Dolomiti
Id-Dolomiti (pronunzja: [doloˈmiːti]; bil-Ladino: Dolomites; bil-Ġermaniż: Dolomiten [doloˈmiːtn̩][1]; bid-djalett ta' Venezja: Dołomiti [doɰoˈmiti]; bid-djalett ta' Friuli: Dolomitis), magħrufa wkoll bħala l-Muntanji Dolomitiċi jew l-Alpi Dolomitiċi, huma katina muntanjuża li tinsab fil-Grigal tal-Italja. Jiffurmaw parti mill-Alpi tan-Nofsinhar tal-ġebla tal-ġir u jibqgħu sejrin mix-xmara Adige fil-Punent sal-Wied ta' Piave (Pieve di Cadore) fil-Lvant. Il-konfini fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar huma definiti mill-Wied ta' Puster u mill-Wied ta' Sugana (bit-Taljan: Valsugana). Id-Dolomiti jinsabu fir-reġjuni ta' Veneto, Trentino-Alto Adige/Südtirol u Friuli Venezia Giulia[2], u jkopru żona kondiviża bejn il-provinċji ta' Belluno, Vicenza, Verona, Trentino, Südtirol, Udine u Pordenone.[3]
Gruppi muntanjużi oħra bi struttura ġeoloġika simili huma mifruxa tul ix-xmara Piave lejn il-Lvant – id-Dolomiti d'Oltrepiave; u 'l bogħod mix-xmara Adige lejn il-Punent – id-Dolomiti di Brenta (id-Dolomiti tal-Punent). Grupp iżgħar jissejjaħ Piccole Dolomiti (id-Dolomiti ż-Żgħar), u jinsab bejn il-provinċji ta' Trentino, Verona, u Vicenza.
Il-Park Nazzjonali tad-Dolomiti ta' Belluno u bosta parks reġjonali oħra jinsabu fiż-żona tad-Dolomiti. F'Awwissu 2009, id-Dolomiti tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[4]
Etimoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]Isem id-Dolomiti, magħrufa wkoll bħala l-"Muntanji Ċari", oriġina minn isem il-blat kostitwenti tagħhom, id-dolomit. Dan il-blat issemma wara l-mineraloġista Franċiż tas-seklu 18 Déodat Gratet de Dolomieu (1750-1801), li kien l-ewwel wieħed li ddeskriva l-mineral.[5]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Għal millenji sħaħ, il-kaċċaturi u l-komunitajiet tagħhom kienu avvanzaw u laħqu l-ogħla reġjuni bil-blat u x'aktarx li kienu xxabbtu sa xi qċaċet ukoll. Hemm evidenza li l-patri Ġiżwita Franz von Wulfen minn Klagenfurt ixxabbat sa fuq il-Lungkofel u d-Dürrenstein fis-snin 90 tas-seklu 18. Fl-1857, il-Brittaniku John Ball kien l-ewwel wieħed li xxabbat sa fuq Monte Pelmo. Paul Grohmann iktar 'il quddiem tela' fuq diversi qċaċet bħal Antelao, Marmolata, Tofana, Monte Cristallo, u Boè. Għall-ħabta tal-1860, ix-xabbatur Agordin Simone de Silvestro kien l-ewwel persuna li tela' konxjament fuq iċ-Civetta. Michael Innerkofler kien wieħed mix-xabbaturi tat-Tre Cime di Lavaredo. Iktar 'il quddiem, żewġ xabbaturi lokali importanti ħafna li rnexxielhom jixxabtu ma' diversi qċaċet għall-ewwel darba kienu Angelo Dibona u Giovanni Piaz.[6]
Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-linja militari bejn l-armata Taljana u dik tal-Awstrija u tal-Ungerija kienet tgħaddi mid-Dolomiti, u ż-żewġ naħat użaw il-mini tal-art b'mod estensiv. F'Cinque Torri (Ħames Torrijiet), f'Monte Piana u f'Monte Lagazuoi hemm mużewijiet tal-gwerra fil-beraħ. Bosta nies iżuru d-Dolomiti biex jixxabbtu tul mogħdijiet fl-għoli ħafna magħrufa bħala vie ferrate, li jgħaddu bejn il-blat tal-qċaċet u li kienu nħolqu matul il-gwerra.
