Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Amerka Ċentrali
L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) iddeżinjat 19-il Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Amerka Ċentrali. Dawn is-siti jinsabu f'seba' pajjiżi (magħrufa wkoll bħala "stati li huma partijiet għall-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji"): il-Gwatemala, il-Panama, il-Costa Rica, in-Nikaragwa, il-Honduras, El Salvador u l-Belize. Hemm sit wieħed li huwa transnazzjonali: ir-Riżervi tal-Katina Muntanjuża ta' Talamanca-La Amistad / il-Park Nazzjonali ta' La Amistad.[1][2] L-ewwel żewġ siti mir-reġjun li ġew inklużi fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO kienu l-Park Nazzjonali ta' Tikal u Antigua Guatemala fl-1979.[3]
Kull sena, il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO jista' jiddeżinja siti ġodda fil-lista, jew ineħħi s-siti li ma jissodisfawx iktar il-kriterji tal-għażla tal-UNESCO. L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali. Is-siti "mħallta" huma siti li jissodisfaw kriterji bħala sit kulturali u bħala sit naturali.[4][5]
Il-Kumitat tal-Wirt Dinji jista' jispeċifika wkoll li sit jinsab fil-periklu, u jikkwota "kundizzjonijiet li jheddu l-istess karatteristiċi tal-għażla tal-UNESCO li wasslu biex is-sit jitniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO".[6]
Siti ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]NB: * Siti transnazzjonali (bl-asterisk)
Sit | Stampa | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja f'ettari (akri) | Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Antigua Guatemala | ![]() |
Sacatepéquez Department, il-Gwatemala | kulturali:
(ii), (iii), (iv) |
49 (120) | 1979 | Stabbilita fil-bidu tas-seklu 16, Antigua kienet il-belt kapitali tar-Renju tal-Gwatemala u ċ-ċentru kulturali, ekonomiku, reliġjuż, politiku u edukattiv tiegħu sat-terremot devastanti tal-1773. Il-monumenti prinċipali tagħha ġew ippreservati l-iktar bħala fdalijiet u huma eżempju eċċellenti ta' arkitettura kolonjali Spanjola.[7] |
Park Arkeoloġiku u Fdalijiet ta' Quirigua | Dipartiment ta' Izabal, il-Gwatemala | kulturali:
(i), (ii), (iv) |
— | 1981 | Quiriguá is an ancient Maya archaeological site that flourished during the Late Classic. The ruins of the site contain outstanding carved stelae and sculpted calendars.[8] | |
Park Arkeoloġiku Nazzjonali ta' Tak'alik Ab'aj | ![]() |
El Asintal, il-Gwatemala | kulturali: (ii), (iii) | — | 2023 | Tak'alik Ab'aj huwa sit arkeoloġiku tul il-Kosta Paċifika tal-Gwatemala. L-istorja ta' 1,700 sena tas-sit tirrappreżenta perjodu fejn kien hemm tranżizzjoni miċ-ċivilizzazzjoni Olmeka għall-kultura tal-Maja bikrin. Is-sit jinkludi spazji u binjiet sagri mibnija skont prinċipji kożmoloġiċi, kif ukoll sistemi tal-immaniġġjar tal-ilma, bċejjeċ taċ-ċeramika u arti lapidarja. Gruppi indiġeni għadhom iqisu s-sit bħala post sagru sal-lum u jwettqu ritwali fih.[9] |
Sit Arkeoloġiku ta' Panamá Viejo u d-Distrett Storiku ta' Panamá | ![]() |
Distrett ta' Panamá, Provinċja ta' Panamá, | kulturali:
(ii), (iv), (vi) |
57 (140) | 1997 | Stabbilit fl-1519, Panamá Viejo kien l-ewwel insedjament Ewropew tul il-kosta Paċifika tal-Amerki. Id-distrett storiku huwa sostituzzjoni tas-seklu 17 tar-raħal oriġinali u jippreserva l-pjanta tat-toroq, l-arkitettura u taħlita ta' stili Spanjoli, Franċiżi u Amerikani bikrin.[10] |
Żona ta' Konservazzjoni ta' Guanacaste | ![]() |
Provinċji ta' Guanacaste u ta' Alajuela, il-Costa Rica | naturali:
(ix), (x) |
