Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fin-Nofsinhar tal-Asja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-Tempju ta' Changu Narayan fil-Wied ta' Kathmandu, in-Nepal.

L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) iddeżinjat 65 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fin-Nofsinhar tal-Asja, li hawnhekk tirreferi għal sitt pajjiżi/stati membri: l-Afganistan, l-Indja, in-Nepal, il-Pakistan, is-Sri Lanka u l-Bangladesh. Il-Bhutan u l-Maldivi jinsabu wkoll f'dan ir-reġjun, iżda ma għandhom l-ebda Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

F'dan ir-reġjun, l-Indja għandha l-ikbar ammont ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO (il-ħames globalment) bi 42 sit. L-ewwel siti li tniżżlu mir-reġjun kienu min-Nepal: il-Park Nazzjonali ta' Sagarmatha u l-Wied ta' Kathmandu. In-Nepal għandu erba' Siti ta' Wirt Dinji, filwaqt li s-Sri Lanka għandha tmienja, il-Bangladesh għandu tlieta, il-Pakistan għandu sitta u l-Afganistan għandu tnejn, u t-tnejn tniżżlu fil-lista tas-siti fil-periklu.

Kull sena, il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO jista' jiddeżinja siti ġodda fil-lista, jew ineħħi s-siti li ma jissodisfawx iktar il-kriterji tal-għażla tal-UNESCO. L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali. Is-siti "mħallta" huma siti li jissodisfaw kriterji bħala sit kulturali u bħala sit naturali.[1][2]

Il-Kumitat tal-Wirt Dinji jista' jispeċifika wkoll li sit jinsab fil-periklu, u jikkwota "kundizzjonijiet li jheddu l-istess karatteristiċi tal-għażla tal-UNESCO li wasslu biex is-sit jitniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO".[3] F'dan ir-reġjun attwalment hemm żewġ siti fil-periklu.

Siti ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-asterisk)

Sit Stampa Post Kriterji tal-Għażla Erja f'ettari (akri) Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Park Nazzjonali ta' Sagarmatha A village in a large mountain valley. In the distance very high snow-covered mountains are visible. Distrett ta' Solukhumbu, in-Nepal naturali: (vii) 1979 Il-Park Nazzjonali ta' Sagarmatha jħaddan fih il-katina muntanjuża l-kbira tal-Himalayas li tinkludi l-ogħla muntanja fid-dinja 'l fuq mil-livell tal-baħar, l-Everest (magħrufa fin-Nepal bħala Sagarmatha), u l-Pajsaġġ Sagru tal-Himalayas, il-pajsaġġ transkonfinali fil-Lvant tal-Himalayas. Il-park ikopri erja ta' 124,000 ettaru (307,000 akru) ta' art u 20 villaġġ b'6,000 Sherpa li ilhom jgħixu f'dawn l-inħawi għall-aħħar erba' sekli.[4]
Wied ta' Kathmandu Wied ta' Kathmandu, in-Nepal kulturali: (iii), (iv), (vi) 1979 Dan is-sit huwa magħmul minn seba' komponenti: il-Pjazza Durbar ta' Bhaktapur, Boudhanath, it-Tempju ta' Changu Narayan, il-Pjazza Durbar ta' Kathmandu, it-Tempju ta' Pashupatinath, il-Pjazza Durbar ta' Patan, u Swayambhunath (fl-istampa). It-tliet Pjazez Durbar irjali kienu jintużaw mill-Malla, u wara l-unifikazzjoni tan-Nepal intużaw mix-Shah u mir-Rana. Iż-żewġ stupi huma Swayambhunath li hija l-eqdem u Boudhanath li hija l-ikbar fin-Nepal. It-Tempju ta' Changu Narayan huwa l-eqdem tempju Induista fin-Nepal u jmur lura għas-seklu 5 W.K., u t-Tempju ta' Pashupatinath huwa l-ikbar kumpless ta' tempju fin-Nepal. Il-Wied ta' Kathmandu tniżżel bħala sit fil-periklu mill-2003 sal-2007 minħabba telf parzjali jew sostanzjali tal-elementi tradizzjonali f'sitta minn seba' żoni bil-monumenti li rriżulta f'telf ġenerali tal-awtentiċità u tal-integrità tas-sit kollu.[5]
Park Nazzjonali ta' Chitwan A lake with tree trunks in the water. Distretti ta' Chitwan, ta' Nawalpur, ta' Parasi, ta' Parsa u ta' Makwanpur, in-Nepal naturali: (vii), (ix), (x) 1984 Il-Park Nazzjonali ta' Chitwan, li huwa parti mill-artijiet baxxi subtropikali tat-Teraj ta' Ġewwa tan-Nofsinhar u taċ-ċentru tan-Nepal, jospita waħda mill-aħħar popolazzjonijiet ta' rinoċeronti Indjani u ta' tigri tal-Bengal. Storikament intuża mill-kaċċaturi fewdali u minn dawk ta' madwarhom għall-kaċċa tal-annimali l-kbar, fejn kien joqogħdu għal xi xahrejn u kienu joqtlu mijiet ta' tigri, rinoċeronti, iljunfanti, u orsijiet Asjatiċi żgħar. Il-park issa huwa wieħed mill-aħħar ekosistemi li għad fadal fir-reġjun tat-Teraj u jospita iktar minn 68 speċi ta' mammiferi.[6]
Lumbini, il-post tat-twelid tal-Buddha A large tree next to a water filled pool. Distrett ta' Rupandehi, in-Nepal kulturali: (iii), (vi) 1997 Lumbini huwa l-post tat-twelid tal-fundatur tar-reliġjon tal-Buddiżmu, Gautama Buddha, li twieled fis-623 Q.K. Lumbini jitqies bħala wieħed mill-eqdes postijiet fil-Buddiżmu u fih siti ta' pellegrinaġġ li jmorru lura għas-seklu 3 Q.K. Il-kumpless jinkludi l-kitba mnaqqxa fuq il-pilastru ta' Lumbini, it-Tempju ta' Maya Devi, u l-Vaska ta' Shakya, fejn Maya jingħad li marret tgħum qabel ma welldet lill-Buddha.[7]
Minaret u l-Fdalijiet Arkeoloġiċi ta' Jam Ghor, l-Afganistan kulturali: (ii), (iii), (iv) 2002 Il-minaret tlesta fl-1194 taħt is-Sultan Ghiyath al-Din Muhammad tad-dinastija tal-Guridi. Jinsab f'żona remota f'wied fond ta' xmara. X'aktarx li huwa l-unika bini li għad fadal tal-belt kapitali tas-sajf ta' Firozkoh tad-dinastija tal-Guridi. Huwa għoli 65 metru (213-il pied) u jikkonsisti minn erba' ċilindri sovraimposti. Huwa miksi b'disinni ġeometriċi u b'kalligrafija Kufika b'madum turkważ. L-arkitettura tal-minaret kienet influwenti fir-reġjun, inkluż bħala ispirazzjoni għall-Qutb Minar f'Delhi, l-Indja. Fl-inħawi nstabu wkoll fdalijiet ta' insedjamenti Guridi mis-sekli 12 u 13. Is-sit tniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu minnufih wara li tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2002.[8]
Pajsaġġ Kulturali u l-Fdalijiet Arkeoloġiċi tal-Wied ta' Bamiyan Bamyan, l-Afganistan kulturali: (i), (ii), (iii), (iv), (vi) 2003 Il-Wied ta' Bamiyan, li jinsab tul waħda mir-rotot tat-Toroq tal-Ħarir, kien ċentru Buddista li kien qed jiffjorixxi bejn is-sekli 1 u 13 u kien sit ta' pellegrinaġġ importanti. Fl-inħawi hemm diversi monumenti Buddisti, inkluż statwi u għerien bit-tinqix. L-iskambju ta' influwenzi Indjani, Ellenistiċi, Rumani u Sassanidi rriżultaw f'espressjoni artistika partikolari, magħrufa bħala l-arti ta' Gandhara. Iktar 'il quddiem, matul il-perjodu Iżlamiku, inbnew diversi fortifikazzjonijiet, u l-kultura Buddista majnat. Żewġ statwi kolossali tal-Buddha (l-istatwa l-kbira tidher fl-istampa) inqerdu mit-Talibani fl-2001, att li rriżulta f'kundanna internazzjonali. Is-sit tniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu minnufih wara li tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003.[9]
