Toroq tal-Ħarir: il-Kuritur ta' Zarafshan-Karakum
It-Toroq tal-Ħarir: il-Kuritur ta' Zarafshan-Karakum huwa Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO li jkopri r-rotot bejn Zarafshan u Karakum tat-Toroq tal-Ħarir u s-siti storiċi tul il-kuritur. Fis-17 ta' Settembru 2023, l-UNESCO ddeżinjat medda ta' 886 kilometru tan-network tat-Toroq tal-Ħarir fl-Asja bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Il-kuritur huwa estiż tul it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan, u jinkludi 31 komponent.[1][2]
Il-kuritur jinsab fl-Asja Ċentrali. B'kollox imiss ma' seba' żoni ġeografiċi li jinkludu artijiet għoljin, promontorju, pjanura, żona tal-irrigazzjoni artifiċjali, oażi, steppa tal-assenzju u deżert.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]It-Toroq tal-Ħarir: il-Kuritur ta' Zarafshan-Karakum ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2023.[2]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[2]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]Il-komponenti ta' dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO jinsabu fi tliet pajjiżi:
1. It-Taġikistan:
- l-Insedjament ta' Khisorak;
- il-Kastell tal-Għolja ta' Mugh;
- l-Insedjament ta' Kum;
- l-Insedjament ta' Gardani Khisor;
- il-Fortizza ta' Tali Khamtuda;
- il-Mawżolew ta' Khoja Muhammad Bashoro;
- is-Sistema tal-Irrigazzjoni ta' Toksankoriz;
- l-Insedjament ta' Sanjarshakh;
- ir-Raħal Qadim ta' Penjikent.
2. L-Użbekistan:
- it-Tempju ta' Jartepa II;
- Suleimantepa;
- l-Insedjament ta' Kafirkala;
- l-Insedjament ta' Dabusiya;
- il-Kumpless Arkitettoniku ta' Kasim Sheikh;
- il-Mawżolew ta' Mir Sayid Bakhrom;
- Rabati Malik:
- Rabati Malik Sardoba;
- il-Moskea ta' Deggaron;
- Chasma-i Ayub Khazira;
- l-Insedjament ta' Vardanze;
- il-Minaret ta' Vobkent;
- il-Kumpless Arkitettoniku ta' Bahouddin Naqshband;
- in-Nekropoli ta' Chor Bakr;
- l-Insedjament ta' Varakhsha;
- l-Insedjament ta' Paikend.
3. It-Turkmenistan:
- l-Insedjament ta' Amul;
- il-Karavanseraj ta' Mansaf (a);
- il-Karavanseraj ta' Mansaf (b);
- il-Karavanseraj ta' Konegala.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Silk Roads: Zarafshan-Karakum Corridor has been recommended for the inscription on the UNESCO World Heritage List". www.unesco-iicas.org (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-05.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Silk Roads: Zarafshan-Karakum Corridor". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-05.