Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Użbekistan
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Użbekistan irratifika l-Konvenzjoni fit-13 ta' Jannar 1993, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3] L-Użbekistan għandu seba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, ħamsa kulturali u tnejn naturali.
Siti ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali
Sit | Stampa | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja f'ettari (akri) | Sena tad-deżinjazzjoni | Referenza |
---|---|---|---|---|---|---|
Ċentru Storiku ta' Bukhara | Reġjun ta' Bukhara 40°10′N 63°40′E | Kulturali:
(ii)(iv)(vi) |
216 (530) | 1993 | [5] | |
Ċentru Storiku ta' Shahrisabz | Reġjun ta' Qashqadaryo
38°50′N 66°50′E |
Kulturali:
(iii)(iv) |
240 (590) | 2000 | [6] | |
Itchan Kala (Khiva) | Reġjun ta' Xorazm
41°20′N 61°0′E |
Kulturali:
(iii)(iv)(v) |
37.5 (93) | 1990 | [7] | |
Samarkanda – Salib it-Toroq tal-Kulturi | Reġjun ta' Samarkanda
39°50′N 66°15′E |
Kulturali:
(i)(ii)(iv) |
1,123 (2,770) | 2001 | [8] | |
Punent ta' Tian Shan* | Reġjun ta' Tashkent
41°10′N 69°45′E |
Naturali:
(x) |
— | 2016 | [9] | |
Deżerti Bierda tax-Xitwa ta' Turan* | l-Użbekistan, it-Turkmenistan u l-Każakistan | Naturali: (ix), (x) | — | 2023 | Dan is-sit transnazzjonali jirrappreżenta l-ekosistemi tad-deżerti tal-Asja Ċentrali bi klima kontinentali. Fid-deżerti jgħixu bosta speċijiet ta' pjanti, kif ukoll is-sajga u l-għażżiela.[10] | |
Toroq tal-Ħarir: il-Kuritur ta' Zarafshan-Karakum* | l-Użbekistan, it-Turkmenistan u t-Taġikistan | Kulturali: (ii), (iii), (v) | — | 2023 | [11] |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Uzbekistan - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-26.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Bukhara". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-26.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Shakhrisyabz". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-26.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Itchan Kala". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-26.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Samarkand – Crossroad of Cultures". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-26.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Western Tien-Shan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-26.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cold Winter Deserts of Turan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Silk Roads: Zarafshan-Karakum Corridor". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.