Fdalijiet Arkeoloġiċi ta' Moenjodaro Ancient ruins, including several brick walls Sindh, il-Pakistan kulturali: (ii), (iii) 1980 Mohenjodaro kienet waħda mill-ikbar bliet taċ-ċivilizzazzjoni tal-wied tax-xmara Indus u kienet l-ewwel belt ippjanata fin-Nofsinhar tal-Asja. Kienet tinsab max-xtut tax-xmara Indus, u ffjorixxiet bejn l-2,500 u l-1,500 Q.K. Il-belt inbniet l-iktar bil-brikks u kienet issegwi pjanta rigoruża ta' grilja. Kien hemm banjijiet pubbliċi, foss tal-qamħ u sistema elaborata tad-drenaġġ. Fis-seklu 2 W.K. inbniet stupa Buddista fuq il-fdalijiet tal-belt. L-iskavi fis-sit ilhom għaddejjin mill-1922, u sa issa ġie esplorat madwar terz tas-sit.[10]
Taxila Remains of a Buddhist stupa and an information board in front Punjab, il-Pakistan kulturali: (iii), (vi) 1980 Taxila, li diġà kienet abitata fin-Neolitiku, kienet ċentru Buddist importanti tat-tagħlim bejn is-seklu 5 Q.K. u s-seklu 2 W.K. Is-sit arkeoloġiku jinkludi l-fdalijiet ta' erba' insedjamenti li joħorġu fid-dieher l-iżvilupp urban tas-sit. Il-belt kienet tinsab tul waħda mir-rotot tat-Toroq tal-Ħarir u kienet influwenzata mill-Imperu Akemenida u mill-Griegi. It-Tumbata ta' Bhir hija assoċjata mad-daħla ta' Alessandru l-Kbir f'Taxila fit-326 Q.K. Uħud mill-monumenti jinkludu l-monasteru ta' Jaulian monastery, l-istupa ta' Mohra Muradu, l-istupa ta' Dharmarajika, il-kumpless ta' Jandial, u l-belt ta' Sirkap.[11]
Fdalijiet Buddisti ta' Takht-i-Bahi u ta' Sahr-i-Bahlol Ancient ruins in a hilly area Khyber Pakhtunkhwa, , il-Pakistan kulturali: (iv) 1980 Il-monasteru Buddist ta' Takht-i-Bahi (fl-istampa) ġie stabbilit fis-seklu 1 W.K. u baqa' jintuża sas-seklu 7. Minħabba l-pożizzjoni tiegħu fil-quċċata ta' għolja wieqfa, baqa' ppreservat sew minkejja l-invażjonijiet suċċessivi fir-reġjun. Il-monasteru u l-fdalijiet tal-belt fil-qrib ta' Seri Bahlol mill-perjodu ta' Kux huma wħud mill-iżjed monumenti Buddisti importanti fir-reġjun ta' Gandhara. Il-monasteru huwa l-iżjed monasteru Buddist komplut fil-Pakistan u jinkludi diversi gruppi ta' stupi, ċelel monastiċi, tempji, u binjiet lajċi.[12]
Monumenti Storiċi ta' Makli, Thatta A large two-storey tomb made of sandstone Sindh, il-Pakistan kulturali: (iii) 1981 Makli hija nekropoli kbira fil-belt ta' Thatta. Kienet attiva bejn is-sekli 14 u 18. Il-monumenti u l-mawżolej inbnew minn ġebel, brikks u madum igglejżjat ta' kwalità kbira. L-oqbra ta' qaddisin u ta' mexxejja famużi, fosthom Jam Nizamuddin II u Isa Khan (fl-istampa) għadhom ippreservati u huma eżempji fini tal-arkitettura tal-Mugal influwenzata minn stili lokali.[13]
Forti ta' Lahore u l-Ġonna ta' Shalimar Look at a Mughal-style fort through some columns Punjab, il-Pakistan kulturali: (ii), (iii) 1981 Il-Forti (fl-istampa) u l-Ġonna ta' Shalimar f'Lahore huma żewġ kumplessi rjali mill-era tal-Mugal. Il-Forti jinsab fin-naħa tal-Majjistral tal-Belt Iffortifikata ta' Lahore u nqered u reġa' nbena diversi drabi matul l-istorja tiegħu. Il-monumenti eżistenti jmorru lura għas-seklu 16, matul ir-renju ta' Akbar. Il-Ġonna ta' Shalimar inbnew taħt l-imperatur Shah Jahan fl-1642. Huma eżempju ta' ġonna tal-Mugal li ġew influwenzati mit-tradizzjonijiet Persjani u Iżlamiċi.[14]
Forti ta' Rohtas Large stone gate to the fort Punjab, il-Pakistan kulturali: (ii), (iv) 1997 Il-forti nbena taħt Sher Shah Suri, wara r-rebħa tiegħu kontra l-Imperatur tal-Mugal Humayun fl-1541. Huwa eżempju eċċezzjonali ta' arkitettura militari Iżlamika bikrija fl-era tal-porvli, u jintegra t-tradizzjonijiet artistiċi mit-Turkija u s-subkontinent Indjan. Serva bħala mudell għall-arkitettura suċċessiva tal-Mugal. Qatt ma nħakem f'battalja u għadu intatt.[15]
Belt tal-Moskea Storika ta' Bagerhat Building of red bricks with a roof consisting of many white domes. There are small round towers on the corners of the building each crowned by a white cupola. Khulna, il-Bangladesh kulturali: (iv) 1985 Il-belt ta' Bagerhat ġiet stabbilita fis-seklu 15 mill-Khan Jahan Ali bl-isem ta' Khalifatabad. Fiha iktar minn 300 moskea, binjiet pubbliċi, mawżolej, pontijiet u ġibjuni, u l-biċċa l-kbira minnhom huma mibnija bil-brikks (terrakotta). Il-belt tirrappreżenta wħud mill-iżjed eżempji sinifikanti tal-arkitettura Musulmana bikrija fil-Bengal, inkluż il-Qabar tal-Khan Jahan u l-Moskea tas-Sittin Koppla (fl-istampa). L-istil arkitettoniku huwa uniku għal dan is-sit. Wara l-mewt tal-fundatur, il-belt inħakmet u tgħattiet bil-veġetazzjoni tal-ġungla.[16]
Fdalijiet tal-Vihara Buddista f'Paharpur Ruins of a structure of red stone now resembling a small hill or mound. Rajshahi, il-Bangladesh kulturali: (i), (ii), (vi) 1985 Somapura Mahavihara, vihāra jew monasteru Buddist, imur lura għas-seklu 8. Kien ċentru importanti tal-Buddiżmu Mahayana fir-reġjun sal-seklu 12, u huwa t-tieni l-ikbar monasteru Buddist fin-Nofsinhar tal-Himalayas. Ġie mżejjen b'tinqix u bi skulturi tal-ġebel u tat-terrakotta. Influwenza l-kostruzzjoni tat-tempji fil-Myanmar, f'Ġava u fil-Kambodja.[17]
Sundarbans Boat on a river in a densely forested plain. Khulna, il-Bangladesh naturali: (ix), (x) 1997 Il-park nazzjonali jkopri l-parti tas-Sundarbans fil-Bangladesh, id-delta tax-xmajjar Ganges u Brahmaputra. Tinkludi l-ikbar foresta tal-mangrovji fid-dinja u l-iżjed waħda rikka b'madwar 78 speċi ta' mangrovji. Tħaddan fiha bijodiversità kbira, b'popolazzjoni kbira ta' tigri tal-Bengal, u hija wkoll ħabitat importanti għad-denfil tax-xmajjar tal-Irrawaddy u tal-Ganges, għal diversi speċijiet ta' għasafar u għall-fkieren tal-baħar. Il-park fih tliet santwarji/komponenti. Fl-Indja, il-Park Nazzjonali tas-Sundarbans huwa mniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO separat.[18][19]
Belt Sagra ta' Anuradhapura A large Buddhist stupa Reġjun Ċentrali tat-Tramuntana, is-Sri Lanka kulturali: (ii), (iii), (vi) 1982 Anuradhapura kienet l-ewwel belt kapitali tas-Sri Lanka u ċentru spiritwali Buddist. Ġiet stabbilita fis-seklu 4 Q.K. Ġiet attakkata mit-Tamil fis-seklu 2 Q.K. u r-rikkezzi tagħha nsterqu mill-Pandja fis-seklu 9 W.K. Il-monumenti ġew irrestawrati sussegwentement iżda l-belt finalment inqerdet fid-993 mill-imperatur taċ-Ċola Rajaraja I u l-belt kapitali ġiet ittrasferita lejn Polonnaruwa. Fis-sekli ta' wara l-fdalijiet inħakmu mill-veġetazzjoni tal-ġungla. Fost il-monumenti li għad fadal illum il-ġurnata nsibu l-monasteru ta' Abhayagiri (fl-istampa) u l-istupa ta' Ruwanwelisaya, kif ukoll is-siġra ta' Jaya Sri Maha Bodhi, siġra li kibret minn biċċa mlaqqma mis-siġra oriġinali li l-Buddha jingħad li kiseb l-illuminiżmu.[20]
