Ħelsinki hija l-belt kapitali u l-akbar belt tal-Finlandja. Qiegħda fir-reġjun ta' Uusimaa, li jinsab fin-nofsinhar tal-Finlandja, fuq il-kosta tal-Golf tal-Finlandja, fergħa tal-Baħar Baltiku. Ħelsinki għandha popolazzjoni ta' 605,523 (28 ta' Frar 2013), popolazzjoni urbana ta' 1,159,211 (31 ta' Diċembru 2011)[1] u popolazzjoni metropolitana ta' 1,361,506 li jagħmluha l-muniċipju u żona urbana l-aktar popolata fil-Finlandja. Ħelsinki tinsab xi 80 kilometru (50 mi) mit-tramuntana ta' Tallinn, l-Estonja, 400 kilometru (250 mi) fil-lvant ta' Stokkolma, l-Iżvezja, u 300 kilometru (190 mi) fil-punent ta' San Pietruburgu, r-Russja. Ħelsinki għandha konnessjonijiet storiċi ma' dawn it-tliet ibliet.