147,000 (360,000) | 1999 | Is-sit huwa estiż mill-Paċifiku tul il-Cordillera de Guanacaste sal-Atlantiku. Jinkludi firxa ta' ħabitats, fosthom uħud mill-iżjed foresti tropikali u artijiet mistagħdra mhux mimsusa fid-dinja kif ukoll l-aqwa ħabitats ta' foresti nexfin fl-Amerka Ċentrali. Dawn jipprovdu spazju għal diversi speċijiet ta' pjanti u ta' annimali mhedda, bħall-kukkudrill tal-ilma baħar, il-fekruna tal-baħar tat-tip leatherback, il-ġagwar, il-ġabiru, il-kewkba jew il-guayacán.[11] |
Sistema tar-Riżerva tal-Iskolli tal-Qroll tal-Belize | Distretti ta' Belize, tal-Qala ta' Stann u ta' Toledo, il-Belize | naturali:
(vii), (ix), (x) |
96,300 (238,000) | 1996 | Is-Sistema tar-Riżerva tal-Iskolli tal-Qroll tal-Belize hija l-ikbar sistema ta' skolli tal-qroll fl-Emisferu tat-Tramuntana u fiha jgħixu diversi speċijiet mhedda, fosthom il-fkieren tal-baħar, il-baqar tal-baħar u l-kukkudrilli Amerikani.[12] | |
Park Nazzjonali tal-Gżira ta' Cocos | ![]() |
Provinċja ta' Puntarenas, il-Costa Rica | naturali:
(ix), (x) |
199,790 (493,700) | 1997 | Bħala l-unika gżira fil-Lvant tropikali tal-Paċifiku, il-Gżira ta' Cocos tipprovdi ħabitats uniċi tal-baħar għal ħut pelaġiku kbir bħall-klieb il-baħar, it-tonn, id-dniefel jew ir-rajja.[13] |
Park Nazzjonali ta' Coiba u ż-Żona Speċjali ta' Protezzjoni tal-Baħar tiegħu | Provinċji ta' Veraguas u ta' Chiriquí, il-Panama | naturali:
(ix), (x) |
270,125 (667,490) | 2005 | Il-park jipproteġi l-gżejjer u żoni tal-baħar fil-Golf ta' Chiriquí u jospita għadd kbir eċċezzjonali ta' mammiferi, għasafar u pjanti endemiċi, kif ukoll diversi speċijiet mhedda. L-ekosistema tal-baħar hija kkaratterizzata minn bijodiversità kbira ħafna b'760 speċi ta' ħut tal-baħar, 33 speċi ta' klieb il-baħar u 20 speċi ta' ċetaċji.[14] | |
Park Nazzjonali ta' Darien | ![]() |
Provinċja ta' Darién, il-Panama | naturali:
(vii), (ix), (x) |
597,000 (1,480,000) | 1981 | Il-park jinsab fil-fruntiera bejn l-Amerka t'Isfel u l-Amerka Ċentrali, u jikkonsisti minn firxa wiesgħa ta' ħabitats, fosthom kosti bir-ramel u bil-blat, mangrovji, artijiet bassasa, u foresti tropikali fl-artijiet baxxi u fl-artijiet għoljin. Żewġ tribujiet ta' Indjani nattivi, iċ-Chocó u l-Kuna jgħixu f'dan is-sit.[15] |
Fortifikazzjonijiet fuq in-Naħa tal-Karibew tal-Panama: Portobelo-San Lorenzo | ![]() |
Provinċja ta' Colón, il-Panama | kulturali:
(i), (iv) |
— | 1980 | Bħala eżempji straordinarji tal-arkitettura militari Spanjola, il-fortijiet inbnew fis-sekli 17 u 18 sabiex jipproteġu l-Istmu tal-Panama li kien ta' importanza kbira għall-kummerċ kolonjali Ewropew.[16] |
Sit Arkeoloġiku ta' Joya de Cerén | ![]() |
Opico, Dipartiment ta' La Libertad, | kulturali:
(iii), (iv) |
— | 1993 | Is-Sit Arkeoloġiku ta' Joya de Cerén jinkludi l-fdalijiet ta' komunità agrikola pre-Ispanika li ġew ippreservati kważi għalkollox mirduma wara żbroffar vulkaniku li seħħ fil-590 W.K. Is-sit jipprovdi tagħrif arkeoloġiku siewi dwar il-ħajja ta' kuljum fis-seklu 6.[17] |
Katidral ta' León | León, in-Nikaragwa | kulturali:
(ii), (iv) |
0.77 (1.9) | 2011 | Il-katidral inbena iktar minn 150 sena ilu f'nofs is-seklu 18, u l-arkitettura tiegħu hija fużjoni ta' stili differenti mill-Barokk għan-Neo-Klassiċiżmu u hija espressjoni ta' soċjetà ġdida tal-Amerka Latina li żviluppat għall-ħabta tas-seklu 18.[18] | |
Sit tal-Maja ta' Copan | ![]() |
Dipartiment ta' Copán, il-Honduras | kulturali:
(iv), (vi) |
— | 1980 | Dan is-sit huwa magħruf l-iktar għal għadd ta' steli tal-Maja. Fl-istampa tidher l-istele H tal-Maja.[19] |