Belt Antika ta' Polonnaruwa Ruins of a Buddhist temple Reġjun Ċentrali tat-Tramuntana, is-Sri Lanka kulturali: (i), (iii), (vi) 1982 Wara l-qerda ta' Anuradhapura mid-dinastija taċ-Ċola, Polonnaruwa saret il-belt kapitali tar-renju taċ-Ċola taħt Vijayabahu I. Għad fadal diversi tempji u skulturi tal-bronż Induisti ta' dak iż-żmien. Il-belt esperjenzat l-aqwa perjodu tagħha fis-seklu 12 taħt Parakramabahu I, meta nbnew bosta monumenti u tempji Buddisti, inkluż il-Vatadage (fl-istampa), tempju li fl-imgħoddi kien jospita fih ir-relikwa ta' sinna tal-Buddha. Il-belt qabdet it-triq tan-niżla fis-seklu 13.[21]
Belt Antika ta' Sigiriya A large granite rock with people walking toward it Reġjun Ċentrali, is-Sri Lanka kulturali: (ii), (iii), (iv) 1982 Għal żmien qasir Sigiriya kienet il-belt kapitali tar-Re Kashyapa, li rrenja bejn l-477 u l-495, wara li ordna biex missieru, ir-Re Dhatusena, jinqatel. Il-belt inbniet fuq u madwar il-"Blata tal-iljun", blata vulkanika tal-granit għolja 180 metru (590 pied). Wara t-telfa li ġarrab Kashyapa minn ħuh Moggallana I, is-sit ġie rritornat lill-patrijiet Buddisti li qabel kienu għexu fil-grotti tal-inħawi. Illum il-ġurnata, is-sit jinsab fi stat ta' fdalijiet, u ġew ippreservati partijiet biss tal-fortifikazzjonijiet u tal-binjiet, flimkien ma' affreski li jirrappreżentaw figuri femminili. L-istil ta' dawn l-affreski kien influwenti fis-sekli ta' wara.[22]
Belt Sagra ta' Kandy A Buddhist temple in white stone and a flag in front Reġjun Ċentrali, is-Sri Lanka kulturali: (iv), (vi) 1988 Kandy ġiet stabbilita fis-seklu 14 u serviet bħala l-belt kapitali tar-renju ta' Kandy mill-1592 sal-1815, meta l-Brittaniċi daħlu fiha. Għadha l-belt kapitali reliġjuża Buddista tas-Sri Lanka u ċentru tal-pellegrinaġġi. Skont tradizzjoni antika tat-trasferiment tar-relikwi meta tinbidel il-belt kapitali, ir-relikwa ta' sinna tal-Buddha nħażnet fit-Tempju tas-Sinna (fl-istampa), u l-istruttura attwali tmur lura għal nofs is-seklu 18. Monumenti oħra jinkludu l-Palazz Irjali u diversi tempji Buddisti.[23]
Riżerva Forestali ta' Sinharaja Look at a rain forest from above Sabaragamuwa u r-Reġjun tan-Nofsinhar, is-Sri Lanka naturali: (ix), (x) 1988 Ir-Riżerva Forestali ta' Sinharaja tħaddan fiha wħud mill-aħħar foresti tropikali relattivament mhux mimsusa tas-Sri Lanka. Il-flora hija relitt tas-superkontinent ta' Gondwanaland tal-qedem, u hija importanti għall-istudju tal-evoluzzjoni bijoloġika u ċ-ċaqliq kontinentali. Il-widien u ż-żoni iktar baxxi huma miksija bi speċijiet Dipterocarpus filwaqt li foresti sekondarji u arbuxxelli jiksu ż-żoni fejn tneħħiet il-foresta oriġinali. Iż-żona tospita bosta speċijiet endemiċi ta' għasafar, mammiferi, friefet u anfibji.[24]
Raħal Antik ta' Galle u l-Fortifikazzjonijiet tiegħu Aerial photo of Galle fort Reġjun tan-Nofsinhar, is-Sri Lanka kulturali: (iv) 1988 Ir-raħal ta' Galle ġie stabbilit mill-Portugiżi li bnew l-ewwel fortifikazzjonijiet hemmhekk fl-aħħar tas-seklu 16. Il-Kumpanija Olandiża tal-Lvant tal-Indja ħakmet il-forti fl-1640 u bniet swar tal-ġebel bil-bastjuni, u lir-raħal tatu l-konfigurazzjoni attwali. Galle ġie żviluppat l-iktar fis-seklu 18, meta kien jospita 500 familja u kellu binjiet amministrattivi u mħażen kbar. Ir-raħal ingħata lill-Brittaniċi fl-1796. Galle huwa l-aqwa eżempju ppreservat ta' raħal iffortifikat mibni mill-Ewropej fin-Nofsinhar u fix-Xlokk tal-Asja. L-arkitettura tirrappreżenta fużjoni ta' tradizzjonijiet reġjonali u Ewropej bejn is-sekli 16 u 19. Waħda mill-karatteristiċi importanti hija sistema tad-dranaġġ li kienet tuża l-ilma baħar għall-ifflaxxjar.[25]
Tempju tal-Għar ta' Dambulla f'Rangiri Stupa with sitting Buddhas around it in a cave with painted walls Reġjun Ċentrali, is-Sri Lanka kulturali: (i), (iv) 1991 Il-monasteru fl-għar huwa l-ikbar kumpless Buddist fis-Sri Lanka u l-iktar wieħed ippreservat, filwaqt li huwa sit importanti għall-pellegrinaġġi. Ġie abitat mill-patrijiet Buddisti mis-seklu 3 Q.K. Jinkludi ħames santwarji mibnija f'għerien naturali. Is-santwarji sarulhom sensiela ta' rinnovazzjonijiet, u l-bixra attwali tmur lura għas-seklu 18. Fihom eżempji straordinarji ta' arti reliġjuża, inkluż statwi u affreski bl-istil tal-iskola tal-arti ta' Kandy.[26]
Artijiet Għoljin Ċentrali tas-Sri Lanka A mountain from far Reġjun Ċentrali u Sabaragamuwa, is-Sri Lanka naturali: (ix), (x) 2010 Dan is-sit jinkludi tliet żoni eżistenti li huma l-inqas mimsusa fost il-foresti tropikali muntanjużi u submuntanjużi tas-Sri Lanka: iż-Żona Protetta u Selvaġġa tal-Quċċata (il-Quċċata ta' Adam fl-istampa), il-Park Nazzjonali tal-Pjanuri ta' Horton, u l-Foresta tal-Konservazzjoni ta' Knuckles. L-inħawi huma rikki ħafna fil-bijodiversità u jospitaw diversi speċijiet endemiċi, inkluż il-langur ta' wiċċu vjola, il-leopard tas-Sri Lanka, u bosta molluski, rettili u anfibji.[27]
Għerien ta' Ajanta Cave with carved columns and a shrine in the middle Maharashtra, is-Sri Lanka kulturali: (i), (ii), (iii), (vi) 1983 L-Għerien ta' Ajanta jirrappreżentaw kollezzjoni ta' arti Buddista minn żewġ perjodi. L-ewwel monumenti jmorru lura għas-sekli 2 u 1 Q.K. u nħolqu mill-prattikanti tal-Buddiżmu Teravada. Iktar monumenti żdiedu fis-sekli 5 u 6 W.K., matul id-dinastija Vakataka, mill-prattikanti tal-Buddiżmu Maħajana. Il-monumenti huma kapulavuri tal-arti Buddista u kellhom influwenza qawwija fl-Indja u fir-reġjun usa', speċjalment f'Ġava.[28]
Għerien ta' Ellora Tourists visiting a temple cut in rock Maharashtra, l-Indja kulturali: (i), (iii), (vi) 1983 L-Għerien ta' Ellora jinkludu 34 tempju u monasteru li tħaffru f'irdum tal-bażalt twil żewġ kilometri (1.2 mil) bejn is-sekli 7 u 11. Peress li nbnew mill-prattikanti tal-Buddiżmu, tal-Induiżmu u tal-Ġainiżmu, joħorġu fid-dieher it-tolleranza reliġjuża tal-perjodu meta nbnew. L-ikbar tempju huwa t-Tempju ta' Kailasa (fl-istampa), li huwa mżejjen b'mod elaborat bl-iskulturi u bil-pitturi.[29]
Forti ta' Agra Building in red stone with decorations Uttar Pradesh, l-Indja kulturali: (iii) 1983 Il-Forti ta' Agra huwa fortizza imperjali tal-Mugal tas-seklu 16 f'Agra. Ingħata l-konfigurazzjoni attwali tiegħu taħt l-Imperatur Akbar. Il-kumpless fih diversi palazzi (fl-istampa jidher il-Jahangiri Mahal), swali tal-udjenzi, u żewġ moskej. Stilistikament, huwa wieħed mill-ogħla espressjonijiet tal-arkitettura Indo-Iżlamika, b'influwenzi mill-arkitettura Persjana u Timurida.[30]
