Aqbeż għall-kontentut

Lenin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Lenin

Vuċi
president of the Council of Labour and Defence of the USSR (en) Translate

17 Lulju 1923 - 21 Jannar 1924 - Lev Kamenev (en) Translate
Chairman of the Council of People's Commissars (en) Translate

6 Lulju 1923 - 21 Jannar 1924 - Alexei Rykov (en) Translate
Member of the Politburo of the CPSU Central Committee (en) Translate

25 Marzu 1919 - 21 Jannar 1924
Member of the Politburo of the CPSU Central Committee (en) Translate

29 Novembru 1917 (Julian) - 25 Marzu 1919
Chairman of the Council of People's Commissars of the Russian SFSR (en) Translate

27 Ottubru 1917 (Julian) - 21 Jannar 1924 - Alexei Rykov (en) Translate
Member of the Politburo of the CPSU Central Committee (en) Translate

10 Ottubru 1917 (Julian) - 23 Ottubru 1917 (Julian)
legal document assistant (en) Translate

3 Settembru 1893 (Julian) -
Ħajja
Isem propju Владимир Ильич Ульянов
Twelid Ulyanovsk, 22 April 1870
Nazzjonalità Unjoni Sovjetika
Imperu Russu
Repubblika Sovjetika Federali Soċjalista Russa
Residenza Podolsk (en) Translate
San Pietruburgu
Moska
Shushenskoe (en) Translate
Schwabing (en) Translate
Londra
L-ewwel lingwa Russu
Mewt Bolshiye Gorki (en) Translate, 21 Jannar 1924
Post tad-dfin Lenin's Mausoleum (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali (emorraġija ċerebrali)
Familja
Missier Ilya Ulyanov
Omm Maria Ulyanova
Konjuga/i Nadezhda Krupskaya (en) Translate  (1898 -  21 Jannar 1924)
Aħwa
Tribù Blank family (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Simbirsk Classical Gymnasium (en) Translate
Kazan Imperial University (en) Translate 1888) : ġurisprudenza
Faculty of Law, Saint Petersburg State University (en) Translate
(1890 - law degree (en) Translate : ġurisprudenza
Lingwi Russu
Franċiż
Ingliż
Ġermaniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
rivoluzzjonarju
kittieb
ekonomista
avukat
ġurnalist
filosofu
teoriku politiku
Tul 165 cm
Post tax-xogħol San Pietruburgu
Moska
Impjegaturi Università Statali ta' San Pietruburgu
Xogħlijiet importanti Imperialism, the Highest Stage of Capitalism (en) Translate
Premjijiet
Influwenzat minn Karl Marx
Friedrich Engels (mul) Translate
Georgi Plekhanov (en) Translate
Alexander Ivanovich Herzen (en) Translate
Georg Wilhelm Friedrich Hegel (mul) Translate
Karl Kautsky
Joseph Dietzgen (mul) Translate
John Atkinson Hobson (en) Translate
Sħubija All-Union Society of Old Bolsheviks (en) Translate
Moviment anti-imperialism (en) Translate
anti-capitalism (en) Translate
Marxism (en) Translate
class struggle (en) Translate
Psewdonomu Ленин, Ильин, Н. Ленин, Старик, К. Тулинu Lenin
Servizz militari
Iġġieldu Rivoluzzjoni Russa
October Revolution (en) Translate
Russian Civil War (en) Translate

Vladimir Ilyich Ulyanov magħruf bħala Lenin (Simbirsk, Russja, 10 ta' April 1870 – Gorki Leninskie, Russja, 21 ta' Jannar 1924) kien rivoluzzjonarju u politiku Russu. Kien Prim Ministru tar-Repubblica Russa bejn l-1917 u l-1918, u tar-Repubblica Soċjalista Federativa Sovjetika Russa sal-1922 u tal-Unjoni Sovjetika sal-1924. Taħtu r-Russja saret Stat Soċjalista b'partit wieħed dak Komunista Sovjetiku.

