Pajjiżi l-Baxxi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Pajjiżi l-Baxxi
(NL) Nederland
Pajjiżi l-Baxxi(NL)  Nederland – Bandiera Pajjiżi l-Baxxi(NL)  Nederland – Emblema
Mottu: (FR) "Je maintiendrai"
(NL) "Ik zal handhaven"
(traduzzjoni: "Jien inżomm")
Innu nazzjonali: "Het Wilhelmus"
EU-Netherlands.svg
Lokazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur)
BES islands location map.svg
Muniċipalitajiet speċjali tal-Pajjiżi l-Baxxi (aħdar skur) fil-Karibew
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Amsterdam
52°19′N 05°33′E / 52.317°N 5.55°E / 52.317; 5.55
Lingwi uffiċjali Olandiż
Gruppi etniċi  ara Demografija
Gvern Monarkija parlamentari
 -  Re Willem-Alexander
 -  Prim Ministru Mark Rutte
Indipendenza
 -  Mill Imperu Habsburg wara l-Gwerra tat-TmeninSenamill-Pajjiżi l-Baxxi 26 ta' Lulju, 1581 (rikonexximent 30 ta' Jannar 1648) 
Sħubija fl-UE 25 ta' Marzu, 19572
Erja
 -  Total 41,848 km2 (135)
16,158 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 18.41
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2011 (stima) 16,677,800 (61)
 -  Densità 401.6/km2 
1,040/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2010
 -  Total $676.895 biljun[1] 
 -  Per capita $40,764[1] 
PGD (nominali) stima tal-2010
 -  Total $783.293 biljun[1] 
 -  Per capita $47,172[1] 
Valuta Ewro ()1 (EUR)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
TLD tal-internet .nl3
Kodiċi telefoniku 31
1 Qabel l-1999: Fjorin Olandiż
2Membru fundatur.3 Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea

Il-Pajjiżi l-Baxxi[2] (bl-Olandiż: Nederland) hu pajjiż fl-Ewropa. Aktar minn 16 miljun ruħ jgħixu fih. Fit-tramuntana u l-punent tal-Pajjiżi l-Baxxi jinsab il-Baħar tat-Tramuntana. Lejn il-lvant hemm il-pajjiż tal-Ġermanja u fin-nofsinhar hemm il-pajjiż tal-Belġju. Il-Pajjiżi l-Baxxi huma wieħed mill-pajjiżi li bdew l-Unjoni Ewropea. In-nies li jgħixu fIl-Pajjiżi l-Baxxi jissejħu "Olandiżi". Il-lingwa tal-Pajjiżi l-Baxxi hi wkoll imsejħa Olandiż. Il-belt kapitali ewlenija tal-Pajjiżi l-Baxxi hi Amsterdam. Madankollu din mhijiex il-post fejn il-gvern għandu s-sedi tiegħu. Il-Kamra tad-Deputati (bl-Olandiż: "Kamer Tweede") tinsab fi il-Ħag.

Etimoloġija[editja]

Il-Pajjiżi l-Baxxi jissejħu hekk għax l-art togħla metru wieħed biss 'l fuq mil-livell tal-baħar. Terz tal-art hija taħt il-livell tal-baħar. Il-Pajjiżi l-Baxxi huma msejħin ukoll l-Olanda. L-Olanda jew Holland bl-Olandiż kien żona rikka ħafna fil-parti tal-punent tal-Pajjiżi l-Baxxi, u b'hekk sar l-iżball. Xi nies li ma jgħixux fil-parti tal-punent tal-Pajjiżi l-Baxxi jiddejqu meta n-nies isejħu tal-pajjiż l-Olanda. Holland tfisser "art bis-siġar" għaliex ir-reġjun ta' Holland kien miksi bil-foresti.