Taj Mahal Taj Mahal, a domed building in white marble with four surrounding minarets Uttar Pradesh, l-Indja kulturali: (i) 1983 It-Taj Mahal huwa l-ifjen eżempju tal-arkitettura Indo-Iżlamika. Inbena f'Agra max-xatt tax-xmara Yamuna bħala mawżolew ta' Mumtaz Mahal, il-mara Persjana tal-imperatur Mugal Shah Jahan, bejn l-1631 u l-1648. Ġie ddisinjat minn Ustad Ahmad Lahori u nbena bl-irħam abjad ingastat b'ħaġar prezzjuż u semiprezzjuż. Il-qabar huwa mdawwar b'erba' minareti weqfin għalihom. Il-kumpless jinkludi wkoll id-daħla prinċipali, moskea, binja għall-mistednin u l-ġonna ta' madwar.[31]
Tempju tax-Xemx, Konârak A large Hindu temple in stone Odisha, l-Indja kulturali: (i), (iii), (vi) 1984 It-tempju Induista nbena fis-seklu 13 u huwa wieħed mill-ifjen eżempji tal-arkitettura Kalinga. Jirrappreżenta l-karru tad-divinità tax-xemx Surja: fuq il-partijiet esterni għandu 24 rota, imnaqqxin fil-ġebel u mżejnin b'mod mirqum, u huwa miġbud minn sitt żwiemel. Motivi dekorattivi oħra jinkludu iljuni, mużiċisti, żeffiena, u xeni erotiċi.[32]
Grupp ta' Monumenti ta' Mahabalipuram A Hindu temple in stone Tamil Nadu, l-Indja kulturali: (i), (ii), (iii), (vi) 1984 Il-monumenti madwar ir-raħal ta' Mamallapuram inbnew fis-sekli 7 u 8, taħt id-dinastija Pallava. Hemm tipi differenti ta' monumenti: rathas, li huma tempji b'għamla ta' karru (Dharmaraja Ratha), mandapas (tempji mħaffrin fil-blat), riljievi fil-blat, inkluż in-Niżla Kbira tax-Xmara Ganges, it-Tempju tax-Xatt (fl-istampa) u tempji u fdalijiet arkeoloġiċi oħra. L-espressjoni artistika tal-monumenti kienet influwenti fir-reġjun usa', inkluż fil-Kambodja, fil-Vjetnam u f'Ġava.[33]
Park Nazzjonali ta' Kaziranga A rhino at a water edge Assam, l-Indja naturali: (ix), (x) 1985 Il-Park Nazzjonali ta' Kaziranga jinsab fil-pjanuri fejn tfur ix-xmara Brahmaputra. Huwa wieħed mill-aqwa santwarji tal-organiżmi selvaġġi fid-dinja, u fih l-ikbar popolazzjoni ta' rinoċeronti Indjani (fl-istampa), kif ukoll tigri, iljunfanti Asjatiċi, bufli selvaġġi tal-ilma, u dniefel tax-xmara Ganges. L-artijiet mistagħdra huma importanti għall-ispeċijiet tal-għasafar tal-passa.[34]
Santwarju tan-Natura Selvaġġa ta' Manas A herd of Wild elephants in the park Assam, l-Indja naturali: (vii), (ix), (x) 1985 Is-santwarju tul ix-xmara Manas ikopri l-bwar tal-ħaxix fil-pjanuri tal-għargħar u l-foresti fl-artijiet baxxi u fl-għoljiet. Iż-żona għandha bijodiversità rikka u tospita diversi speċijiet fil-periklu ta' estinzjoni, fosthom ir-rinoċeronti Indjani, l-iljunfanti Asjatiċi (fl-istampa), il-bufli selvaġġi tal-ilma, it-tigri, l-orsijiet Asjatiċi, iċ-ċingjali nani, il-langurs ta' Gee, u l-florikan tal-Bengal. Il-foresti jiġġeddu b'mod kostanti wara l-għargħar u l-bidliet fil-flussi tax-xmara. Bejn l-1992 u l-2011, is-sit tniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu minħabba l-insib u l-attivitajiet tal-milizji Bodo.[35]
Park Nazzjonali ta' Keoladeo A group of Bar Headed Geese and Demoiselle cranes flying together in the Sanctuary Rajasthan, l-Indja naturali: (x) 1985 Il-Park Nazzjonali ta' Keoladeo inizjalment kien riżerva għall-kaċċa tal-papri għall-Maharaja. Huwa art mistagħdra artifiċjali u miżmuma tajjeb. Il-park huwa importanti kemm għall-għasafar residenti kif ukoll għall-għasafar tal-passa, speċjalment l-għasafar tal-ilma. Iżjed minn 350 speċi ta' għasafar ġew irreġistrati fil-park, inkluż 15-il speċi ta' russetti, il-grawwi Siberjan, u l-ajkla l-kbira tat-tikek. Fl-istampa jidher grupp ta' wiżż Indjani u damiġelli jtiru flimkien fil-park. Il-park huwa protett ukoll fil-qafas tal-Konvenzjoni Ramsar.[36]
Knejjes u Kunventi ta' Goa A church in red brick and an adjacent building in white Goa, l-Indja kulturali: (ii), (iv), (vi) 1986 Iċ-ċentru storiku ta' Goa kien il-belt kapitali tal-Indja Portugiża, kolonja li damet 450 sena sal-1961. Is-sit jinkludi seba' knejjes u kunventi li nbnew fis-sekli 16 u 17 bi stili Gotiċi, Manwelini, Manjeristi u Barokki, iżda ġew adattati wkoll għat-tekniki u għar-riżorsi lokali. Kienu influwenti fit-tifrix tal-influwenzi arkitettoniċi lejn pajjiż fl-Asja fejn ġew stabbiliti l-missjonijiet Kattoliċi. Il-Bażilika ta' Bom Jesus, fejn huwa midfun il-qaddis San Franġisk Xavier, tidher fl-istampa.[37]
Grupp ta' Monumenti ta' Khajuraho Stone carvings representing people in different situations Madhya Pradesh, l-Indja kulturali: (i), (iii) 1986 Dan is-sit huwa magħmul minn 23 tempju, kemm Induisti kif ukoll Ġain, li nbnew fis-sekli 10 u 11, matul id-dinastija Chandela. It-tempji nbnew bl-istil Nagara. Ġew imżejna b'mod rikk bit-tinqix u bl-iskulturi tal-ġebel b'motivi sagri u lajċi, inkluż xeni tal-ħajja domestika, mużiċisti, żeffiena u koppji ta' maħbubin. Fl-istampa jidher dettall tat-Tempju ta' Lakshmana.[38]
Grupp ta' Monumenti ta' Hampi A stone chariot in Dravidian style in Hampi Karnataka, l-Indja kulturali: (i), (iii), (iv) 1986 Hampi kienet il-belt kapitali tal-Imperu Vijayanagara sa ma ġiet abbandunata wara li r-rikkezzi tagħha nsterqu mis-sultanati tad-Dekkan fl-1565. Għal madwar 200 sena, kienet belt multikulturali prosperuża b'diversi monumenti bi stil Dravidjan kif ukoll Indo-Iżlamiku. Il-fdalijiet jinkludu binjiet reliġjużi u lajċi kif ukoll strutturi difensivi. It-Tempju ta' Virupaksha jidher fl-istampa. Fl-2012 saret bidla żgħira fiż-żona ta' lqugħ tas-sit. Bejn l-1999 u l-2006, is-sit tniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu minħabba r-riskji taż-żieda fit-traffiku u l-kostruzzjonijiet ġodda.[39]
Fatehpur Sikri A large gate in red stone in Mughal style Uttar Pradesh, l-Indja kulturali: (ii), (iii), (iv) 1986 Għal madwar għaxar snin fit-tieni nofs tas-seklu 16, Fatehpur Sikri kienet il-belt kapitali tal-Imperu tal-Mugal taħt l-Imperatur Akbar, sa ma l-kapitali tressqet lejn Lahore fl-1585 u l-belt fil-biċċa l-kbira ġiet abbandunata. Is-sit jinkludi kollezzjoni kbira ta' monumenti u tempji bl-istil tal-Mugal, bħall-Jama Masjid (id-Daħla għall-Moskea, il-Buland Darwaza, fl-istampa), il-palazz tal-Panch Mahal, u l-Qabar ta' Salim Chishti.[40]
Grupp ta' Monumenti ta' Pattadakal A Hindu temple in light-coloured stone Karnataka, l-Indja kulturali: (iii), (iv) 1987 Dan is-sit jinkludi disa' tempji Induisti u tempju Ġain li nbnew fis-sekli 7 u 8 taħt id-dinastija Chalukya. Inbnew bl-istil Chalukya ta' Badami li jagħmel fużjoni tal-influwenzi mit-Tramuntana u min-Nofsinhar tal-Indja. Fl-istampa jidher it-Tempju ta' Virupaksha.[41]
Għerien ta' Elephanta Stone carvings representing Shiva and religious scenes Maharashtra, l-Indja kulturali: (i), (iii) 1987 Il-kumpless ta' għerien, li jinsab fil-Gżira ta' Elephanta fil-Port ta' Mumbai, inbena b'mod prinċipali fis-sekli 5 u 6, bi fdalijiet ta' okkupazzjoni umana li jmorru lura għas-seklu 2 Q.K. It-tempji huma ddedikati lil Xiva. L-għerien huma mżejna b'tinqix fuq il-blat u wħud minnhom huma kolossali. Fl-istampa tidher statwa ta' Trimurti Shiva, bid-dvarapalas ma' kull naħa.[42]
