Khiva
Khiva | |
---|---|
Użbekistan | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Użbekistan |
Reġjun tal-Użbekistan | Reġjun ta' Xorazm |
Isem uffiċjali | Xiva |
Ismijiet oriġinali | Xiva |
Ġeografija | |
Koordinati | 41°22′53″N 60°21′40″E / 41.3814°N 60.3611°EKoordinati: 41°22′53″N 60°21′40″E / 41.3814°N 60.3611°E |
Għoli | 109 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 105,300 abitanti (2017) |
Informazzjoni oħra | |
Fondazzjoni | 6 century "BCE" |
Żona tal-Ħin | UTC+5 |
khiva.uz |
Khiva (bl-Użbek: Xiva/Хива, خىۋا; bil-Persjan: خیوه, Xīveh; ismijiet storiċi jew alternattivi jinkludu Kheeva, Khorasam, Khoresm, Khwarezm, Khwarizm, Khwarazm, Chorezm; bl-Għarbi: خوارزم u bil-Persjan: خوارزم) hija belt ta' bejn wieħed u ieħor 90,000 ruħ fir-Reġjun ta' Xorazm, l-Użbekistan. Skont id-data arkeoloġika, il-belt ġiet stabbilita madwar 1,500 sena ilu.[1] Hija l-eks belt kapitali ta' Khwarezmia u tal-Khanat ta' Khiva. Itchan Kala, iċ-"ċentru storiku" ta' Khiva kien l-ewwel sit fl-Użbekistan li tniżżel fil-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1990.[2] L-astronomu, l-istoriku u l-poliedriku Al-Biruni (973-1048 W.K.) twieled f'Khiva jew inkella fil-belt fil-qrib ta' Kath.[3]
Etimoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]L-oriġini tal-isem "Khiva" mhux magħruf, iżda ntqalu bosta ġrajjiet kontradittorji bħala spjegazzjoni.
Ġrajja tradizzjonali tattribwixxi l-isem lil wieħed mill-ulied subien tal-profeta Noè: "Jingħad li Shem [li minnu oriġinat il-kelma Semitiku], wara d-dulluvju, sab lilu nnifsu jiġġerra fid-deżert waħdu. Wara li marret għajnu bih, huwa ħolom b'300 torċa taqbad. Malli stenbaħ, huwa kien kuntent b'din il-premonizzjoni, u stabbilixxa l-belt b'kontorni esterni fl-għamla ta' vapur immappjat skont il-kollokament tat-torċi li kien ħolom bihom. Imbagħad Shem ħaffer il-bir ta' "Kheyvak", li l-ilma minnu kellu togħma sorprendenti. Dan il-bir għadu jeżisti f'Itchan Kala sa llum".[4]
Ġrajja oħra tirrakkonta li l-vjaġġaturi li kienu jgħaddu mill-belt, malli kienu jixorbu l-ilma eċċellenti kienu jgħidu "Khey vakh!" ("Xi pjaċir!") u b'hekk il-belt saret magħrufa bħala Kheyvakh u mbagħad Khiva. Bl-Indù, "Hey vah" hija ekwivalenti għal "Xi pjaċir". Il-lingwa Russa li ilha tintuża fir-reġjun għal żmien twil, ma għandhiex l-ekwivalenti tal-ittra "h" u l-eqreb alternattiva hija "kh". Dan jittrasforma "Hey vah" f'"Khey vakh".
It-tielet proposta tgħid li l-isem ġej mill-kelma Khwarezm, li ġiet alterata u misselfa mit-Tork bħala Khivarezem, li mbagħad ġiet imqassra għal Khiva.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-istorja bikrija ta' Khiva, l-abitanti taż-żona kienu ġew mill-Iran u kienu jitkellmu lingwa tal-Lvant tal-Iran imsejħa Khwarezmjan. It-Torok ħadu post il-klassi diriġenzjali fis-seklu 10 W.K., u r-reġjun gradwalment inbidel f'żona b'maġġoranza ta' kelliema bit-Tork.