Għadd ta' mogħdijiet fuq distanza twila jgħaddu mid-Dolomiti. Dawn jissejħu alte vie (bil-Ġermaniż: Dolomiten Höhenwege), jiġifieri litteralment mogħdijiet għoljin, u huma numerati minn 1 sa 10. Dawn il-mogħdijiet jieħdu xi ġimgħa biex wieħed jagħmilhom mill-bidu sat-tmiem, u fihom hemm diversi rifugi (għorfiet ta' rifuġju) fejn wieħed jista' jistkenn. L-ewwel mogħdija, li hija l-iktar waħda rinomata, tissejjaħ Alta Via 1. Fir-reġjun ta' Alta Badia ntużat id-datazzjoni bir-radjukarbonju biex tintwera konnessjoni bejn l-attività taċ-ċedimenti tal-art u t-tibdil fil-klima.[7]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Id-Dolomiti ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2009.[4]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[4]
Ġeografija
[immodifika | immodifika s-sors]Ir-reġjun spiss jinqasam fid-Dolomiti tal-Punent u dawk tal-Lvant, isseparati bejniethom minn linja li tgħaddi mal-assi Val Badia – il-Mogħdija Muntanjuża ta' Campolongo – il-Wied ta' Cordevole (Agordino).
Klassifikazzjoni attwali
[immodifika | immodifika s-sors]Id-Dolomiti jistgħu jinqasmu fil-ktajjen muntanjużi li ġejjin:
- Sella
- Marmolada
- Tofane
- il-Grupp ta' Langkofel
- il-Grupp ta' Geisler
- il-Grupp ta' Peitlerkofel
- il-Grupp ta' Puez
- il-Grupp ta' Fanes
- il-Grupp ta' Schlern
- Rosengarten
- Latemar
- Pala
- il-Muntanji ta' Lüsen
- Civetta
- Pelmo
- Marmarole
- il-Grupp ta' Cadini
- il-Grupp ta' Cristallo
- Sorapiss
- Antelao
- Bosconero
- Vette Feltrine
- Schiara
- id-Dolomiti ta' Praga
- id-Dolomiti ta' Sexten
- id-Dolomiti ta' Friuli
Turiżmu u sport
[immodifika | immodifika s-sors]Id-Dolomiti huma rinomati għall-iskijjar fix-xhur tax-xitwa u għat-tixbit, għall-mixi, għaċ-ċikliżmu u għall-qbiż mill-għoli (BASE jumping) fil-muntanji, kif ukoll għall-paragliding u għall-hang gliding fis-sajf u fl-aħħar tar-rebbiegħa/fil-bidu tal-ħarifa.[8][9] It-tixbit ilu tradizzjoni fid-Dolomiti mill-1887, meta Georg Winkler, li kellu 17-il sena, ixxabbat waħdu għall-ewwel darba sal-quċċata tal-Vajolettürme.[10] Iċ-ċentru prinċipali jinkludu: Rocca Pietore maġenb il-Glaċier ta' Marmolada, fil-konfini bejn Trentino u Veneto, l-irħula ż-żgħar ta' Alleghe, Falcade, Auronzo u Cortina d'Ampezzo, u l-villaġġi ta' Arabba, Urtijëi u San Martino di Castrozza, kif ukoll iż-żoni kollha tal-widien ta' Fassa, Gardena u Badia.[11]
Il-Maratona dles Dolomites, tellieqa tar-roti fit-triq li ddum ġurnata sħiħa, li tkopri seba' mogħdijiet muntanjużi tad-Dolomiti, issir kull sena fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju.
Postijiet karatteristiċi oħra huma:
- Monte Pasubio u Strada delle 52 Gallerie (mogħdija militari mħaffra bi 52 mina li nbniet matul l-Ewwel Gwerra Dinjija)
- Altopiano di Asiago u Calà del Sasso, b'4,444 tarġa, l-itwal mogħdija bit-taraġ fid-dinja li hija miftuħa għall-pubbliku.