Tempji Ħajjin Kbar taċ-Ċola A highly decorated stone Hindu temple Tamil Nadu, l-Indja kulturali: (ii), (iii) 1987 Dan is-sit jinkludi tliet tempji Induisti li nbnew fis-sekli 11 u 12 taħt id-dinastija taċ-Ċola. Dawn jirrappreżentaw uħud mill-aqwa eżempji ta' arkitettura Dravidjana ta' żmien iċ-Ċola. Huma magħmula mill-ġebel u huma mżejna bil-ġebel u bl-iskulturi tal-bronż. Inizjalment, it-Tempju ta' Brihadisvara (fl-istampa) biss kien tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, imbagħad żdiedu żewġ tempji oħra u t-Tempju ta' Airavatesvara fl-2004 u s-sit ingħata t-titlu attwali.[43]
Park Nazzjonali tas-Sundarbans A tiger at the water margin Punent tal-Bengal, l-Indja naturali: (ix), (x) 1987 Il-park nazzjonali jkopri l-parti Indjana tas-Sundarbans, id-delta tax-xmajjar Ganges u Brahmaputra. Il-park huwa l-ikbar foresta tal-mangrovji fid-dinja u l-iżjed waħda rikka, fejn ġew irreġistrati madwar 78 speċi ta' mangrovji. Il-park għandu bijodiversità kbira u jospita popolazzjoni kbira ta' tigri tal-Bengal (fl-istampa), u huwa wkoll ħabitat importanti għad-dniefel tax-xmajjar Irrawaddy u Ganges, diversi speċijiet ta' għasafar u fkieren tal-baħar. Fil-Bangladesh, is-Sundarbans huwa mniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO separat.[44]
Parks Nazzjonali ta' Nanda Devi u tal-Wied tal-Fjuri Flowers in a mountain valley Uttarakhand, l-Indja naturali: (viii), (x) 1988 Dan is-sit huwa magħmul minn żewġ parks nazzjonali fil-Punent tal-Himalayas, il-Park Nazzjonali tal-Wied tal-Fjuri (fl-istampa) u l-Park Nazzjonali ta' Nanda Devi. Hemm tipi differenti ta' ħabitats f'altitudni għolja, minn qċaċet għoljin tal-muntanji bħal Nanda Devi, li tlaħħaq is-7,817-il metru (25,646 pied), li hija t-tieni l-ogħla muntanja fl-Indja, għal mergħat Alpini. Apparti l-bosta speċijiet tal-pjanti tal-muntanji, fl-inħawi jgħix l-ors iswed Asjatiku, il-leopard tal-borra, l-ors kannella u l-baral. Il-Park Nazzjonali ta' Nanda Devi oriġinarjament tniżżel waħdu fl-1988 u l-Park Nazzjonali tal-Wied tal-Fjuri żdied fl-2005.[45]
Monumenti Buddisti ta' Sanchi A large stupa in stone with an elaborate gate in front Madhya Pradesh, l-Indja kulturali: (i), (ii), (iii), (iv), (vi) 1989 Sanchi huwa wieħed mill-eqdem santwarji Buddisti eżistenti u kien strumentali fit-tifrix tar-reliġjon fis-subkontinent Indjan. Sar importanti taħt l-Imperatur Ashoka tal-Imperu Mawrjan fis-seklu 3 Q.K. Il-fdalijiet ta' pilastru minn dak iż-żmien ġew ippreservati. Stupi (fl-istampa tidher l-Istupa nru 1), palazzi, tempji u monasteri ġew ippreservati fi stati differenti ta' konservazzjoni, u l-biċċa l-kbira jmorru lura għas-sekli 2 u 1 Q.K. Il-belt naqset fl-importanza tagħha fis-seklu 12.[46]
Qabar ta' Humayun, Delhi Look at a mausoleum in white and red stone through a gate Delhi, l-Indja kulturali: (ii), (iv) 1993 Il-qabar tal-imperatur Mugal Humayun inbena fis-snin 60 tas-seklu 16 u jirrappreżenta l-ewwel eżempju ta' qabar-ġnien fis-subkontinent Indjan, u daħħal elementi tal-ġonna Persjani. Il-mawżolew monumentali b'żewġ koppli jirrappreżenta qabża fl-arkitettura Mugal u huwa l-predeċessur arkitettoniku tat-Taj Mahal. Il-kumpless jinkludi diversi oqbra iżgħar ta' dak iż-żmien. Fl-2016 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit.[47]
Qutb Minar u l-Monumenti tiegħu, Delhi A tall minaret and a mausoleum, both in red and white stone Delhi, l-Indja kulturali: (iv) 1993 Il-kumpless jinkludi diversi monumenti tal-Indja Iżlamika bikrija tas-sekli 13 u 14, meta s-Sultanat ta' Delhi stabbilixxa l-poter fil-pajjiż. Jinkludi l-Qutb Minar, minaret għoli 72.5 metru (238 pied)(fl-istampa), id-daħla magħrufa bħala Alai Darwaza, il-Moskea ta' Quwwat-ul-Islam fejn diversi pilastri tal-ġebel minn tempi Induisti preċedenti ntużaw mill-ġdid b'funzjonijiet oħra, il-pilastru tal-ħadid, u diversi oqbra u monumenti oħra.[48]
Linji Ferrovjarji tal-Muntanji tal-Indja A train crossing a bridge with several arches Punent tal-Bengal, Tamil Nadu, Himachal Pradesh, l-Indja kulturali: (ii), (iv) 1999 Dan is-sit huwa magħmul minn tliet linji ferrovjarji tal-muntanji li nbnew fl-aħħar tas-seklu 19 u fil-bidu tas-seklu 20 biex jagħtu aċċess għall-irħula fl-artijiet għoljin. Jirrappreżentaw trasferiment tat-teknoloġija, f'ambjent kolonjali, u l-kostruzzjoni kienet tinvolvi l-bini ta' pontijiet u ta' mini biex il-linji setgħu jgħaddu minn fuq art tassew imħarbta. Il-linji ferrovjarji pprovdew sostenn għal insedjament uman ulterjuri fl-inħawi kull fejn kien hemm il-kollegamenti u għadhom operattivi għalkollox. Il-Linja Ferrovjarja ta' Darjeeling għall-ewwel tniżżlet waħedha fl-1999. Fl-2005 żdiedet il-Linja Ferrovjarja ta' Nilgiri u fl-2008 żdiedet il-Linja Ferrovjarja ta' Kalka-Shimla (fl-istampa).[49]
Kumpless tat-Tempju ta' Mahabodhi f'Bodh Gaya A large stone Buddhist temple Bihar, l-Indja kulturali: (i), (ii), (iii), (iv), (vi) 2002 Il-kumpless tat-tempju Buddist jimmarka s-sit fejn jingħad li l-Buddha kiseb l-illuminiżmu taħt is-Siġra tal-Bodhi. Dan it-tempju jmur lura għas-sekli 5 u 6 W.K. (matul il-perjodu tal-Gupta) u nbena fuq struttura preċedenti kkummissjonata mill-Imperatur Ashoka fis-seklu 3 Q.K. It-tempju huwa għoli 50 metru (160 pied) u huwa magħmul bil-brikks. Kellu influwenza sostanzjali fuq l-iżvilupp tal-arkitettura fis-sekli ta' wara. Wara sekli ta' abbandun u ta' telqa, it-tempju ġie rrestawrat b'mod estensiv fis-seklu 19.[50]
Blat Imkenni ta' Bhimbetka Rock paintings depicting people and animals Madhya Pradesh, l-Indja kulturali: (iii), (v) 2003 Dan is-sit jinkludi ħames raggruppamenti ta' blat imkenni fl-għoljiet ta' qabel il-katina muntanjuża ta' Vindhya. Jinkludu tpittir fuq il-blat mis-soċjetajiet ta' kaċċaturi-ġemmiegħa tal-Mesolitiku sal-perjodu storiku. Il-villaġġi fil-qrib għad għandhom xi prattiki kulturali li huma simili għal dawk li jidhru fit-tpittir fuq il-blat.[51]
Stazzjon ta' Chhatrapati Shivaji (li qabel kien l-Istazzjon ta' Vitorja) A large heavily decorated railway station building Maharashtra, l-Indja kulturali: (ii), (iv) 2004 L-istazzjon ferrovjarju storiku f'Mumbai nbena fl-aħħar tas-seklu 19. Ġie ddisinjat minn Frederick William Stevens bl-istil Gotiku Vitorjan, u silet influwenzi mill-arkitettura Gotika Taljana u żewwiġhom flimkien mal-influwenzi mill-binjiet tradizzjonali Indjani. Kien simbolu tal-ġid ta' Mumbai bħala port kummerċjali ewlieni fi ħdan il-Commonwealth Brittanika.[52]
