Aqbeż għall-kontentut

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fin-Nepal

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-istupa ta' Swayambhunath.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] In-Nepal irratifika l-Konvenzjoni fl-20 ta' Ġunju 1978, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

B'kollox in-Nepal għandu erba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, tnejn kulturali u tnejn naturali. L-ewwel żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO min-Nepal żdiedu fl-1979: il-Park Nazzjonali ta' Sagarmatha u l-Wied ta' Kathmandu. L-iżjed sit li żdied reċentement min-Nepal huwa Lumbini, il-post tat-twelid tal-Buddha, fl-1997.

Siti ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Park Nazzjonali ta' Sagarmatha A village in a large mountain valley. In the distance very high snow-covered mountains are visible. Distrett ta' Solukhumbu, in-Nepal naturali: (vii) 1979 Il-Park Nazzjonali ta' Sagarmatha jħaddan fih il-katina muntanjuża l-kbira tal-Himalayas li tinkludi l-ogħla muntanja fid-dinja 'l fuq mil-livell tal-baħar, l-Everest (magħrufa fin-Nepal bħala Sagarmatha), u l-Pajsaġġ Sagru tal-Himalayas, il-pajsaġġ transkonfinali fil-Lvant tal-Himalayas. Il-park ikopri erja ta' 124,000 ettaru (307,000 akru) ta' art u 20 villaġġ b'6,000 Sherpa li ilhom jgħixu f'dawn l-inħawi għall-aħħar erba' sekli.[5]
Wied ta' Kathmandu Wied ta' Kathmandu, in-Nepal kulturali: (iii), (iv), (vi) 1979 Dan is-sit huwa magħmul minn seba' komponenti: il-Pjazza Durbar ta' Bhaktapur, Boudhanath, it-Tempju ta' Changu Narayan, il-Pjazza Durbar ta' Kathmandu, it-Tempju ta' Pashupatinath, il-Pjazza Durbar ta' Patan, u Swayambhunath (fl-istampa). It-tliet Pjazez Durbar irjali kienu jintużaw mill-Malla, u wara l-unifikazzjoni tan-Nepal intużaw mix-Shah u mir-Rana. Iż-żewġ stupi huma Swayambhunath li hija l-eqdem u Boudhanath li hija l-ikbar fin-Nepal. It-Tempju ta' Changu Narayan huwa l-eqdem tempju Induista fin-Nepal u jmur lura għas-seklu 5 W.K., u t-Tempju ta' Pashupatinath huwa l-ikbar kumpless ta' tempju fin-Nepal. Il-Wied ta' Kathmandu tniżżel bħala sit fil-periklu mill-2003 sal-2007 minħabba telf parzjali jew sostanzjali tal-elementi tradizzjonali f'sitta minn seba' żoni bil-monumenti li rriżulta f'telf ġenerali tal-awtentiċità u tal-integrità tas-sit kollu.[6]
Park Nazzjonali ta' Chitwan A lake with tree trunks in the water. Distretti ta' Chitwan, ta' Nawalpur, ta' Parasi, ta' Parsa u ta' Makwanpur, in-Nepal naturali: (vii), (ix), (x) 1984 Il-Park Nazzjonali ta' Chitwan, li huwa parti mill-artijiet baxxi subtropikali tat-Teraj ta' Ġewwa tan-Nofsinhar u taċ-ċentru tan-Nepal, jospita waħda mill-aħħar popolazzjonijiet ta' rinoċeronti Indjani u ta' tigri tal-Bengal. Storikament intuża mill-kaċċaturi fewdali u minn dawk ta' madwarhom għall-kaċċa tal-annimali l-kbar, fejn kien joqogħdu għal xi xahrejn u kienu joqtlu mijiet ta' tigri, rinoċeronti, iljunfanti, u orsijiet Asjatiċi żgħar. Il-park issa huwa wieħed mill-aħħar ekosistemi li għad fadal fir-reġjun tat-Teraj u jospita iktar minn 68 speċi ta' mammiferi.[7]
Lumbini, il-post tat-twelid tal-Buddha A large tree next to a water filled pool. Distrett ta' Rupandehi, in-Nepal kulturali: (iii), (vi) 1997 Lumbini huwa l-post tat-twelid tal-fundatur tar-reliġjon tal-Buddiżmu, Gautama Buddha, li twieled fis-623 Q.K. Lumbini jitqies bħala wieħed mill-eqdes postijiet fil-Buddiżmu u fih siti ta' pellegrinaġġ li jmorru lura għas-seklu 3 Q.K. Il-kumpless jinkludi l-kitba mnaqqxa fuq il-pilastru ta' Lumbini, it-Tempju ta' Maya Devi, u l-Vaska ta' Shakya, fejn Maya jingħad li marret tgħum qabel ma welldet lill-Buddha.[8]
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Nepal - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sagarmatha National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kathmandu Valley". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Chitwan National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Lumbini, the Birthplace of the Lord Buddha". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.