Qċaċet ewlenin
[immodifika | immodifika s-sors]Isem | metri | piedi | Isem | metri | piedi |
---|---|---|---|---|---|
Marmolada | 3,343 | 10,968 | Pala di San Martino | 2,982 | 9,831 |
Antelao | 3,264 | 10,706 | Rosengartenspitze / Catinaccio | 2,981 | 9,781 |
Tofana di Mezzo | 3,241 | 10,633 | Cima di Fradusta | 2,941 | 9,715 |
Sorapiss | 3,229 | 10,594 | Cimon del Froppa | 2,932 | 9,649 |
Cristallo | 3,221 | 10,568 | Monte Agnèr | 2,872 | 9,416 |
Monte Civetta | 3,220 | 10,564 | Fermedaturm | 2,867 | 9,407 |
Cima di Vezzana | 3,192 | 10,470 | Cima d'Asta | 2,848 | 9,344 |
Cimon della Pala | 3,184 | 10,453 | Cima di Canali | 2,846 | 9,338 |
Langkofel / Sassolungo | 3,181 | 10,427 | Croda Grande | 2,839 | 9,315 |
Monte Pelmo | 3,168 | 10,397 | Vajoletturm / Torri del Vajolet (l-ogħla) | 2,821 | 9,256 |
Dreischusterspitze | 3,162 | 10,375 | Sass Maor | 2,816 | 9,239 |
Boespitze / Piz Boè (Grupp ta' Sella) | 3,152 | 10,342 | Cima di Ball | 2,783 | 9,131 |
Hohe Gaisl (Croda Rossa d'Ampezzo) | 3,148 | 10,329 | Cima della Madonna (Sass Maor) | 2,751 | 9,026 |
Gran Vernel | 3,145 | 10,319 | Rosetta | 2,741 | 8,993 |
Piz Popena | 3,143 | 10,312 | Croda da Lago | 2,716 | 8,911 |
Grohmannspitze (Langkofel) | 3,126 | 10,256 | Central Grasleitenspitze | 2,705 | 8,875 |
Zwölferkofel | 3,094 | 10,151 | Schlern | 2,562 | 8,406 |
Elferkofel | 3,092 | 10,144 | Sasso di Mur | 2,554 | 8,380 |
Piz dles Cunturines | 3,064 | 10,052 | Cima delle Dodici | 2,338 | 7,671 |
Sass Rigais (Geislerspitzen) | 3,025 | 9,925 | Monte Pavione | 2,336 | 7,664 |
Kesselkogel (Rosengarten) | 3,004 | 9,856 | Cima Palon | 2,239 | 7,346 |
Tre Cime di Lavaredo (Drei Zinnen) | 2,999 | 9,839 | Cima di Posta | 2,235 | 7,333 |
Fünffingerspitze | 2,997 | 9,833 | Geierwand | 2,088 | 6,850 |
Mogħdijiet muntanjużi ewlenin
[immodifika | immodifika s-sors]Isem | metri | piedi |
---|---|---|
Mogħdija ta' Ombretta (minn Campitello sa Caprile) | 2,738 | 8,983 |
Langkofeljoch (mill-Wied ta' Gröden sa Campitello) | 2,683 | 8,803 |
Tschagerjoch (minn Karersee sa Vajolet) | 2,644 | 8,675 |
Mogħdija ta' Grasleiten (minn Vajolet sa Grasleiten) | 2,597 | 8,521 |
Mogħdija ta' Pravitale (mill-Promontorju ta' Rosetta sa Pravitale) | 2,580 | 8,465 |
Mogħdija ta' Comelle (l-istess bħal Cencenighe) | 2,579 | 8,462 |
Mogħdija ta' Rosetta (minn San Martino di Castrozza sal-Promontorju ta' Rosetta) | 2,573 | 8,442 |
Mogħdija ta' Vajolet (livelli differenti sa Vajolet) | 2,549 | 8,363 |
Mogħdija ta' Canali (minn Primiero sa Agordo) | 2,497 | 8,193 |
Tierseralpljoch (minn Campitello sa Tiers) | 2,455 | 8,055 |
Mogħdija ta' Ball (minn San Martino di Castrozza sa Pravitale) | 2,450 | 8,038 |
Forcella di Giralba (minn Sexten sa Auronzo) | 2,436 | 7,992 |
Col dei Bos (minn Falzarego sa Travernanzes) | 2,313 | 7,589 |
Forcella Grande (minn San Vito sa Auronzo) | 2,262 | 7,422 |
Mogħdija ta' Pordoi (minn Arabba sa Val di Fassa) | 2,250 | 7,382 |
Mogħdija ta' Sella (mill-Wied ta' Gröden sa Val di Fassa) | 2,244 | 7,362 |
Mogħdija ta' Giau (minn Cortina sa Val Fiorentina) | 2,236 | 7,336 |