Storja[editja]

Fl-aħħar tal-Medjuevu id-Dukat tal-Borgonja, pajjiż li issa sar parti minn Franza, kien jiġbor fih sbatax-il reġjun. Dawk iż-żoni kienu jissejħu l-Pajjiżi l-Baxxi. Meta bint Duka iżżewwġet ir-re ta' Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi saru parti minn Spanja. Fis-seklu 16 ħafna mill-Olandiżi saru Protestanti. Ir-re ta' Spanja ma ħax pjaċir u ried l-Olandiżi kollha jkunu Kattoliċi. Iddeċieda li l-Protestanti kollha għandhom jinqatlu. Naturalment il-poplu Olandiż ma għoġbux dan, u fl-1568 dawn bdew gwerra kontra Spanja. Il-gwerra damet sal-1648, u għalhekk tissejjaħ il-Gwerra ta’Tmenin Sena. Il-mexxej importanti tal-Olandiżi f'din l-gwerra kien Willem van Oranje (Guliermu ta' Oranġe) imsejjaħ ukoll Guliermu s-Sieket.

Fl-1648 il-Pajjiżi l-Baxxi u Spanja ffirmaw trattat tal-paċi. Il-poplu Olandiż seta' jżomm l-art kollha li kien rebaħ. Il-parti tal-Pajjiżi l-Baxxi li ma kinux rebħu l-Olandiżi baqgħet parti minn Spanja. Aktar tard din il-parti saret il-pajjiż tal-Belġju.

Meta l-Pajjiżi l-Baxxi saru indipendenti, kienu pajjiż speċjali ħafna. Dak iż-żmien kważi l-pajjiżi kollha tal-Ewropa kienu ggvernati minn re, iżda l-Pajjiżi l-Baxxi ma kieux. Il-Pajjiżi l-Baxxi kienu magħmulin minn seba' provinċji, li kienu mmexxija mill-bliet il-kbar. Il-bliet kienu ggvernati mill-muniċipju li kien magħmul minn ċittadini għonja. Flimkien dawn il-provinċji kienu ggvernati minn stadtholder, li għalkemm kellu ħafna qawwa, imqabbel mar-rejiet tal-pajjiżi ewropej l-oħra kellu ħafna inqas potenza. Fil-seklu 17, il-Pajjiżi l-Baxxi kien il-pajjiż l-aktar għani u wieħed mill-aktar pajjiżi qawwijin fid-dinja. Għalhekk l-Olandiżi jsejħu s-seklu 17 l-Età Mdehba. Huma kellhom artijiet madwar id-dinja. L-art l-aktar importanti kienet l-Indji tal-Lvant, pajjiż li llum jissejaħ l-Indoneżja. L-Olandiżi waqqfu ukoll il-belt New York, li kienu jsejħulha Amsterdam il-Ġdida. L-Amerikani nattivi kienu jseħu din iż-żona Manhattan u fl-1628 huma bigħuha lill-Olandiżi għal 60 Gilder. Il-Pajjiżi l-Baxxi ġġieldu ħafna gwerer kontra pajjiżi oħra Ewropej, speċjalment kontra l-Ingilterra. Michiel de Ruyter, ammirall Olandiż, sar eroj Olandiż meta għeleb il-flotta Ingliża qrib Londra.

Fis-seklu 18 il-Pajjiżi l-Baxxi ftaqru. Ħafna nies ħasbu li dan kien it-tort tal-istadtholders. Ħafna ħasbu li kellhom wisq poter u riedu jeħilsu minnhom. Fl-1789 il-poplu Franċiż iddepoża r-re tiegħu. L-armati Franċiżi attakkat pajjiżi oħra biex ineħħu l-mexxejja tagħhom ukoll. Fl-1795 dawn attakkaw Il-Pajjiżi l-Baxxi. L-iStadtholder Guliermu V]] kellu jaħrab lejn l-Ingilterra. Il-Pajjiżi l-Baxxi ingħata isem ġdid, ir-Repubblika Batavjana u sar demokrazija. Iżda l-Franċiżi ma kinux kuntenti bil-mexxej Olandiż, u allura fl-1806 l-imperatur Franċiż Napuljun għamel lil ħuh Louis Bonaparte re tal-Pajjiżi l-Baxxi. Louis sar popolari Fl-Pajjiżi l-Baxxi, iżda l-imperatur għal darb'oħra ma kienx kontenut bih, u minħabba dan fl-1810 il-Pajjiżi l-Baxxi saru parti minn Franza.

