Konfuċju

Konfuċju (28 ta' Settembru 551 q.K. – 479 q.K.) kien ħassieb u filosfu Ċiniż, li t-tagħlim u l-filosofija tiegħu ħallew influwenza kbira fuq il-ħsieb Ċiniż, Korean, Ġappuniż u Vjetnamiż, u l-ħajja.
Il-filosofija tiegħu enfasizzat fuq il-moralità personali u dik amministrattiva, korrettezza ta' relazzjonijiet soċjali, il-ġustizzja u s-sinċerità. Dawn il-valuri kisbu prominenza kbira fiċ-Ċina għad-detriment ta' duttrini opħra, bħal-Legaliżmu (法家) jew it-Taoiżmu (道家) matul id-Dinastija Han. Il-ħsibijiet ta' Konfuċju ġew żviluppati f'sistema ta' filosofija magħrufha bħala Konfuċjuneżmu (儒家). Din ġiet introdotta fl-Ewropa mill-Ġiżwita Taljan Matteo Ricci, li kien l-ewwel li Llatinizza l-isem għal "Confucius".
It-tagħlim jistgħu jinstabu fid-Djalogi ta' Konfuċju (論語), ġabra ta' "frammenti aforistiċi żgħar", li ġew komposti matul is-snin wara l-mewt tiegħu.