Tallinn
Tallinn | |||
---|---|---|---|
![]() | |||
![]() | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Pajjiż | Estonja | ||
County of Estonia | Kontea ta' Harju | ||
City | Tallinn | ||
Kap tal-Gvern |
Mihhail Kõlvart (en) ![]() | ||
Isem uffiċjali |
Tallinn Таллин Рэвель Таллинн Ревель Ревель Таллінн Reval Ревел | ||
Ismijiet oriġinali | Tallinn | ||
Kodiċi postali |
10111 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 59°26′14″N 24°44′42″E / 59.4372°N 24.745°EKoordinati: 59°26′14″N 24°44′42″E / 59.4372°N 24.745°E | ||
![]() | |||
Superfiċjenti | 159.37 kilometru kwadru | ||
Għoli | 143 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 438,341 abitanti (1 Jannar 2021) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | unknown value | ||
Kodiċi tat-telefon |
64 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+2 | ||
bliet ġemellati |
Riga, Annapolis (en) ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() | ||
tallinn.ee |
Tallinn (/ˈtɑːlɪn, ˈtælɪn/;[1][2][3] pronunzja bl-Estonjan: [ˈtɑlʲːinː]) hija l-belt kapitali u l-iżjed belt popolata tal-Estonja. Tinsab qrib bajja fit-Tramuntana tal-pajjiż, max-xatt tal-Golf tal-Finlandja tal-Baħar Baltiku. Tallinn għandha popolazzjoni ta' 438,341 (fl-2021)[4] u amministrattivament tagħmel mal-kontea jew maakond ta' Harju. Tallinn hija ċ-ċentru finanzjarju, industrijali u kulturali ewlieni tal-Estonja. Tinsab 187 kilometru fil-Majjistral tat-tieni l-ikbar belt tal-pajjiż, Tartu, madankollu tinsab biss 80 kilometru fin-Nofsinhar tal-belt kapitali tal-Finlandja, Helsinki, kif ukoll 320 kilometru fil-Punent ta' San Pietruburgu, ir-Russja, 300 kilometru fit-Tramuntana tal-belt kapitali tal-Latvja, Riga, u 380 kilometru fil-Lvant tal-belt kapitali tal-Iżvezja, Stokkolma. Mis-seklu 13 sal-ewwel nofs tas-seklu 20, Tallinn kienet magħrufa fil-biċċa l-kbira tad-dinja b'diversi varjanti tal-isem storiku tagħha Reval.
Tallinn ingħatat drittijiet ta' belt minn Lübeck fl-1248[5], madankollu l-iżjed evidenza bikrija ta' insedjament uman fiż-żona tmur lura kważi 5,000 sena.[6] L-ewwel dikjarazzjoni ta' sjieda li qatt ġiet irreġistrata saret mid-Danimarka wara attakk li rnexxa fl-1219 taħt it-tmexxija tar-Re Valdemar II, segwit minn perjodu ta' diversi mexxejja Skandinavi u Tewtoniċi. Minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha qrib il-baħar, il-port Medjevali ta' Tallinn sar ċentru kummerċjali sinifikanti, speċjalment fis-sekli 14-16, meta l-importanza tal-belt kibret bħala l-iżjed belt fit-Tramuntana li kienet membru tal-Lega Anseatika. Iċ-ċentru storiku ta' Tallinn, magħruf bħala Vanalinn, huwa wieħed mill-iktar ippreservati sew fl-Ewropa u sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[7]
Tallinn għandha l-ogħla għadd ta' negozji emerġenti għal kull persuna fost il-pajjiżi Ewropej[8] u huwa l-post fejn twieldu bosta kumpaniji internazzjonali tat-teknoloġija avvanzata, fosthom Skype u Wise.[9] Il-belt tospita l-kwartieri ġenerali tal-aġenzija tat-teknoloġija informatika tal-Unjoni Ewropea[10], kif ukoll taċ-Ċentru ta' Eċċellenza tad-Difiża Ċibernetika tan-NATO. Fl-2007, Tallinn ġiet elenkata fost l-ewwel għaxar pajjiżi diġitali fid-dinja.[11]
Siti ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]
Iċ-Ċentru Storiku ta' Tallinn ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[7]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[7]
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ "Tallinn: Meaning and Definition of | Infoplease". www.infoplease.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-15.
- ^ Tallinn. Miġbur 2022-04-15.
- ^ Tallinn. Miġbur 2022-04-15.
- ^ "RV0240: POPULATION BY SEX, AGE AND PLACE OF RESIDENCE AFTER THE 2017 ADMINISTRATIVE REFORM, 1 JANUARY". PX-Web. Miġbur 2022-04-15.
- ^ "Tallinn on noorem, kui õpikus kirjas!". Eesti Päevaleht. Miġbur 2022-04-15.
- ^ "Villu Kadakas: pringlikütid Vabaduse väljakul". Arhiiv (bl-Estonjan). 2009-04-25. Miġbur 2022-04-15.
- ^ a b c Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre (Old Town) of Tallinn". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-15.
- ^ Rooney, Ben (2012-06-14). "The Many Reasons Estonia Is a Tech Start-Up Nation" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-15.
- ^ Kaminski, Karsten (2015-03-14). "Estland: Ein Einblick in die Start-up-Szene von Tallinn" (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-04-15.
- ^ ERR (2011-06-09). "It's Official: Tallinn To Become EU's IT Headquarters". ERR (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-15.
- ^ "Tech capitals of the world". The Age (bl-Ingliż). 2007-09-13. Miġbur 2022-04-15.
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
![]() |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Tallinn (Tallinn) |