Insedjamenti Pre-Kolombjani u l-Isferi tal-Ġebel tad-Diquís | ![]() |
Palmar Sur, il-Costa Rica | kulturali:
(iii) |
6,172 (15,250); buffer zone 6,080 (15,000) | 2014 | [20] |
Riżerva ta' Bijosfera ta' Río Plátano | ![]() |
La Mosquitia, | naturali:
(vii), (viii), (ix), (x) |
500,000 (1,200,000) | 1982 | [21] |
Fdalijiet ta' León Viejo | ![]() |
Puerto Momotombo, La Paz Centro, Dipartiment ta' León, in-Nikaragwa | kulturali:
(iii), (iv) |
— | 2000 | [22] |
Riżervi tal-Katina Muntanjuża ta' Talamanca-La Amistad / Park Nazzjonali ta' La Amistad* | ![]() |
Provinċji ta' San José, ta' Cartago, ta' Limón u ta' Puntarenas, il-Costa Rica; Provinċji ta' Bocas del Toro u ta' Chiriquí, il-Panama | naturali:
(vii), (viii), (ix), (x) |
567,845 (1,403,180) | 1983 | [23] |
Park Nazzjonali ta' Tikal | ![]() |
Dipartiment ta' Petén, il-Gwatemala | imħallat:
(i), (iii), (iv), (ix), (x) |
57,600 (142,000) | 1979 | [24] |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Number of World Heritage Properties by region. UNESCO". web.archive.org (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-05-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "United Nations Statistics Division - Country and Region Codes". web.archive.org. 2002-06-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2002-06-25. Miġbur 2023-08-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - World Heritage List Statistics". web.archive.org. 2021-12-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-12-05. Miġbur 2023-08-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "World Heritage List Nominations. UNESCO". web.archive.org (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-06-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - World Heritage in Danger". web.archive.org. 2021-01-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-01-13. Miġbur 2023-08-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Antigua Guatemala". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Park and Ruins of Quirigua". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "National Archaeological Park Tak’alik Ab’aj". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Site of Panamá Viejo and Historic District of Panamá". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Area de Conservación Guanacaste". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Belize Barrier Reef Reserve System". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cocos Island National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Coiba National Park and its Special Zone of Marine Protection". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Darien National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Fortifications on the Caribbean Side of Panama: Portobelo-San Lorenzo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Joya de Cerén Archaeological Site". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "León Cathedral". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Maya Site of Copan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Precolumbian Chiefdom Settlements with Stone Spheres of the Diquís". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Río Plátano Biosphere Reserve". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ruins of León Viejo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Talamanca Range-La Amistad Reserves / La Amistad National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tikal National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.