Lumbini
Lumbini (bin-Nepaliż u bis-Sanskritu: लुम्बिनी; ippronunzjata [ˈlumbini], li tfisser "is-sabiħa") hija sit tal-pellegrinaġġi Buddisti fid-Distrett ta' Rupandehi tal-Provinċja ta' Lumbini fin-Nepal. Hija l-post fejn, skont it-tradizzjoni Buddista, ir-Reġina Mahamayadevi welldet lil Siddhartha Gautama għall-ħabta tal-563 Q.K. Gautama, li kiseb l-Illuminazzjoni lejn il-528 Q.K.[1][2], sar il-Buddha u stabbilixxa l-Buddiżmu.[3][4] Lumbini hija waħda mill-bosta ta' siti tal-pellegrinaġġi li ġew stabbiliti fil-postijiet li kienu ċentrali fil-ħajja tal-Buddha.
Lumbini fiha għadd ta' tempji iktar antiki, fosthom it-Tempju ta' Mayadevi, u diversi tempji ġodda, iffinanzjati minn organizzazzjonijiet Buddisti minn diversi pajjiżi, li tlestew jew għadhom qed jinbnew. Bosta monumenti, monasteri u mużew, kif ukoll l-Istitut tar-Riċerka Internazzjonali ta' Lumbini jinsabu fi ħdan is-sit. Barra minn hekk, hemm il-Puskarini, jew Għadira Sagra, fejn omm il-Buddha skont ir-ritwal tradizzjonali daħlet qabel it-twelid u fejn il-Buddha ġie maħsul għall-ewwel darba. F'siti oħra ħdejn Lumbini, skont it-tradizzjoni, twieldu Buddhi iktar bikrin u mbagħad kisbu l-Illuminazzjoni aħħarija u finalment abbandunaw l-għamliet terrestri tagħhom.
Lumbini tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[5][6]
Fi żmien il-Buddha
[immodifika | immodifika s-sors]Fi żmien il-Buddha, Lumbini kienet tinsab fil-Lvant ta' Kapilavastu u fil-Lbiċ tad-Devadaha ta' Shakya, repubblika oligarkika.[7] Skont it-tradizzjoni Buddista, il-Buddha twieled hemmhekk. Pilastru li ġie skopert f'Rupandehi fl-1896 jingħad li jimmarka l-punt preċiż fejn Ashoka żar Lumbini. Is-sit ma kienx magħruf bħala Lumbini qabel ma l-pilastru ġie skopert.[8] It-traduzzjoni tal-iskrizzjoni tinsab fit-tabella tat-taqsima li jmiss. Is-sit preċedentement kien magħruf bħala Rupandehi, 3.2 km fit-Tramuntana ta' Bhagavanpura.
Is-Sutta Nipáta (vs. 683) tiddikjara li l-Buddha twieled f'villaġġ tal-Sakjani f'Lumbineyya Janapada. Il-Buddha qagħad f'Lumbinívana matul iż-żjara tiegħu f'Devadaha u hemmhekk ipprietka lil Devadaha Sutta.
Pilastru ta' Ashoka
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1896, il-Ġeneral Khadga Samsher Rana u Alois Anton Führer skoprew pilastru kbir tal-ġebel f'Rupandehi, skont ir-rekords storiċi kruċjali li tfasslu mill-patri pellegrin Ċiniż Xuanzang fis-seklu 7 W.K. u minn patri pellegrin Ċiniż ieħor Faxian fil-bidu tas-seklu 5 W.K. L-iskrizzjoni Brahmina fuq il-pilastru tagħti evidenza li Ashoka, l-imperatur tal-Imperu Maurya, żar il-post fis-seklu 3 Q.K. u identifikah bħala l-post fejn twieled il-Buddha. L-iskrizzjoni kienet ġiet tradotta minn Paranavitana.[9]
Traduzzjoni bil-Malti | Iskrizzjoni u Traslitterazzjoni
(kitba Brahmina oriġinali) |
Ritratt |
---|---|---|
|
|
Fuq in-naħa ta' fuq tal-pilastru, hemm iskrizzjoni oħra tar-Re Ripumalla (is-seklu 13-14 W.K.), li huwa magħruf ukoll permezz ta' iskrizzjoni fil-pilastru ta' Nigali Sagar:
"Om mani padme hum (mantra Buddista li litteralment tfisser "Tifħir lill-Ġojjell fil-Lotus") J'Alla l-Prinċep Ripu Malla jibqa' rebbieħ fit-tul" — Iskrizzjoni tar-Re Ripumalla fuq il-pilastru ta' Ashoka (seklu 13-14).[13]
Pilastru ieħor ta' Ashoka jinsab xi 22 kilometru fil-Majjistral ta' Lumbini, il-pilastru ta' Nigali Sagar (b'iskrizzjoni), u t-tielet pilastru jinsab xi 24 kilometru fil-Punent, il-pilastru ta' Gotihawa (mingħajr iskrizzjoni).
