Aqbeż għall-kontentut

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Vjetnam

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Bajja ta' Ha Long.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Vjetnam irratifika l-Konvenzjoni fid-19 ta' Ottubru 1987, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

B'kollox il-Vjetnam għandu tmien Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, ħamsa kulturali, tnejn naturali u wieħed imħallat. L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Vjetnam żdied fl-1993: il-Kumpless tal-Monumenti ta' Hué. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Vjetnam huwa l-Kumpless tal-Pajsaġġ ta' Trang An, fl-2014.

Siti ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Settur Ċentrali taċ-Ċittadella Imperjali ta' Thăng Long Đoan Môn Gate of Imperial Citadel of Thăng Long in 2015 Hanoi kulturali: (ii), (iii), (vi) 2010 Iċ-ċittadella imperjali nbniet fis-seklu 11 mid-dinastija Lý u tinkludi binjiet simili għall-arkitettura tal-aħħar tas-seklu 19 u għall-kultura tax-Xlokk tal-Asja. Is-sit kellu rwol importanti fil-poter politiku reġjonali ta' Đại Việt għal kważi tlettax-il seklu.[5]
Ċittadella tad-Dinastija Hồ The South gate of Tay Do castle, a building in the Citadel of the Hồ Dynasty, in 2008 Thanh Hóa kulturali: (ii), (iv) 2011 Id-dinastija Hồ bniet iċ-ċittadelli fl-1397, li jinsabu bejn ix-xmajjar Mã u Bưởi. Is-sit joħroġ fid-dieher kunċett ta' poter irjali, u xejriet ġodda fit-teknoloġija u l-kummerċ f'belt imperjali. Il-kostruzzjoni taċ-ċittadella adattat il-filosofija tal-Konfuċjaniżmu fi ħdan kultura primarjament Buddista.[6]
Kumpless tal-Monumenti ta' Huế Meridian Gate of the Imperial City of Huế in 2017 Huế kulturali: (iv) 1993 Il-Kumpless tal-Monumenti ta' Huế jinsab f'Huế u fil-madwar tal-eks belt kapitali imperjali tal-Vjetnam taħt id-dinastija Nguyễn. Minkejja li bata mill-effetti ta' tliet gwerer, is-sit huwa ppreservat sew u għadu kostruzzjoni notevoli tas-seklu 19.[7]
Bajja ta' Hạ Long Ha Long Bay in 2008 Quảng Ninh naturali: (vii), (viii) 1994 Il-Bajja ta' Ha Long fiha iktar minn 1,600 formazzjoni karstika u gżejra tal-ġebla tal-ġir b'diversi għamliet u daqsijiet, li żviluppaw fi klima tropikali sħuna u fejn spiss tinżel ix-xita. Il-gżejjer monolitiċi tal-ġebla tal-ġir jitfaċċaw mill-oċean u huma miksija b'veġetazzjoni densa tal-ġungla. Diversi gżejjer huma vojta minn ġewwa, u b'hekk jinħolqu għerien enormi.[8]
Raħal Antik ta' Hội An Houses with small shops in Hoi An in 2020 Quảng Nam kulturali: (ii), (v) 1999 Ir-raħal antik ta' Hội An jinsab qrib il-bokka tax-xmara Thu Bồn u fih diversi binjiet b'qafas tal-injam, li jinkludu monumenti arkitettoniċi, suq fil-beraħ u moll tal-laneċ. L-arkitettura tiegħu tirrifletti taħlita ta' influwenzi indiġeni u barranin mill-kulturi Ċiniżi, Ġappuniżi u Ewropej. Huwa eżempju ta' port kummerċjali tax-Xlokk tal-Asja li jmur lura għas-sekli 15 sa 19.[9]
Santwarju ta' Mỹ Sơn Mỹ Sơn Sanctuary in 2019 Quảng Nam kulturali: (ii), (iii) 1999 Mỹ Sơn huwa raggruppament ta' tempji Induisti abbandunati u parzjalment fi stat ta' fdalijiet, li nbnew bejn is-seklu 4 u s-seklu 13 mir-rejiet ta' Champa. It-tempji huma ddedikati għall-qima tad-divinità Induista, Xiva. Is-sit jirrifletti l-ħajja spiritwali u politika fir-Renju ta' Champa.[10]
Park Nazzjonali ta' Phong Nha – Kẻ Bàng A cave in Phong Nha – Kẻ Bàng National Park in 2007 Quảng Bình naturali: (viii), (ix), (x) 2003 Il-Park Nazzjonali ta' Phong Nha – Kẻ Bàng jinsab f'nofs il-Katina Muntanjuża ta' Annamite u jikkondividi l-konfini tiegħu mal-Park Nazzjonali ta' Hin Namno fil-Laos lejn il-Punent. Il-Park Nazzjonali ta' Phong Nha – Kẻ Bàng għandu ekosistema karstika tal-ġebla tal-ġir b'bijodiversità kbira, b'ħabitats terrestri u akkwatiċi, foresti, savanna, u għerien kbar. L-Għar ta' Sơn Đoòng jitqies li għandu l-ikbar passaġġ f'għar naturali fid-dinja.[11]
Kumpless tal-Pajsaġġ ta' Tràng An Tam Cốc Rice Valley of Tràng An Scenic Landscape Complex in 2013 Ninh Bình imħallat: (v), (vii), (viii) 2016 Tràng An hija żona xenika li tinsab fil-marġni tan-Nofsinhar tad-Delta tax-Xmara Ħamra. Fiha qċaċet karstiċi tal-ġebla tal-ġir bil-widien. Hemm traċċi arkeoloġiċi ta' attività umana għal iktar minn 30,000 sena, li tmur lura għan-Neolitiku u għal Żmien il-Bronż. Hoa Lư kienet il-belt kapitali antika tal-Vjetnam, li ġiet stabbilita fis-sekli 10 u 11.[12]
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Viet Nam - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Central Sector of the Imperial Citadel of Thang Long - Hanoi". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Citadel of the Ho Dynasty". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Complex of Hué Monuments". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ha Long Bay". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hoi An Ancient Town". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "My Son Sanctuary". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Phong Nha-Ke Bang National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Trang An Landscape Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.