Fl-1815 Napuljun ġie megħlub, u l-Pajjiżi l-Baxxi reġgħu saru indipendenti. Il-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej ħasbu li kienet idea tajba li jagħmlu l-Pajjiżi l-Baxxi aktar b'saħħithom, biex jagħmluhom kapaċi li jirreżistu invażjoni oħra Franċiża. Għalhekk il-Belġju u l-Lussemburgu ġew miżjuda mal-Pajjiżi l-Baxxi. Ir-re Guliermu, bin l-istadtholder Guliermu V, sar re. Il-Belġjani ma kinux kuntenti bir-re Olandiż. Fl-1830 dawn irbellaw. Guliermu bagħat armata, Kien aqwa ħafna mill-Belġjani iżda wara għaxart ijiem il-Franċiż bagħtu armata biex jgħinuhom. Fl-1831 il-Belġjani għażlet re għalihom, u l-Belġju sar pajjiż indipendenti.

Xi nies ħasbu li r-re Olandiżi kellu wisq poter. Riedu li jagħtuh inqas qawwaa u jivvutaw għall-gvern huma infushom. Fl-1848 kien hemm irbelli vjolenti kontra r-rejiet ta' bosta pajjiżi Ewropej. Ir-re Olandiż beża' li ħa jiġri l-istess fil-Pajjiżi l-Baxxi. Għalhekk ħalla lil Johan Rudolf Thorbecke jikteb kostituzzjoni. Minn dak iż-żmien in-nies setgħu jivvotaw. Għall-ewwel l-irġiel għonja biss kienu jistgħu jivvutaw. Mill-1919 kulħadd sar jista' jivvota.

Fl-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Pajjiżi l-Baxxi ma ġilldux. L-Olandiżi riedu jibqgħu newtrali fit-Tieni Gwerra Dinja wkoll, imma fl-1940 il-pajjiż ġie invadut u okkupat mill-Ġermanja. Bħal fil-pajjiżi l-oħra kienu okkupaw, il-Ġermaniżi bdew joqtlu l-Lhud. Anne Frank kienet tifla Lhudija li għexet fil-Pajjiżi l-Baxxi. Hija mietet f'[ kamp tal-konċentrament]] Ġermaniż. Meta hi u l-familja tagħha kienu qed jistaħbew mill-Ġermaniżi, kitbet djarju. Wara l-gwerra djarju tagħha sar famuż ħafna. Fl-1944 l-armata Amerikana, Kanadiża, Pollakka u Brittanika lliberat in-nofsinhar tal-Pajjiżi l-Baxxi mill-Ġermaniżi. Riedu jaqsmu x-mara Renu sabiex jilliberaw il-bqija tal-pajjiż, iżda ġew megħluba mill-Ġermaniżi. Ħa sa Mejju tal-1945 qabel ma' l-pajjiż kollu ġie liberat. Matul il-ħames snin tal-okkupazzjoni Ġermaniża, mietu 250,000 ruħ fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Ftit wara l-gwerra, l-Indoneżja ddikjarat l-indipendenza. L-Olandiżi bagħtu s-suldati l-Indoneżja. Matul il-gwerra l-Olandiż irrealizzaw kif iħossuhom dawk li jkunu okkupati minn pajjiż ieħor, għalhekk xi nies ħasbu l-Olandiżi ma għandhiex tagħmel l-istess lill-Indoneżjani. Wara pajjiżi oħra, inklużi l-Istati Uniti, qallu lill-Olandiżi biex iħallu l-Indoneżja, li għamlu finalment (1949).

Wara l-gwerra Il-Pajjiżi l-Baxxi saru wieħed mill-pajjiżi l-iżjed għonja fid-dinja. Fl-2004 il-Ġnus Magħquda qalu li l-Pajjiżi l-Baxxi kienu l-ħames l-aħjar pajjiż biex wieħed jgħix fih.

Politika[editja]

Il-Pajjiżi l-Baxxi huma monarkija kostituzzjonali. Dan ifisser li l-pajjiż għandu re jew reġina, iżda l-veru poter hu f'idejn il-parlament, magħżul mill-poplu Olandiż. In-nies Olandiż kollha li għandhom 18-il sena jew aktar jistgħu jivvutaw. Hemm elezzjoni kull erba' snin. Wara l-elezzjonijiet, il-partiti li jġibu l-maġġoranza tal-voti joħolqu kabinett. Il-kabinett jikkonsisti fi prim ministru u bosta ministri.