Skavi fit-Tempju ta' Mayadevi fl-2013
[immodifika | immodifika s-sors]Skont Robin Coningham, l-iskavi taħt l-istrutturi tal-brikks eżistenti fit-Tempju ta' Mayadevi f'Lumbini jipprovdu evidenza li kien hemm struttura tal-injam iktar antika taħt il-ħitan ta' santwarju Buddista tal-brikks li nbena matul ir-renju ta' Ashoka (is-seklu 3 Q.K.). Il-konfigurazzjoni tas-santwarju ta' Ashoka ssegwi mill-qrib dik ta' struttura tal-injam iktar bikrija, li jissuġġerixxi kontinwità ta' qima fis-sit.
L-istruttura tal-injam ta' qabel żmien l-imperu Maurya jidher li kienet santwarju ta' siġra antika. Mill-analiżi tad-dati bir-radjukarbonju tal-karbonju mit-toqob fl-arbli tal-injam u mil-luminixxenza stimolata ottikament li tagħti d-dati tal-elementi fil-ħamrija, donnu jiġi ssuġġerit li l-attività umana bdiet f'Lumbini għall-ħabta tal-1000 Q.K.[14] Coningham jiddikjara li s-sit jista' jkun monument Buddist mis-seklu 6 Q.K. Studjużi oħra jiddikjaraw li l-iskavi ma żvelaw xejn li hu Buddista, u jikkonfermaw biss li s-sit huwa iktar antik minn żmien il-Buddha.[15][16]
Żminijietna
[immodifika | immodifika s-sors]Lumbini hija twila 4.8 kilometri u wiesgħa 1.6 kilometru. Is-sit sagru ta' Lumbini huwa kkonfinat minn żona monastika kbira fejn jistgħu jinbnew monasteri biss, u l-ebda ħanut, lukanda jew ristorant. Din iż-żona hija maqsuma f'żona tal-Lvant u oħra tal-Punent. Dik tal-Lvant fiha monasteri tal-Buddiżmu Theravada, filwaqt li dik tal-Punent fiha monasteri tal-Buddiżmu Mahayana u Vajrayana. Hemm kanal twil mimli bl-ilma li jissepara ż-żewġ żoni, b'serje ta' pontijiet bl-arkati tal-brikks li jikkollegaw iż-żewġ naħat fit-tul tagħhom. Hemm servizz ta' dgħajjes sempliċi bil-magna outboard fin-naħa tat-Tramuntana li jipprovdu dawriet turistiċi.
Is-sit sagru ta' Lumbini fih fdalijiet ta' monasteri antiki, siġra Bodhi sagra, għadira antika, il-pilastru ta' Ashoka u t-Tempju ta' Mayadevi, sit li tradizzjonalment jitqies li huwa l-post fejn twieled il-Buddha. Minn kmien filgħodu sa kmieni filgħaxija, il-pellegrini minn pajjiżi differenti jkantaw innijiet u mantri u jagħmlu meditazzjoni fis-sit.
Organizzazzjoni mhux governattiva li jisimha l-Fondazzjoni Samriddhi fl-2013 bdiet taħdem b'mod estensiv fil-qasam tal-edukazzjoni u s-saħħa speċjalment fl-iskejjel tal-gvern ta' żona fejn jgħixu tfal inqas ixxurtjati. Organizzazzjoni mhux governattiva msejħa l-Fondazzjoni għall-Iskambju u l-Kooperazzjoni bejn l-Asja u l-Paċifiku (APECF) u appoġġata mill-President tal-Partit Komunista Unifikat tan-Nepal (Maoist) u l-eks Prim Ministru Prachanda, il-gvern Ċiniż u l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għall-Iżvilupp Industrijali (UNIDO), iffirmat patt biex Lumbini tiġi żviluppata f'"żona ta' żvilupp speċjali" permezz ta' fondi li jammontaw għal $3 biljun.[17] Dan kien proġett konġunt bejn iċ-Ċina u n-NU. Kumitat Direzzjonali Nazzjonali usa' għall-Iżvilupp ta' Lumbini taħt it-tmexxija ta' Pushpa Kamal Dahal ġie ffurmat fis-17 ta' Ottubru 2011.[18] Il-kumitat b'sitt membri kien jinkludi l-mexxej tal-Partit Komunista tan-Nepal (Marxista-Leninista Unifikat), Mangal Siddhi Manandhar, il-mexxej tal-Kungress Nepaliż Minendra Rijal, u l-Ministru għall-Foresti Mohammad Wakil Musalman, fost mexxejja oħra. Il-kumitat ingħata l-awtorità li "jfassal pjan direzzjonali biex Lumbini tiġi żviluppata f'żona paċifika u turistika u jressaq il-proposta", kif ukoll ingħata r-responsabbiltà li jikseb appoġġ internazzjonali għal dan l-għan.[18]
Nipponzan Myohoji ddeċieda li jibni Pagoda tal-Paċi fis-sit fl-2001, li kuljum iżuruha bosta nies minn kulturi u reliġjonijiet differenti.