Park Arkeoloġiku ta' Champaner-Pavagadh A mosque in brown stone Gujarat, l-Indja kulturali: (ii), (iv), (v), (vi) 2004 Is-sit jinkludi diversi fdalijiet minn diversi perjodi, mill-Kalkolitiku sal-fdalijiet ta' Champaner, belt kapitali għal żmien qasir tas-Sultanat ta' Gujarat fis-seklu 16. Fost il-binjiet importanti nsibu t-tempju Induista ta' Kalika Mata, it-tempji Ġain, u l-Moskea tal-Ġimgħa (fl-istampa) b'elementi arkitettoniċi Induisti u Iżlamiċi, kif ukoll il-fdalijiet ta' sistemi tal-immaniġġjar tal-ilma, fortifikazzjonijiet u tempji tas-seklu 14.[53]
Kumpless tal-Forti l-Aħmar Fortress walls and a gate in red stone Delhi, l-Indja kulturali: (ii), (iii), (vi) 2007 Il-Forti l-Aħmar inbena taħt l-Imperatur tal-Mugal Shah Jahan f'nofs is-seklu 17. Jirrappreżenta l-quċċata tal-arkitettura tal-Mugal, b'fużjoni ta' elementi tal-kultura Indo-Persjana ma' elementi Timuridi. L-arkitettura tiegħu kellha influwenza qawwija fuq il-palazzi u l-ġonna li nbnew wara fir-reġjun. Fil-Forti l-Aħmar seħħew ukoll diversi avvenimenti storiċi. Ir-rikkezzi tiegħu nsterqu u l-funzjoni tiegħu nbidlet parzjalment mill-Brittaniċi. Kien ukoll is-sit fejn ġiet iċċelebrata għall-ewwel darba l-indipendenza tal-Indja. Fl-istampa tidher id-Daħla ta' Delhi.[54]
Jantar Mantar, Jaipur A collection of buildings for astronomical purposes Rajasthan, l-Indja kulturali: (iii), (vi) 2010 Il-Jantar Mantar f'Jaipur huwa l-iżjed osservatorju astronomiku sinifikanti tal-Indja. Imur lura għall-bidu tas-seklu 18, mill-aħħar tal-perjodu tal-Mugal. Hemm madwar 20 strument astronomiku li ġew iddisinjati u nbnew għall-osservazzjonijiet bl-għajnejn tal-pożizzjonijiet tal-istilel u tal-pjaneti. Intuża wkoll bħala l-punt ta' lqugħ ta' kulturi xjentifiċi differenti.[55]
Gati tal-Punent A scenic view of Pampadumshola Mountains Maharashtra, Karnataka, Kerala, Tamil Nadu, l-Indja naturali: (ix), (x) 2012 Il-Gati tal-Punent huma katina muntanjuża tul il-kosta tas-subkontinent Indjan li kienu miksija b'foresti muntanjużi. Fihom bijodiversità kbira u jilqgħu speċijiet fil-periklu ta' estinzjoni bħat-tigri tal-Bengal, il-makakki ta' Dhole, it-tar ta' Nilgiri u l-langurs ta' Nilgiri. F'termini ta' storja evoluzzjonarja, l-inħawi huma importanti fid-dawl tat-tkisser ta' Gondwana fil-Ġurassiku bikri. Wara, l-Indja kienet massa ta' art iżolata sal-ħabta mal-Plakka Tettonika Ewrasjatika. Is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO jinkludi 30 komponent.[56]
Fortijiet fl-Għoljiet ta' Rajasthan A fortress in light-coloured stone above a river Rajasthan, l-Indja kulturali: (ii), (iii) 2013 Dan is-sit huwa magħmul minn sitt fortijiet: il-Forti ta' Chittor, il-Forti ta' Kumbhalgarh, il-Forti ta' Ranthambore, il-Forti ta' Gagron, il-Forti ta' Amber (fl-istampa), u l-Forti ta' Jaisalmer, li nbnew bejn is-sekli 8 u 18 mir-renji tar-Rajput. Kellhom stil eklettiku, b'elementi tal-arkitettura tas-Sultanat u tal-Mugal, u kienu influwenti fuq l-istili suċċessivi tal-Imperu Marata. Jinsabu f'ambjenti differenti, pereżempju l-Forti ta' Ranthambore jinsab f'foresta, filwaqt li l-Forti ta' Jaisalmer jinsab f'deżert.[57]
Rani-ki-Vav (il-Bir Imtarraġ tar-Reġina) f'Patan, Gujarat A view of the stepwell with several decorated pillars Gujarat, l-Indja kulturali: (i), (iv) 2014 Rani-ki-Vav huwa wieħed mill-ifjen eżempji ta' bir imtarraġ, tip elaborat ta' bir fejn l-ilma tal-pjan jiġi aċċessat permezz ta' diversi livelli ta' taraġ. Inbena fis-seklu 11, matul id-dinastija Chaulukya, max-xtut tax-xmara Saraswati fil-belt ta' Patan. Fih seba' livelli, u kull wieħed huwa mżejjen b'tinqix u bi skulturi tal-ġebel, li juru temi u xogħlijiet letterarji reliġjużi u lajċi. Wara l-bidla fil-fluss tax-xmara fis-seklu 13, ma baqax jintuża u mtela' sedimenti, u bis-saħħa ta' dan baqa ppreservat.[58]
Żona ta' Konservazzjoni tal-Park Nazzjonali l-Kbir tal-Himalayas Snow-covered mountains and trees Himachal Pradesh, l-Indja naturali: (x) 2014 Il-park nazzjonali jkopri ħabitats mill-qċaċet Alpini tal-Himalayas 'il fuq minn 6,000 metru (20,000 pied) sal-mergħat Alpini u l-foresti qrib ix-xmajjar taħt l-2,000 metru (6,600 pied). B'kollox hemm 25 tip ta' foresta rreġistrata, li jħaddnu fihom raggruppamenti rikki ta' flora u ta' fawna, inkluż bosta speċijiet ta' għasafar, mammiferi, rettili u insetti. Fil-park jgħixu wkoll speċijiet fil-periklu ta' estinzjoni bħat-tragopan tal-Punent u ċ-ċriev tal-misk.[59]
Sit Arkeoloġiku ta' Nalanda Mahavihara f'Nalanda, Bihar Ruins of brick buildings Bihar, l-Indja kulturali: (iv), (vi) 2016 Nalanda Mahavihara kienet istituzzjoni Buddista antika tat-tagħlim ta' livell għoli li ġiet stabbilita fis-seklu 5 u li damet sas-serq tar-rikkezzi tagħha fis-seklu 13, għalkemm hemm xi fdalijiet arkeoloġiċi li jmorru lura wkoll għas-seklu 3 Q.K. Il-fdalijiet jinkludu santwarji u stupi, vihara (binjiet residenzjali u edukattivi), u opri tal-arti b'materjali differenti. Is-soluzzjonijiet arkitettoniċi u l-approċċi edukattivi kienu influwenti fuq istituzzjonijiet oħra fir-reġjun usa'.[60]
Park Nazzjonali ta' Khangchendzonga Snow-covered mountains and a lake in front Sikkim, l-Indja imħallat: (iii), (vi), (vii), (x) 2016 Il-park nazzjonali jinsab madwar il-Muntanja ta' Khangchendzonga, it-tielet l-ogħla muntanja fid-dinja (8,586 metru (28,169 pied)). Hija muntanja sagra fil-Buddiżmu Tibetan, u żona titqies bħala beyul, art sagra moħbija. Fiha jgħixu komunitajiet etniċi diversi ħafna ta' Sikkim. Minn perspettiva naturali, iż-żona tinkludi bosta ħabitats, minn muntanji għoljin bil-glaċieri għal foresti primordjali antiki, u fiha bosta speċijiet ta' annimali u ta' pjanti.[61]
Ix-Xogħol Arkitettoniku ta' Le Corbusier, Kontribut Straordinarju għall-Moviment Modernist* A modernist concrete building, a pond in front Chandigarh, l-Indja kulturali: (i), (ii), (vi) 2016 Dan is-sit transnazzjonali (kondiviż bejn l-Arġentina, il-Belġju, Franza, l-Iżvizzera, il-Ġermanja, l-Indja, u l-Ġappun) jinkludi 17-il binja tal-arkitett Franċiż-Żvizzeru Le Corbusier. Le Corbusier kien rappreżentant importanti tal-moviment tal-Moderniżmu, li introduċa tekniki arkitettoniċi ġodda sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-soċjetà li kienet qed tinbidel.[62]
