Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Pakistan
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Pakistan irratifika l-Konvenzjoni fl-23 ta' Lulju 1976, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox il-Pakistan għandu sitt Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u kollha huma siti kulturali. L-ewwel tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Pakistan żdiedu fl-1980: Taxila, il-Fdalijiet Arkeoloġiċi ta' Moenjodaro, u l-Fdalijiet Buddisti ta' Takht-i-Bahi u ta' Sahr-i-Bahlol. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Pakistan huwa l-Forti ta' Rohtas, fl-1997.
Siti ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Fdalijiet Arkeoloġiċi ta' Moenjodaro | Sindh | kulturali: (ii), (iii) | — | 1980 | Mohenjodaro kienet waħda mill-ikbar bliet taċ-ċivilizzazzjoni tal-wied tax-xmara Indus u kienet l-ewwel belt ippjanata fin-Nofsinhar tal-Asja. Kienet tinsab max-xtut tax-xmara Indus, u ffjorixxiet bejn l-2,500 u l-1,500 Q.K. Il-belt inbniet l-iktar bil-brikks u kienet issegwi pjanta rigoruża ta' grilja. Kien hemm banjijiet pubbliċi, foss tal-qamħ u sistema elaborata tad-drenaġġ. Fis-seklu 2 W.K. inbniet stupa Buddista fuq il-fdalijiet tal-belt. L-iskavi fis-sit ilhom għaddejjin mill-1922, u sa issa ġie esplorat madwar terz tas-sit.[5] | |
Taxila | Punjab | kulturali: (iii), (vi) | — | 1980 | Taxila, li diġà kienet abitata fin-Neolitiku, kienet ċentru Buddist importanti tat-tagħlim bejn is-seklu 5 Q.K. u s-seklu 2 W.K. Is-sit arkeoloġiku jinkludi l-fdalijiet ta' erba' insedjamenti li joħorġu fid-dieher l-iżvilupp urban tas-sit. Il-belt kienet tinsab tul waħda mir-rotot tat-Toroq tal-Ħarir u kienet influwenzata mill-Imperu Akemenida u mill-Griegi. It-Tumbata ta' Bhir hija assoċjata mad-daħla ta' Alessandru l-Kbir f'Taxila fit-326 Q.K. Uħud mill-monumenti jinkludu l-monasteru ta' Jaulian monastery, l-istupa ta' Mohra Muradu, l-istupa ta' Dharmarajika, il-kumpless ta' Jandial, u l-belt ta' Sirkap.[6] | |
Fdalijiet Buddisti ta' Takht-i-Bahi u ta' Sahr-i-Bahlol | Khyber Pakhtunkhwa | kulturali: (iv) | — | 1980 | Il-monasteru Buddist ta' Takht-i-Bahi (fl-istampa) ġie stabbilit fis-seklu 1 W.K. u baqa' jintuża sas-seklu 7. Minħabba l-pożizzjoni tiegħu fil-quċċata ta' għolja wieqfa, baqa' ppreservat sew minkejja l-invażjonijiet suċċessivi fir-reġjun. Il-monasteru u l-fdalijiet tal-belt fil-qrib ta' Seri Bahlol mill-perjodu ta' Kux huma wħud mill-iżjed monumenti Buddisti importanti fir-reġjun ta' Gandhara. Il-monasteru huwa l-iżjed monasteru Buddist komplut fil-Pakistan u jinkludi diversi gruppi ta' stupi, ċelel monastiċi, tempji, u binjiet lajċi.[7] | |
Monumenti Storiċi ta' Makli, Thatta | Sindh | kulturali: (iii) | — | 1981 | Makli hija nekropoli kbira fil-belt ta' Thatta. Kienet attiva bejn is-sekli 14 u 18. Il-monumenti u l-mawżolej inbnew minn ġebel, brikks u madum igglejżjat ta' kwalità kbira. L-oqbra ta' qaddisin u ta' mexxejja famużi, fosthom Jam Nizamuddin II u Isa Khan (fl-istampa) għadhom ippreservati u huma eżempji fini tal-arkitettura tal-Mugal influwenzata minn stili lokali.[8] | |
Forti ta' Lahore u l-Ġonna ta' Shalimar | Punjab | kulturali: (ii), (iii) | — | 1981 | Il-Forti (fl-istampa) u l-Ġonna ta' Shalimar f'Lahore huma żewġ kumplessi rjali mill-era tal-Mugal. Il-Forti jinsab fin-naħa tal-Majjistral tal-Belt Iffortifikata ta' Lahore u nqered u reġa' nbena diversi drabi matul l-istorja tiegħu. Il-monumenti eżistenti jmorru lura għas-seklu 16, matul ir-renju ta' Akbar. Il-Ġonna ta' Shalimar inbnew taħt l-imperatur Shah Jahan fl-1642. Huma eżempju ta' ġonna tal-Mugal li ġew influwenzati mit-tradizzjonijiet Persjani u Iżlamiċi.[9] | |
Forti ta' Rohtas | Punjab | kulturali: (ii), (iv) | — | 1997 | Il-forti nbena taħt Sher Shah Suri, wara r-rebħa tiegħu kontra l-Imperatur tal-Mugal Humayun fl-1541. Huwa eżempju eċċezzjonali ta' arkitettura militari Iżlamika bikrija fl-era tal-porvli, u jintegra t-tradizzjonijiet artistiċi mit-Turkija u s-subkontinent Indjan. Serva bħala mudell għall-arkitettura suċċessiva tal-Mugal. Qatt ma nħakem f'battalja u għadu intatt.[10] |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pakistan - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Ruins at Moenjodaro". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Taxila". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Buddhist Ruins of Takht-i-Bahi and Neighbouring City Remains at Sahr-i-Bahlol". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historical Monuments at Makli, Thatta". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Fort and Shalamar Gardens in Lahore". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rohtas Fort". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.