Peress li xi Induisti jqisu lill-Buddha bħala inkarnazzjoni ta' Vishnu, eluf ta' Induisti bdew jagħmlu pellegrinaġġi lejn Lumbini meta jkun qamar kwinta fix-xahar Nepaliż ta' Baisakh (April-Mejju) biex iqimu lir-Reġina Mayadevi magħrufa bħala Rupa Devi, l-alla omm ta' Lumbini.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Lumbini, il-post fejn twieled il-Buddha, ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[5]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[5]
Fuq ir-rupee Nepaliż
[immodifika | immodifika s-sors]Il-bank ċentrali tan-Nepal introduċa karta tal-flus ta' 100 rupee Nepaliż b'rappreżentazzjoni ta' Lumbini, il-post fejn twieled il-Buddha. Il-Bank Rastra tan-Nepal sostna li l-karta l-ġdida tal-flus kienet se tkun aċċessibbli biss waqt id-Dashain, l-ikbar festival tan-Nepal li jsir lejn Settembru-Ottubru. Ir-rappreżentazzjoni fiha ritratt ta' Mayadevi, omm Gautama Buddha b'lewn fiddieni metalliku fuq in-naħa ta' quddiem tal-karta tal-flus. Il-karta tal-flus fiha wkoll tikka sewda li tgħin lil dawk li huma neqsin mid-dawl jagħrfuha. L-isem tal-bank ċentrali huwa stampat bil-Latin flimkien mad-data tal-istampar kemm bl-Era Kristjana kif ukoll bl-Era Bikram. Il-karta l-ġdida tal-flus inħarġet wara deċiżjoni tal-Kabinett fis-27 ta' Awwissu 2013.[19]
Turiżmu
[immodifika | immodifika s-sors]Trasport
[immodifika | immodifika s-sors]Lumbini tinsab għaxar sigħat bogħod bil-karozza minn Kathmandu u 30 minuta bogħod bil-karozza minn Bhairahawa. L-eqreb ajruport huwa l-Ajruport Gautama Buddha f'Bhairahawa, b'titjiriet 'l hemm u 'l hawn minn Kathmandu u lura.[20]
Ir-raħal Indjan ta' Sonauli fid-distrett ta' Maharajganj, qrib il-fruntiera, jinsab siegħa bogħod bil-karozza minn Lumbini u l-istazzjon ferrovjarju ta' Nautanwa fl-Indja jinsab ftit kilometri 'l bogħod. L-eqreb belt kbira hija Gorakhpur, li tinsab xi 100 kilometru 'il bogħod u xi erba' sigħat bil-karozza minn Lumbini.
Attrazzjonijiet ewlenin
[immodifika | immodifika s-sors]- it-Tempju ta' Maya Devi
- il-Pagoda tal-Paċi Dinjija
- it-Tempju tad-Deheb tal-Myanmar
- il-Pilastru ta' Ashoka
- is-Santwarju tal-Grawwiet ta' Lumbini[21]
Kostruzzjoni ta' lukandi ġodda
[immodifika | immodifika s-sors]L-eqreb ajruport għal Lumbini, jiġifieri, l-Ajruport Gautama f'Bhairahawa, attwalment qed isirlu xogħol ta' mmodernizzar u ta' tkabbir. Huwa mistenni li sal-bidu tal-2022[22], dan l-ajruport domestiku żgħir isir ajruport internazzjonali. Ix-xogħol ta' mmodernizzar tal-ajruport attira lill-investituri u lil-lukandiera, u serje ta' lukandi ġodda qed jinbnew madwar Lumbini, bit-tama li jmorru tajjeb bil-bosta wasliet internazzjonali li huwa mistenni li se jibdew jaslu ladarba jitlestew ix-xogħlijiet fl-ajruport.[23]
Viżitaturi barranin (2012-2014)
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Total |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
2014 | 8,356 | 17,964 | 20,037 | 6,843 | 2,553 | 2,111 | 2,726 | 14,123 | 7,999 | 16,433 | 21,089 | 12,765 | 132,926[24] |
2013 | 9,371 | 17,869 | 22,581 | 7,101 | 3,654 | 3,552 | 3,621 | 9,685 | 7,351 | 13,610 | 16,483 | 10,618 | 125,496[25] |
2012 | 6,591 | 20,045 | 20,519 | 8,295 | 1,316 | 1,366 | 2,651 | 17,924 | 7,955 | 13,099 | 21,740 | 14,566 | 136,067[25] |
Ġemellaġġi
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Cousins, LS (1996). "The Dating of the Historical Buddha: A Review Article". Journal of the Royal Asiatic Society. 6 (1): 57-63.