Dawn li ġejjin huma l-partiti politiċi fil-parlament:

  • CDA, Appell Nisrani-Demokratiku. Is-CDA huwa r-raba' l-ikbar partit. Il-membri tas-CDA huma fil-parti l-kbira Insara. Il-prim ministru ta' qabel, Jan Peter Balkenende huwa membru tas-CDA.
  • PvdA, Parti tal-Ħaddiema. Il-PvdA huwa partit soċjal-demokratiku. Hu t-tieni l-akbar partit.
  • VVD, Partit Popolari għal-Libertà u d-Demokrazija. Il-VVD hu partit liberali u l-akbar partit. Il-prim ministru li hemm issa, Mark Rutte hu membru tal-VVD.
  • SP, Partit Soċjalista. L-SP kien komunista, iżda issa hu partit soċjalista.
  • GroenLinks, Xellug Aħdar. GroenLinks huwa parit soċjal-demokratiku]] li jagħti attenzjoni speċjali lill-ambjent.
  • D66, Demokratiċi 66. D66 twaqqaf fl-1966. Bħall-VVD, hu partit liberali iżda D66 hu aktar progressiv mill-VVD.
  • ChristenUnie, Unjoni Nisranija. ChristenUnie hu partit Nisrani.
  • PVV, Partit għal-libertà. Huwa partit konservattiv ħafna tal-lemin u t-tielet partit.
  • Partij voor de Dieren, Partit għall-Annimali. Huwa parti għad-drittijiet tal-annimali.
  • PST. Il-PST hu partit Nisrani konservattiv ħafna.

Il-Pajjiżi l-Baxxi huma magħrufin għall-tolleranza fil-politika. Il-Pajjiżi l-Baxxi huma l-uniku pajjiż fejn id-drogi ħfief mhumiex kompletament meqjusin illegali. Barra minn hekk il-Pajjiżi l-Baxxi huma wieħed mill-ftit pajjiżi li jippermettu ż-żwieġ bejn l-istess, l-ewtanażja u l-prostituzzjoni sa ċertu punt.

Minħabba li huma minn tal-ewwel demokraziji parlamentari, il-Pajjiżi l-Baxxi kienu pajjiż modern sa mit-twaqqif tagħhom. Fost affiljazzjonijiet oħrajn il-pajjiż huwa membru fundatur tal-Unjoni Ewropea (UE), in-NATO, l-OECD, il-WTO u ffirma wkoll il-protokoll ta' Kjoto. Flimkien mal-Belġju u l-Lussemburgu, jagħmlu parti mill-unjoni ekonomika tal-Benelux. Il-pajjiż jilqa' fi ħdanu ħames qrati internazzjonali: Il-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, It-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-Ex-Jugożlavja, il-Qorti Kriminali Internazzjonali u t-Tribunal Speċjali għal-Libanu. L-ewwel erbgħa jinsabu f' il-Ħag bħalma tinsab l-aġenzija tal-intelliġenza kriminali tal-UE Europol. Għalhekk li din il-belt ġiet imsejħa "l-kapitali legali tad-dinja".

Provinċji[editja]

Mappa tal-pajjiżi l-Baxxi

Fil-Pajjiżi l-Baxxi hemm 12-il provinċja:

Bandiera Provinċja Belt Kapitali L-akbar belt Erja (km2) Popolazzjoni[4] Densità
(per km2)
Flag Drenthe.svg Drenthe Assen Assen 2,641 486,197 184
Flevolandflag.svg Flevoland Lelystad Almere 1,417 374,424 264
Frisian flag.svg Friesland Leeuwarden Leeuwarden 3,341 642,209 192
Gelderland-Flag.svg Gelderland Arnhem Nijmegen 4,971 1,979,059 398
Flag Groningen.svg Groningen Groningen Groningen 2,333 573,614 246
NL-LimburgVlag.svg Limburg Maastricht Maastricht 2,150 1,127,805 525
North Brabant-Flag.svg Noord Brabant Den Bosch Eindhoven 4,916 2,419,042 492
Flag North-Holland, Netherlands.svg Noord Holland Haarlem Amsterdam 2,671 2,613,070 978
Flag of Overijssel.svg Overijssel Zwolle Enschede 3,325 1,116,374 336
Utrecht (province)-Flag.svg Utrecht Utrecht Utrecht 1,385 1,190,604 860
Flag of Zeeland.svg Zeeland Middelburg Middelburg 1,787 380,497 213
Flag Zuid-Holland.svg Zuid Holland il-Ħag
(Den Haag)
Rotterdam 2,814 3,455,097 1228

Hemm ukoll 3 muniċipji speċjali li jiffurmaw il-Karibew Netherlands:

Bandiera Provinċja Belt Kapitali L-akbar belt Erja (km2) Popolazzjoni[5] Densità
(per km2)
Flag of Bonaire.svg Bonaire Kralendijk Kralendijk 288 17,408 60
Flag of Saba.svg Saba The Bottom The Bottom 13 1,991 153
Flag of Sint Eustatius.svg Sint Eustatius Oranjestad Oranjestad 21 3,897 186

Minbarra dawn Aruba, Curaçao u Sint Maarten huma wkoll parti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Ġeografija[editja]

Fil-fatt il-parti kbira mill-Olanda inħolqot mill-ramel li karkru l-ħafna xmajjar li jgħaddu minnha. L-iżjed importanti fosthom huma r-Renu, il-Maas, l-Ijssel u l-iScelt. Parti kbira mill-Pajjiżi l-Baxxi hi taħt il-livell tal-baħar. Dan hu hekk billi l-Olandiżi nixxfu ħafna lagi u partijiet tal-baħar biex joħolqu dawk li jgħidulhom polders. Għalhekk għandhom dan il-qawl "Alla ħoloq id-dinja, iżda l-Olandiżi ħolqu l-Pajjiżi l-Baxxi." Minħabba dan il-Pajjiżi l-Baxxi huma ċatti ħafna. Fix-xlokk nett tal-Pajjiżi l-Baxxi, fl-Limburg, hemm xi għoljiet. Għalhekk, dan ir-reġjun hu attrazzjoni turistika għal ħafna Olandiżi. L-għola punt fi-Pajjiżi l-Baxxi, Vaalserberg, huwa 321 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.

In-nies[editja]

Mitħna fil-Pajjiżi l-Baxxi

Il-Pajjiżi l-Baxxi huma pajjiż żgħir, imma hemm ħafna nies li jgħixu hemmhekk. Huma wieħed mill-pajjiżi bl-ogħla densà ta' popolazzjoni fid-dinja.

Il-parti l-kbira tan-nies fil-Pajjiżi l-Baxxi jitkellmu l-Olandiż. Fi Friesland madwar 200,000 ruħ jitkellmu l-Friżjan. Xi Olandiżi jitkellmu bid-djaletti. Id-djaletti Sassoni mitkellma fil-parti tal-grigal tal-Pajjiżi l-Baxxi huma pjuttost simili għall-Ġermaniż Baxx.

Skont stħarriġ magħmul fl-2006, 25% tal-poplu Olandiż huma Insara u 3% jemmnu f'xi reliġjon organizzata oħra, bħall-Ġudaiżmu, l-Iżlam jew l-Induiżmu eċċ u 26% għandhom twemmin spiritwali mhux marbut ma 'reliġjon. L-44% l-oħra mhumiex reliġjużi.

Referenzi[editja]

  1. ^ a b c d Fond Monetarju Internazzjonali [1] data ta' aċċess 6 ta' Mejju 2011
  2. ^ Bil-Malti hu magħruf ukoll bħala l-Olanda, però l-isem uffiċjali huwa l-Pajjiżi l-Baxxi.
  3. ^ a b [2] Regionale Kerncijfers Nederland 2007
  4. ^ [3] Bevolking per regio naar leeftijd, geslacht en burgerlijke staat 2007
  5. ^ [4] Bevolking per regio naar leeftijd, geslacht en burgerlijke staat 2007