Belt Storika ta' Ahmadabad An intricately carved Jali Design on Sidi Saiyyed Mosque Gujarat, l-Indja kulturali: (ii), (v) 2017 Il-belt ta' Ahmedabad ġiet stabbilita minn Ahmad Shah I fl-1411, sabiex isservi bħala l-belt kapitali tas-Sultanat ta' Gujarat. Kienet il-punt ta' lqugħ ta' bosta reliġjonijiet (l-Induiżmu, l-Iżlam, il-Buddiżmu, il-Ġainiżmu, il-Kristjaneżmu, iż-Żoroastrijaniżmu u l-Ġudaiżmu), u rriżultat f'nisġa urbana unika. L-arkitettura hija bbażata fuq l-injam, u l-kwartieri tipiċi jissejħu pols, u huma ppakkjati ferm bi djar tradizzjonali u b'toroq bix-xatbiet. Fost il-binjiet importanti mill-perjodu tas-Sultanat hemm is-swar tal-Forti ta' Bhadra, il-Moskea ta' Sidi Saiyyed (fl-istampa) u bosta moskej, oqbra u santwarji.[63]
Binjiet Gotiċi Vittorjani u tal-Art Deco ta' Mumbai A brick building in neo-gothic style Maharashtra, l-Indja kulturali: (ii), (iv) 2018 Is-sit jinkludi żewġ raggruppamenti ta' binjiet f'Mumbai mill-era tal-Imperu Brittaniku. Il-binjiet pubbliċi bl-istil Gotiku Vitorjan mit-tieni nofs tas-seklu 19 adatta elementi Neo-Gotiċi għall-klima Indjana, u ġew introdotti karatteristiċi bħal gallariji u verandi. Fl-istampa tidher il-binja tal-Qorti Superjuri ta' Bombay. Il-binjiet tal-Art Deco imorru lura għall-bidu tas-seklu 20 u jinkludu swali taċ-ċinema u appartamenti.[64]
Belt ta' Jaipur, Rajasthan A large palace in red and pink sandstone with many windows Rajasthan, l-Indja kulturali: (ii), (iv), (vi) 2019 Jaipur ġiet stabbilita mill-mexxej tar-Rajput Jai Singh II fl-1727. Il-belt inbniet bi pjanta b'għamla ta' grilja, li ġiet ispirata mill-ideali Induisti antiki u tal-Punent, bħala tbegħid mill-arkitettura Medjevali tar-reġjun. Kienet ċentru kummerċjali b'saħħtu u fiha kienu jgħixu bosta artiġjani u artisti. Fost il-binjiet u s-siti importanti tal-belt hemm il-palazz tal-Hawa Mahal (fl-istampa), it-Tempju ta' Govind Dev Ji, il-Palazz tal-Belt, u l-Jantar Mantar, li huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO separat.[65]
Tempju ta' Kakatiya Rudreshwara (Ramappa), Telangana A Hindu temple in red stone Telangana, l-Indja kulturali: (i), (iii) 2021 It-tempju Induista ddedikat lil Xiva nbena fl-ewwel nofs tas-seklu 13 taħt id-dinastija Kakatiya. Huwa mżejjen b'tinqix fil-ġebel u bi skulturi tal-granit u tad-dolerit li juru d-drawwiet taż-żfin reġjonali. F'konformità mal-prattiki Induisti, it-tempju nbena b'armonija mal-ambjent ta' madwaru.[66]
Dholavira: Belt Harappana Archaeological site with some brick and stone walls Gujarat, l-Indja kulturali: (iii), (iv) 2021 Dholavira kienet waħda miċ-ċentri taċ-ċivilizzazzjoni Harappani bejn it-tielet millenju sa nofs it-tieni millenju Q.K, fi Żmien il-Bronż. Il-fdalijiet jinkludu belt iffortifikata u ċimiterju, u hemm fdalijiet ta' binjiet u ta' sistemi tal-immaniġġjar tal-ilma. Il-pożizzjoni tal-belt intgħażlet minħabba s-sorsi ta' minerali prezzjużi fil-qrib. Il-belt kellha rabtiet kummerċjali ma' bliet oħra fir-reġjun u saħansitra sal-Mesopotamja. Is-sit ġie skopert mill-ġdid fl-The site was rediscovered in 1968.[67]
Santiniketan A building with elaborate facade behind a metal fence Punent tal-Bengal, l-Indja kulturali: (iv), (vi) 2023 Santiniketan ġie stabbilit bħala ashram minn Debendranath Tagore fit-tieni nofs tas-seklu 19 u mbagħad żviluppa bħala raħal universitarju tal-Università ta' Visva-Bharati. Huwa kkollegat mal-ħajja u mal-filosofija ta' iben Debendranath, Rabindranath Tagore, il-figura ewlenija tar-Rinaxximent Bengali. Fl-istampa tidher is-sala tat-talb.[68]
Kumplessi Sagri tal-Hoysala Hindu temple in Dravidian style Karnataka, l-Indja kulturali: (i), (ii), (iv) 2023 Dan is-sit huwa magħmul minn żewġ raggruppamenti ta' monumenti (f'Belur u f'Halebidu), u t-Tempju ta' Keshava f'Somanathapura, li jmorru lura għal żmien l-Imperu tal-Hoysala, bejn is-sekli 11 u 14. L-arkitettura tal-Hoysala żżewweġ l-elementi tal-arkitettura Dravidjana mal-influwenzi mit-Tramuntana tal-Indja. It-tempji nbnew mis-segwaċi tal-Vixniżmu, tax-Xiviżmu, u tal-Ġainiżmu, u ġew imżejna b'mod rikk bi skulturi u b'tinqix fil-ġebel. It-Tempju ta' Chennakeshava f'Belur (fl-istampa) għadu sit importanti tal-pellegrinaġġi.[69]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "World Heritage List Nominations. UNESCO". web.archive.org (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-06-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "UNESCO World Heritage Centre - World Heritage in Danger". web.archive.org. 2021-01-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-01-13. Miġbur 2023-08-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sagarmatha National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kathmandu Valley". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Chitwan National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Lumbini, the Birthplace of the Lord Buddha". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Minaret and Archaeological Remains of Jam". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-09.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cultural Landscape and Archaeological Remains of the Bamiyan Valley". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-09.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Ruins at Moenjodaro". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Taxila". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Buddhist Ruins of Takht-i-Bahi and Neighbouring City Remains at Sahr-i-Bahlol". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historical Monuments at Makli, Thatta". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
  14. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Fort and Shalamar Gardens in Lahore". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
  15. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rohtas Fort". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
  16. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Mosque City of Bagerhat". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
  17. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ruins of the Buddhist Vihara at Paharpur". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
  18. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Sundarbans". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
  19. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sundarbans National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
  20. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sacred City of Anuradhapura". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
  21. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient City of Polonnaruwa". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
  22. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient City of Sigiriya". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