- ^ Schumann, Hans Wolfgang (2003). The Historical Buddha: The Times, Life, and Teachings of the Founder of Buddhism. Motilal Banarsidass Press. pp. 10-13. ISBN 8120818172.
- ^ Rhys-Davids, T. W. "The Unz Review". The Unz Review. Miġbur 2021-08-04.
- ^ "The Buddha (BC 623-BC 543)". www.booksie.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-04.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Lumbini, the Birthplace of the Lord Buddha". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "World Heritage Committee Inscribes 46 New Sites on World Heritage List". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-04.
- ^ "Kapilavastu - Ancient History Encyclopedia". web.archive.org. 2016-08-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-14. Miġbur 2021-08-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Sen, Dr. A. C. (2008). Buddhist shrines in India. Kolkota: Maha Bodhi Book Agency. p. 24. ISBN 978-81-87032-78-6.
- ^ Paranavitana, S. (April-Ġunju 1962). Rupandehi Pillar Inscription of Asoka, Journal of the American Oriental Society, 82 (2), 163-167.
- ^ a b Hultzsch, E. (1925). Inscriptions of Asoka. Oxford: Clarendon Press, pp. 164-165.
- ^ British Library Online
- ^ The Maha-Bodhi (bl-Ingliż). 1921. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ Le Huu Phuoc, Buddhist Architecture, p. 269.
- ^ Coningham, RAE; Acharya, KP; Strickland, KM; Davis, CE; Manuel, MJ; Simpson, IA; Gilliland, K; Tremblay, J; Kinnaird, TC; Sanderson, DCW (2013). "The earliest Buddhist shrine: excavating the birthplace of the Buddha, Lumbini (Nepal)" (PDF). Antiquity. 87 (338): 1104–23.
- ^ Gombrich, Richard (2013). "Pseudo-discoveries at Lumbini, Oxford Center for Buddhist Studies, Oxford University" (PDF).
- ^ Fogelin, Lars (2 March 2015). An Archaeological History of Indian Buddhism. Oxford University Press. ISBN 978-0-19-994822-2.
- ^ "unidoitpo.org.cn域名过期". web.archive.org. 2018-07-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-07-11. Miġbur 2021-08-04.
- ^ a b "Lumbini Development Committee formed under Dahal's leadership | Top Stories | ekantipur.com". web.archive.org. 2011-12-21. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-12-21. Miġbur 2021-08-04.
- ^ "Buddha's birthplace in Nepal's 100-rupee note – Indistan News". web.archive.org. 2013-12-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-12-02. Miġbur 2021-08-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Lumbini | Welcome Nepal". web.archive.org. 2013-08-17. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-08-17. Miġbur 2021-08-04.
- ^ "Things to do in Lumbini - birthplace of Buddha | Buddha Statues". www.buddha-statues.info (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-04.
- ^ "Tourism Ministry drops plan to name Munich Airport as operator of Bhairahawa airport". kathmandupost.com . Miġbur 2021-08-04.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ "Airport construction triggers hotel boom in Rupandehi". kathmandupost.com . Miġbur 2021-08-04.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ "Nepal Tourism Statistics 2014" (PDF). web.archive.org. 2016-04-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-26. Miġbur 2021-08-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b "Nepal Tourism Statistics 2012-2013" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-09-11. Miġbur 2021-08-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Outcomes during the visit of Prime Minister to Nepal (November 25-27, 2014)". mea.gov.in. Miġbur 2021-08-04.
- ^ "Cáceres y Lumbini rubrican su hermanamiento en un 'día histórico'" (bl-Ispanjol). 2021-04-08. Miġbur 2021-08-04.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Lumbini (Lumbini) |