Slovakkja
Repubblika Slovakka Slovenská republika |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||
Innu nazzjonali: "Nad Tatrou sa blýska" Sajjetti Madwar it-Tatras |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Bratislava 48°09′N 17°07′E / 48.15°N 17.117°E
| |||||
Lingwi uffiċjali | Slovakk | |||||
Gvern | Repubblika parlamentari | |||||
- | President | Andrej Kiska | ||||
- | Prim Ministru | Robert Fico | ||||
Indipendenza | ||||||
- | mill-Awstrija–Ungerija (bħala parti miċ-Ċekoslovakkja) |
28 ta' Ottubru 1918 | ||||
- | miċ-Ċekoslovakkja | 1 ta' Jannar 19931 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 49,035 km2 (129) 18,932 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | negliġibbli | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2012 | 5,410,836[1] (115) | ||||
- | ċensiment tal-2011 | 5,397,036 | ||||
- | Densità | 111/km2 (88) 287/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $132.384 biljun[2] | ||||
- | Per capita | $24,284[2] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2013 | |||||
- | Total | $91.186 biljun[2] | ||||
- | Per capita | $16,726[2] | ||||
IŻU (2013) | ![]() |
|||||
Valuta | Ewro (€) (EUR ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +421 | |||||
TLD tal-internet | .sk2 | |||||
1 | Iċ-Ċekoslovakkja inqasmet fir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja; ara Divorzju Velvet. | |||||
2 | Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea. |
Is-Slovakkja ( sloʊˈvɑːkiə (għajnuna·info); Slovakk:
Slovensko (għajnuna·info)), uffiċjalment ir-Repubblika Slovakka (Slovakk: Slovenská republika), hija pajjiż interkjuż fl-Ewropa Ċentrali.[4][5] Il-pajjiż għandhu popolazzjoni ta' aktar minn ħames miljuni u erja ta' madwar 49,000 kilometru kwadru (19,000 mi kw). Is-Slovakkja hija mdawra mir-Repubblika Ċeka u l-Awstrija lejn il-punent, il-Polonja lejn it-tramuntana, l-Ukraina lejn il-lvant u l-Ungerija fin-nofsinhar. L-akbar belt hija l-kapitali, Bratislava, u t-tieni l-akbar hija Košice. Is-Slovakkja hija stat membru tal-Unjoni Ewropea, tan-NATO, tal-Ġnus Magħquda, l-OECD u L-WTO fost oħrajn. Il-lingwa uffiċjali hija s-Slovakk, membru tal-familja tal-Lingwi Slavi.
Is-Slavi waslu fit-territorju li llum il-ġurnata msejjaħ Slovakkja fis-sekli 5 u 6 matul il-perijodu ta' emigrazzjoni. Matul l-istorja, diversi partijiet tas-Slovakkja tal-lum kienu ikkontrollati mill-Imperu ta' Samo (l-ewwel unità politika magħrufa tas-Slavi), il-Prinċipalità ta' Nitra (bħala entità indipendenti, bħala parti tal-Gran Moravja u bħala parti mir-Renju Ungeriż), il-Gran Moravja, ir-Renju tal-Ungerija,[6] l-Imperu Awstro-Ungeriż jew l-Imperu Habsburg, u ċ-Ċekoslovakkja. L-iStat Slovakk separat eżista għal mien qasir fit-Tieni Gwerra Dinjija, li matulha s-Slovakkja kienet dipendenza tal-Ġermanja Nażista bejn l-1939 u l-1944. Mill-1945, is-Slovakkja għal darb'oħra saret parti miċ-Ċekoslovakkja. Is-Slovakkja saret stat indipendenti fl-1 ta' Jannar 1993 wara x-xoljiment paċifiku taċ-Ċekoslovakkja.
Is-sistema politika[immodifika | immodifika s-sors]
Is-Slovakkja hija repubblika demokratika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - li għandu l-biċċa l-kbira tas-setgħa eżekuttiva u kap tal-istat - il-president - li huwa l-kap formali tal-eżekuttiv, iżda b’setgħat limitati ħafna. Il-pajjiż huwa subdiviż fi 8 reġjuni, b’kull wieħed imsemmi għall-belt prinċipali tiegħu. Dawn ingħataw ċertu livell ta’ awtonomija mill-2002 ’l hawn.[7]
Il-kummerċ u l-ekonomija[immodifika | immodifika s-sors]
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tas-Slovakkja fl-2018 kienu l-industrija (26.2%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (20.2%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (14.8%).[7]
Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 86% tal-esportazzjonijiet tas-Slovakkja (il-Ġermanja 22%, iċ-Ċekja 12% u l-Polonja 8%), filwaqt li barra mill-UE 3% jmorru fl-Istati Uniti u 2% kemm fir-Russja u kif ukoll fiċ-Ċina.[7]
F’termini ta’ importazzjonijiet, 80% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 20%, iċ-Ċekja 16% u l-Awstrija 10%), filwaqt li barra mill-UE 5% jiġu kemm mir-Russja kif ukoll mill-Korea t’Isfel.[7]
Is-Slovakkja fl-UE[immodifika | immodifika s-sors]
Hemm 13-il membru fil-Parlament Ewropew mis-Slovakkja.[7]
Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Slovakk, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.[7]
Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.[7]
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. Dati tal-presidenzi Slovakki: Lul-Diċ 2016[7]
Il-Kummissarju nominat mis-Slovakkja għall-Kummisjoni Ewropea hu Maroš Šefčovič, il-Viċi President għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva.[7]
Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.[7]
Is-Slovakkja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.[7]
Is-Slovakkja għandha 7 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.[7]
Is-Slovakkja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tas-Slovakkja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.[7]
L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.[7]
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali.[7]
Ċifri tal-2018 għas-Slovakkja:[7]
- Nefqa totali tal-UE fis-Slovakkja – € 2.457 biljun (ekwivalenti għal 2.78% tal-ekonomija Slovakka)
- Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE – € 0.764 biljun (ekwivalenti għal 0.86% tal-ekonomija Slovakka)
Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mis-Slovakkja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.[7]
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Statistiċi Slovakkja. 3 ta' Ġunju 2013.
- ^ a b c d International Monetary Fund (ed.). "Slovakkja". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Ġnus Magħquda, ed. (2013). "Human Development Report 2013" (PDF). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ "Austrian Foreign Ministry". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ UNHCR (ed.). "UNHCR regional classification". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ ABC-CLIO, ed. (1998). Encyclopedia of Russian & Slavic myth and legend. p. 375. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna)ISBN 1-57607-130-8, 9781576071304 - ^ a b c d e f g h i j k l m n o p q europa.eu, Slovakkja