Kittieb

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Skultura ta' 'Anonimu' f'Budapest.
Pittura tal-kittieb Spanjol Gaspar Melchor de Jovellanos li turih imdawwar bl-għodod tal-kitba.

Il-kittieb huwa persuna li tuża l-kelma miktuba fi stili u tekniki varji sabiex tikkomunika l-ideat. Il-kittieba jipproduċu diversi forom ta' arti letterarja u ta' kitba kreattiva, bħalma huma r-rumanzi, in-novelli, il-poeżija, il-kitba għall-palk jew għall-iskrijn, kif ukoll saġġi. Jipproduċu wkoll forom iktar utilitarji ta' kitba, bħalma huma rapporti u artikli tal-aħbarijiet. Testi li jipproduċu l-kittieba jiġu ppublikati fuq firxa wiesgħa ta' medja. Kittieba mħarrġa tajjeb u li jafu jħaddmu l-lingwa  biex jesprimu ideat ċari ħafna drabi jikkontribwixxu b'mod sinifikattiv u sustanzjali lejn il-kontenut kulturali ta' soċjeta'. Dil-kelma tintuża jew hija implikata f'oqsma oħra tal-arti - bħal f'kantawtur - imma bħala kelma li toqgħod weħedha, "kittieb" normalment tirreferi għall-ħolqien ta' lingwa miktuba. Xi kittieba jibbażaw il-ħidma tagħhom fuq tradizzjoni orali.