealth | 24 ta' Ottubru 1795 | ||||
- | Indipendenza ddikjarata | 16 ta' Frar 1918 | ||||
- | l-1el Okkupazzjoni Sovjetika | 15 ta' Ġunju 1940 | ||||
- | Okkupazzjoni Ġermaniża Nażista | 22 ta Ġunju 1941 | ||||
- | it-2ni Okkupazzjoni Sovjetika | Lulju 1944 | ||||
- | Indipendenza restawrata | 11 ta' Marzu 1990 | ||||
Sħubija fl-UE | 1 ta' Mejju 2004 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 65,300 km2 (123) 25,212 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 1.35 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2017 | 2,823,859[2] (140) | ||||
- | ċensiment tal-2011 | 3,043,429 | ||||
- | Densità | 50.3/km2 (120) 141.2/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2011 | |||||
- | Total | $65.014 biljun[3] | ||||
- | Per capita | $21,615[3] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $42.164 biljun[3] | ||||
- | Per capita | $14,018[3] | ||||
IŻU (2013) | ![]() |
|||||
Valuta | Ewro (€ ) |
|||||
Żona tal-ħin | EET (UTC+2) | |||||
Kodiċi telefoniku | +370 | |||||
TLD tal-internet | .lt1 | |||||
1 | Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea |
Il-Litwanja (Litwan:Lietuva), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Litwanja (Litwan:Lietuvos Respublika) hi pajjiż fl-Ewropa ta' Fuq, u l-akbar mit-tliet Stati Baltiċi. Hi tinsab tul ix-xatt tax-xlokk tal-Baħar Baltiku, lejn il-lvant tal-Iżvezja u d-Danimarka. Il-pajjiż huwa mdawwar mill-Latvja lejn it-tramuntana, il-Bjelorussja lejn il-lvant u n-nofsinhar, il-Polonja fin-nofsinhar, u l-Kaliningrad Oblast għall-Lbiċ. Il-Litwanja għandha popolazzjoni stmata ta' 3 miljuni (2012), u l-belt kapitali u l-akbar belt tagħha hija Vilnius. Il-Litwani huma Nies Baltiċi, u l-lingwa uffiċjali, il-lingwa Litwana, hija waħda minn żewġ lingwi ħajjin (flimkien mal-Latvjan) fil-fergħa Baltika tal-familji tal-lingwi Indo-Ewropej.
Is-sistema politika[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Litwanja hija repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president - li jaħtar lill-prim ministru. Il-Parlament huwa korp leġiżlattiv unikamerali. Il-pajjiż huwa maqsum f’60 muniċipalità, b’sindki eletti direttament.[5]
Il-kummerċ u l-ekonomija[immodifika | immodifika s-sors]
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Litwanja fl-2018 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (32.2%), l-industrija (21.9%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (14.3%).[5]
Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 59% tal-esportazzjonijiet tal-Litwanja (il-Latvja 10%, il-Polonja 8% u l-Ġermanja 7%), filwaqt li barra mill-UE 14% jmorru fir-Russja u 5% fl-Istati Uniti.[5]
F’termini ta’ importazzjonijiet, 69% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 12%, il-Polonja 11% u l-Latvja 7%), filwaqt li barra mill-UE 15% jiġu mir-Russja u 3% miċ-Ċina.[5]
Il-Litwanja fl-UE[immodifika | immodifika s-sors]
Hemm 11-il membru tal-Parlament Ewropew mil-Litwanja.[5]
Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentantiFittex it-traduzzjonijiet disponibbli tal-link preċedentiEN••• tal-gvern Litwan, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.[5]
Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.[5]
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. Dati tal-presidenzi Litwani: Lul-Diċ 2013[5]
Il-Kummissarju nominat mil-Litwanja għall-Kummissjoni Ewropea hi Virginijus Sinkevičius, li hu responsabbli għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.[5]
Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.[5]
Il-Litwanja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.[5]
Il-Litwanja għandha 7 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.[5]
Il-Litwanja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Litwanja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.[5]
L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. [5]
Ċifri tal-2018 għal-Litwanja:[5]
- Nefqa totali tal-UE fil-Litwanja – € 2.071 biljun (ekwivalenti għal 4.80% tal-ekonomija Litwana)
- Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE – € 0.356 biljun (ekwivalenti għal 0.83% tal-ekonomija Litwana)
Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mil-Litwanja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.[5]
- Parkas Vingio of Augustas Didzgalvis.jpg
Parque Vingis Park, Vlnius/Vilna (Parkas Vingio).
- Palanga willa Morskie Octy 2.jpg
Old wooden villa/Antigua villa de madera/Villa antika tal-injam (Palanga willa Morskie)
Birutės Hill (19th century painting) where Kęstutis met his wife Birutė, the mother of Lithuanian ruler and national hero Vytautas the Great/Birutės Hill (pintura del siglo XIX) donde Kęstutis conoció a su esposa Birutė, la madre del gobernante lituano y héroe nacional Vitautas el Grande/Birutės Hill (pittura tas-seklu 19) fejn Kęstutis iltaqa' ma' martu Birutė, omm il-ħakkiem u eroj nazzjonali Litwan Vytautas il-Kbir.
Il-Palazz tal-Assemblea Kostitwenti, fejn iltaqgħu l-Assemblea Kostitwenti u l-ewwel tliet edizzjonijiet tas-Seimas, Kaunas/The Constituent Assembly Palace, where the Constituent Assembly and first three editions of Seimas gathered, Kaunas/El Palacio de la Asamblea Constituyente , donde se reunió la Asamblea Constituyente y las tres primeras ediciones del Seimas, Kaunas.
- Palace of Justice and the Seimas in Kaunas.jpg
Palazz tal-Ġustizzja u s-Seimas, imżejjen bit-tricolors Litwani f'Kaunas, Kaunas/Palace of Justice and the Seimas, decorated with the Lithuanian tricolors in Kaunas, Kaunas/Palacio de Justicia y el Seimas , decorado con los tricolores lituanos en Kaunas
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Nutarimas, Qorti Kostituzzjonali Litwan, 1998.
- ^ Numru tal-popolazzjoni.
- ^ a b c d International Monetary Fund (ed.). "Litwanja". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Nazzjonijiet Uniti, ed. (2013). "Human Development Report 2013" (PDF). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ a b c d e f g h i j k l m n o p europa.eu, Litwanja