Ir-Russja ngħaqdet fil-Khanat ta' Khiva fis-seklu 19. L-aħħar Khan tkeċċa mid-dinastija fit-tmun seklu wara, fl-1919. Imbagħad, ir-Repubblika Popolari Sovjetika l-ġdida ta' Khorezm saret il-kapitali. L-oasi ta' Khorezm ġiet ikkonvertita f'parti moderna tal-Użbekistan u t-Turkmenistan fl-1924.[5]
L-iktar rekords bikrin tal-belt ta' Khiva nstabu fir-rakkonti Musulmani tal-ivvjaġġar mis-seklu 10, għalkemm evidenza arkeoloġika tindika li ż-żona kienet abitata mis-seklu 6.[6] Sal-bidu tas-seklu 17, Khiva kienet saret il-kapitali tal-Khanat ta' Khiva, immexxija minn fergħa tal-Astrakhan, dinastija Genghisida.[6]
Fis-seklu 17 Khiva bdiet tiżviluppa bħala suq tal-ilsiera. Matul l-ewwel nofs tas-seklu 19, madwar miljun Persjan u numru mhux magħruf ta' Russi, saru lsiera hemmhekk qabel ma nbigħu. Il-biċċa l-kbira minnhom kienu involuti fil-kostruzzjoni tal-binjiet fi ħdan is-swar ta' Itchan Kala.[6]
Kampanji
[immodifika | immodifika s-sors]In the course of the Russian conquest of Central Asia, in 1873 the Russian General Konstantin von Kaufman launched an attack on the city of Khiva, which fell on 28 May 1873. Although the Russian Empire now controlled the Khanate, it allowed Khiva to remain as a nominally quasi-independent protectorate.
Following the Bolshevik seizure of power in Russia after the October Revolution of 1917, a short-lived (1920-1925) Khorezm People's Soviet Republic formed out of the territory of the old Khanate of Khiva before its incorporation into the USSR in 1925. The city of Khiva became part of the Uzbek Soviet Socialist Republic.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Iċ-ċentru storiku ta' Khiva, Itchan Kala, ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1990.[2]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[2]
Attrazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Khiva hija maqsuma f'żewġ partijiet. Il-parti li tinsab ’il barra mis-swar tissejjaħ Dichan Kala, u preċedentement kienet protetta b'sur bi 11-il bieb jew daħla. Iċ-ċentru storiku fi ħdan is-swar tal-brikks jissejjaħ Itchan Kala, u s-sisien tiegħu ġew stabbiliti fis-seklu 10. Is-swar attwali jmorru lura għall-aħħar tas-seklu 17 u huma għoljin 10 metri.
Kalta Minor, it-torri blu l-kbir fil-pjazza ċentrali taċ-ċentru storiku, suppost kellu jkun minaret, iżda l-Khan laħaq miet u l-Khan ta' warajh ma lestiex ix-xogħol.
Iċ-ċentru storiku fih iżjed minn 50 monument storiku u 250 dar antika, il-biċċa l-kbira minnhom imorru lura għas-sekli 18 jew 19. Il-Moskea ta' Djuma, pereżempju, ġiet stabbilita fis-seklu 10 u reġgħet inbniet fl-1788-1789, għalkemm is-sala ipostila magħrufa tagħha għad għandha 112-il kolonna tal-injam meħuda minn strutturi antiki.[7]
Khiva kienet tħaddan fiha għadd ta' madrasi (stabbilimenti edukattivi), u waħda minnhom, il-madrasa ta' Sherghazi Khan, għadha teżisti sa llum. Din inbniet fis-seklu 18 mill-ilsiera u hija waħda mill-eqdem binjiet f'Itchan Kala. Fost l-istudenti rinomati tal-madrasa kien hemm il-poeta Użbek Raunaq, il-poeta Qaraqalpaq Kasybayuly, u l-poeta u sufista Turkmen Magtymguly.[8]
Ġemellaġġi
[immodifika | immodifika s-sors]Din li ġejja hija lista tal-ġemellaġġi ta' Khiva:
Ara wkoll
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ В. А. Булатова, И. И. Ноткин, Архитектурные памятники Хивы. (Путеводитель), Ташкент, 1972; Хива. (Архитектура. Фотоальбом), Л., 1973; Г. Пугаченкова, Термез, Шахрисябз, Хива, (М„ 1976).
- ^ a b ċ UNESCO. "Itchan Kala".
- ^ Patrologia orientalis. Paris Firmin-Didot.
- ^ Nashriyoti, Davr (2012). Khiva: The City and the Legends. Tashkent, Użbekistan: DAVR NASHRIYOTI LLC. p. 2. ISBN 9789943339262.
- ^ "Khiva - Uzbekistan" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-09. Miġbur 2021-07-29.
- ^ a b ċ "Khiva | Uzbekistan". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-29.
- ^ "Khiva Travel Guide". Caravanistan (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-29.
- ^ "Shergazi-Khan Madrasah, Khiva". www.advantour.com. Miġbur 2021-07-29.
- ^ UzDaily. "Khiva and San Lorenzo del Escorial have become sister cities". UzDaily.uz (bir-Russu). Miġbur 2021-07-29.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Khiva (Khiva) |