Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Każakistan
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Każakistan iffirma l-Konvenzjoni fid-29 ta' April 1994.[3]
B'kollox, il-Każakistan għandu sitt Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[4] L-ewwel sit li tniżżel fil-lista kien il-Mawżolew ta' Khoja Ahmed Yasawi, fis-27 Sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li saret f'Pariġi, Franza, fl-2003.[5] L-iżjed sit reċenti huwa sit transnazzjonali: id-Deżerti Bierda tax-Xitwa ta' Turan li żdiedu fl-2023. Tliet siti huma kulturali u erba' siti huma naturali.
Siti ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[6]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Sena tad-deżinjazzjoni | Kriterji tal-għażla | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Mawżolew ta' Khoja Ahmed Yasawi | Turkestan | 2003 | i, iii, iv (kulturali) | Il-mawżolew iddedikat lill-mistiku Sufista tas-seklu 12 Ahmed Yasawi nbena bejn l-1389 u l-1405 matul it-tmexxija ta' Timur. Minkejja li l-mawżolew qatt ma tlesta kollu, xorta waħda huwa l-ikbar binja u l-iżjed waħda ppreservata tajjeb ta' żmien Timur. Il-mawżolew kien ukoll prototip għal binjiet suċċessivi ta' Timur, speċjalment fil-belt kapitali ta' Timur, Samarkanda.[7] | |
Petroglifiċi fil-Pajsaġġ Arkeoloġiku ta' Tamgaly | Reġjun ta' Almaty | 2004 | iii (kulturali) | Il-petroglifiċi tal-Fondoq ta' Tanbaly fil-muntanji ta' Chu-Ili fihom tinqix ta' bnedmin, annimali, u figuri reliġjużi. Dawn imorru lura għat-tieni nofs tat-tieni millenju Q.K. sal-bidu tas-seklu 20 u jagħtu ħjiel dwar il-ħajja tal-komunitajiet pastorali li kienu jgħixu fir-reġjun. Fiż-żona hemm ukoll għadd ta' oqbra, kurgan, u kompartimenti minn Żmien il-Bronż u l-Ħadid.[8] | |
Saryarka – Steppa u Lagi tat-Tramuntana tal-Każakistan | Reġjun ta' Almaty | 2008 | ix, x (naturali) | Saryarka tinkludi żewġ żoni, ir-Riżerva Naturali ta' Naurzum u r-Riżerva Naturali ta' Korgalzhyn (fir-ritratt), li jipproteġu l-isteppa, il-lagi u l-artijiet mistagħdra mhux mimsusa tal-Asja Ċentrali. Dawn il-ħabitats huma postijiet importanti għall-passa tat-tjur migratorji u jipprovdu kenn għal għadd kbir ta' speċijiet mhedda, fosthom il-grawwi tas-Siberja, il-pellikani tad-Dalmazja, l-ajkla ta' Pallas u s-sajga.[9] | |
Toroq tal-Ħarir: in-Network ta' Rotot tal-Kuritur ta' Chang'an-Tianshan* | diversi siti | 2014 | ii, iii, v, vi (kulturali) | It-Toroq tal-Ħarir huma network antik ta' rotot kummerċjali li bdew jiffurmaw fis-seklu 2 Q.K. u baqgħu attivi sas-seklu 16. It-toroq kienu jikkollegaw lis-soċjetajiet tal-Asja, is-Subkontinent, l-Asja Ċentrali u l-Punent tal-Asja, kif ukoll il-Lvant Qarib. Minbarra l-iskambju ta' merkanzija, ikkontribwew ukoll għat-tifrix ta' teknoloġiji, ideoloġiji, u reliġjonijiet, inkluż il-Buddiżmu, il-Kristjaneżmu Nestorjan, il-Manikejiżmu, iż-Żoroastrijaniżmu u l-Iżlam bikri. Diversi rħula u l-infrastruttura ta' appoġġ inbnew tul ir-rotot tat-Toroq tal-Ħarir. Dan is-Sit ta' Wirt Dinji jkopri l-kurituri minn Chang’an/Luoyang, il-kapitali tad-dinastiji Han u Tang taċ-Ċina, sar-reġjun ta' Zhetysu tal-Asja Ċentrali, u huwa kondiviż maċ-Ċina u mal-Kirgiżistan.[10] | |
Punent ta' Tian Shan* | diversi siti | 2016 | x (naturali) | Is-sit huwa kondiviż mal-Kirgiżistan u mal-Użbekistan, u jkopri l-parti tal-Punent tal-katina muntanjuża ta' Tian Shan. Tgawdi minn bijodiversità rikka u għadd ta' għelejjel tal-frott ikkultivati joriġinaw miż-żona. Il-qċaċet tal-muntanji jaqbżu l-4,500 metru (14,800 pied). Fir-ritratt jidher il-Kanjon ta' Aksu.[11] | |
Deżerti Bierda tax-Xitwa ta' Turan* | l-Użbekistan, it-Turkmenistan u l-Każakistan | 2023 | ix, x
(naturali) |
Dan is-sit transnazzjonali jirrappreżenta l-ekosistemi tad-deżerti tal-Asja Ċentrali bi klima kontinentali. Fid-deżerti jgħixu bosta speċijiet ta' pjanti, kif ukoll is-sajga u l-għażżiela.[12] |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-04-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-04-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Kazakhstan - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2016-05-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-05-30. Miġbur 2022-04-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Kazakhstan - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2016-05-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-05-30. Miġbur 2022-04-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Kazakhstan - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2016-05-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-05-30. Miġbur 2022-04-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-04-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mausoleum of Khoja Ahmed Yasawi". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-16.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Petroglyphs of the Archaeological Landscape of Tanbaly". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-16.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Saryarka – Steppe and Lakes of Northern Kazakhstan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-16.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Silk Roads: the Routes Network of Chang'an-Tianshan Corridor". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-16.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Western Tien-Shan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-16.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cold Winter Deserts of Turan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.