Mogħdija ta' Tre Sassi (minn Cortina sa San Cassian) | 2,199 | 7,215 |
Mogħdija ta' Valparola (minn Cortina sa San Cassian) | 2,168 | 7,113 |
Mahlknechtjoch (minn Duron ta' Fuq sal-Alpi ta' Seiser) | 2,168 | 7,113 |
Mogħdija ta' Gardena (mill-Wied ta' Gröden sa Colfuschg) | 2,121 | 6,959 |
Mogħdija ta' Falzarego (minn Caprile sa Cortina) | 2,117 | 6,946 |
Mogħdija ta' Fedaja (minn Val di Fassa sa Caprile) | 2,046 | 6,713 |
Mogħdija ta' Valles (minn Paneveggio sa Falcade) | 2,032 | 6,667 |
Würzjoch (minn Eisacktal sa Val Badia) | 2,003 | 6,572 |
Mogħdija ta' Rolle (minn Predazzo sa San Martino di Castrozza u Primiero) | 1,984 | 6,509 |
Forcella Forada (minn Caprile sa San Vito) | 1,975 | 6,480 |
Mogħdija ta' San Pellegrino (minn Moena sa Cencenighe) | 1,910 | 6,267 |
Mogħdija ta' Campolongo (minn Corvara sa Arabba) | 1,875 | 6,152 |
Mogħdija ta' Forcella d'Alleghe (minn Alleghe sa Zoldo) | 1,820 | 5,971 |
Mogħdija ta' Tre Croci (minn Cortina sa Auronzo) | 1,808 | 5,932 |
Mogħdija ta' Furkel (minn Mareo sa Olang) | 1,759 | 5,771 |
Mogħdija ta' Karerpass jew Costalunga (minn Welschnofen sa Vigo di Fassa) | 1,753 | 5,751 |
Mogħdija ta' Kreuzbergpass jew Monte Croce (minn Innichen u Sexten sa Wied ta' Piave u Belluno) | 1,638 | 5,374 |
Mogħdija ta' Ampezzo (minn Toblach sa Cortina u Belluno) | 1,544 | 5,066 |
Mogħdija ta' Cereda (minn Primiero sa Agordo) | 1,372 | 4,501 |
Mogħdija ta' Toblach (minn Bruneck sa Lienz) | 1,209 | 3,967 |
Parks ewlenin
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
|
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Dolomiten - English translation in English - Langenscheidt dictionary German-English". en.langenscheidt.com (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-03-08.
- ^ "Dolomiti, le montagne rosa | Italia.it (Italiano)". www.italia.it (bit-Taljan). Miġbur 2022-03-08.
- ^ "The Dolomites UNESCO World Heritage | Italy". www.dolomites.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-08.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "The Dolomites". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-08.
- ^ Saussure le fils, M. de (1792): "Analyse de la dolomite". Journal de Physique, vol. 40, pp. 161–173.
- ^ "Die Dolomitengipfel werden erobert". www.dolomythos.com. Miġbur 2022-03-08.
- ^ Borgatti, Lisa; Soldati, Mauro (2010-08-01). "Landslides as a geomorphological proxy for climate change: A record from the Dolomites (northern Italy)". Geomorphology. Landslide geomorphology in a changing environment. 120 (1–2): 56–64.
- ^ Draper, Robert (2015-08-13). "In Italy, Hiking and Haute Cuisine in the Dolomites" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-08.
- ^ Williams, Ingrid K. (2018-08-30). "36 Hours in the Dolomites" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-08.
- ^ "Rock and Ice Magazine: The Perfect Perfume". web.archive.org. 2008-02-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-02-15. Miġbur 2022-03-08.
- ^ Koch, Amy Tara (2019-11-25). "Hut Skiing in the Dolomites: Storybook Scenery and Grappa Included" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-08.