  23. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sacred City of Kandy". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
  24. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sinharaja Forest Reserve". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
  25. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Town of Galle and its Fortifications". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
  26. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rangiri Dambulla Cave Temple". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
  27. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Central Highlands of Sri Lanka". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
  28. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ajanta Caves". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  29. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ellora Caves". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  30. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Agra Fort". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  31. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Taj Mahal". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  32. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sun Temple, Konârak". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  33. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Group of Monuments at Mahabalipuram". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  34. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kaziranga National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  35. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Manas Wildlife Sanctuary". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  36. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Keoladeo National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  37. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Churches and Convents of Goa". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  38. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Khajuraho Group of Monuments". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  39. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Group of Monuments at Hampi". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  40. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Fatehpur Sikri". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  41. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Group of Monuments at Pattadakal". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  42. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Elephanta Caves". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  43. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Great Living Chola Temples". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  44. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sundarbans National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  45. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Nanda Devi and Valley of Flowers National Parks". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  46. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Buddhist Monuments at Sanchi". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  47. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Humayun's Tomb, Delhi". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  48. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Qutb Minar and its Monuments, Delhi". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  49. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mountain Railways of India". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  50. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mahabodhi Temple Complex at Bodh Gaya". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  51. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rock Shelters of Bhimbetka". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  52. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Chhatrapati Shivaji Terminus (formerly Victoria Terminus)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  53. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Champaner-Pavagadh Archaeological Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  54. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Red Fort Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  55. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Jantar Mantar, Jaipur". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  56. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Western Ghats". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  57. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hill Forts of Rajasthan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  58. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rani-ki-Vav (the Queen’s Stepwell) at Patan, Gujarat". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  59. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Great Himalayan National Park Conservation Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  60. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Site of Nalanda Mahavihara at Nalanda, Bihar". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  61. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Khangchendzonga National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  62. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Architectural Work of Le Corbusier, an Outstanding Contribution to the Modern Movement". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  63. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic City of Ahmadabad". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  64. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Victorian Gothic and Art Deco Ensembles of Mumbai". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  65. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Jaipur City, Rajasthan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  66. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kakatiya Rudreshwara (Ramappa) Temple, Telangana". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  67. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Dholavira: a Harappan City". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  68. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Santiniketan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-24.
  69. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "India - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-24.