Baħar Mediterran
Il-Baħar Mediterran huwa baħar li jifred l-Ewropa mill-Afrika ta' Fuq, bl-Asja fil-Lvant; it-tul tiegħu hu ta' madwar 3.800 km (2.400 mil), filwaqt li għandu erja ta' 2.5 miljun km². Dan il-baħar hu magħqud mal-Oċean Atlantiku (permezz tal-Istrett ta' Ġibiltà), mal-Baħar l-Aħmar (permezz tal-Kanal tas-Swejs) u mal-Baħar l-Iswed (permezz tad-Dardanelli). Il-Mediterran ġeneralment jinqasam f'diversi ibħra li huma l-Baħar Adrijatiku, l-Baħar Eġew, l-Baħar Jonju, u l-Baħar Tirren. Għandu xatt ta' madwar 46.000 km, li jgħaddi minn tnejn u għoxrin nazzjon.
Werrej
Kontribut storiku[immodifika | immodifika s-sors]
Magħruf bħala l-benniena taċ-ċiviltà, il-Mediterran infetaħ għal kummerċ għan-negozju għall-kummerċF. Matul l-era klassika, Kartaġni, il-Greċja, l-Etruski, u Ruma lkoll pruvaw jieħdu l-kontroll ta' dan il-baħar sakemm r-Rumani rnexxielhom ibiddluh fil-Mare Nostrum. Iktar tard kien iddominat mil-Biżantini u mill-Għarab, u matul is-sekli tal-Medjuevu, hafna bliet-repubbliki u kummerċjanti Taljani minn bliet bħal Venezja u Ġenova, kellhom il-kontroll tal-passaġġi kummerċjali tal-Mediterran.
Wara l-Medjuevu il-Mediterran donnu raqad, peress li l-baħħara kellhom ħarsthom lejn l-ibħra u l-oċeani l-ġodda; din ir-raqda damet sal-Gwerer Rivoluzzjonarji u Gwerer Napoleoniċi, meta l-Ingilterra ntebħet li l-Mediterran kien importanti ħafna għar-rotta lejn l-Indja. Il-Mediterran żviluppa iktar mal-ftuħ tal-Kanal tas-Swejs fl-1869, meta ħafna mil-kummerċ mondjali lejn is-swieq Ewropej, kif ukoll il-qmuħ mir-Russja, kienu jgħaddu minn ġo fih.
Kontroll tal-gżejjer, xtut, u rotot kummerċjali kien vitali matul il-Gwerer Dinjija, u għalhekk kienu ħafna l-ideat u pjanijiet ta' attakk u difiża f'dawn l-inħawi, forsi l-iktar prominenti fosthom huma il-Gwerra tal-Krimea, l-attakk fuq id-Dardanelli, it-tieni assedju ta' Malta u l-Battalji tal-Afrika ta' Fuq.
Gżejjer prinċipali[immodifika | immodifika s-sors]
Il-gżejjer prinċipali huma:
- Ċipru, Kreta, u Rodi fil-Lvant
- Sardenja, Sqallija, Korsika, u Malta fil-parti ċentrali
- Majorka u Minorka fil-Punent
Pajjiżi li jiffurmaw ix-xatt tal-Mediterran[immodifika | immodifika s-sors]
Il-pajjiżi huma:
- Spanja, Franza, l-Italja, is-Slovenja, il-Kroazja, il-Bosnija-Ħerzegovina, il-Montenegro, l-Albanija, il-Greċja u t-Turkija fuq il-kosta ta' fuq
- Il-Libanu, is-Sirja u Iżrael fil-Lvant
- L-Eġittu, il-Libja, it-Tuneżija, l-Alġerija u l-Marokk fuq in-naħa t'isfel
Ibħra interni[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Baħar Mediterran huwa magħmul minn dawn l-ibħra interni:
- il-Baħar Adrijatiku
- il-Baħar Jonju
- il-Baħar Ligure
- il-Baħar Tirren
- il-Baħar Eġew
- il-Baħar l-Iswed
- il-Golf ta' Sirte
- il-Baħar ta' Marmara