Fedor Kerenski, missier Aleksandr Kerenski, li iktar tard sar rival politiku tiegħu, kien l-għalliem ta’ Lenin u fih mill-ewwel lemaħ student ta’ intelliġenza straordinarja.

Sfortunatament iż-żgħożija ta’ Lenin ma kenitx ward u żahar. Għadda minn kriżi u tilef il-fidi meta missieru miet ħesrem. Il-karattru ribell issawwar fih meta fl-1887 ħuh il-kbir Aleksandr kien arrestat, akkużat u ġġustizzjat għax allegatament kien parti minn grupp li ppjanaw biex jassassinaw lill-Kżar Alessandru III; il-mewt ta’ ħuh kienet daqqa ta’ ħarta kbira għall-familja Ulyanov.

Fl-istess sena ż-żagħżugħ Lenin daħal l-Università ta’ Kazan fil-Fakultà tal-Liġi imma ma damx ma tkeċċa wara li ġie arrestat għax ħa sehem f’dimostrazzjoni kontra restrizzjonijiet tal-gvern fil-konfront ta’ għaqdiet studenteski. Lenin intbagħat eżiljat fil-villaġġ Tartaru ta’ Kokushkino ma’ membri oħra ta’ familtu.

Kemm dam eżiljat, Lenin studja b’fervur kbir il-kotba ta’ Karl Marx; l-aktar favorit tiegħu kien Das Kapital li fil-fatt kien il-ktieb li ffurmah politikament. Fl-1892 iggradwa fil-liġi u mar jgħix u jaħdem f’San Pietruburgu fejn ukoll issieħeb ma’ gruppi Marxisti u sal-1894 kien imexxi ċirku ta’ ħaddiema Marxisti li kienu jikkritikaw lin-Narodniki għall-ideoloġija dgħajfa u ineffettiva tagħhom.

L-attività politika rivoluzzjonarja reġgħet ġabet lil Lenin fl-inkwiet mas-servizzi sigrieti u din id-darba ġie eżiljat għal tliet snin fis-Siberja. Sena wara fl-1898 iżżewweġ lill-maħbuba tiegħu Nadya Krupskaya, għalliema u attivista Marxista bħalu li kienet ġiet eżiljata ftit qablu. Kif temmew l-eżilju Lenin u Nadya marru l-Ġermanja fejn ma’ oħrajn waqqfu l-gazzetta Iskra (Xrara) bil-għan li jgħaqqdu l-Marxisti Russi u Ewropej.

Fl-1903 seħħet qasma storika fi ħdan il-Partit Soċjal Demokratiku Laburista Russu wara nuqqas ta’ qbil dwar id-direzzjoni politika ta’ dal-partit li anki Lenin kien jagħmel parti minnu; it-twemmin rivoluzzjonajru ta’ Lenin kellu l-maġġoranza tal-membri warajh fl-argumenti tiegħu u minn hemm twieled il-Moviment Bolxevista.

Meta Kżar Nikolai II daħħal ir-Russja fl-Ewwel Gwerra Dinjija tal-1914, il-poplu Russu għall-ewwel wera entużjażmu patrijottiku imma ma damx ma tilef il-fiduċja fi gwerra li ttawlet. Ir-Russja bdiet titlef battalja wara l-oħra u miljuni ta’ suldati tilfu ħajjithom barra li l-iskarsezza u l-ġuħ infirxu bħal ħuġġieġa u l-poplu mġewwaħ xeba’ u beda joħodha kontra l-Kżar u t-tmexxija dgħajfa tiegħu.

Ir-Rivoluzzjoni Russa

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-ħaddiema tal-fabbriki tal-armamenti strajkjaw u s-suldati tefgħu l-azzarin fuq spallithom u abbundaw il-front tal-ġlied; fi Frar tal-1917 faqqgħet l-ewwel rivoluzzjoni tal-poplu f’San Pietruburgu li ġabet fi tmiemhom 300 sena renju tad-dinastija Romanov.

Kżar Nikolai II abdika u twaqqaf il-Gvern Proviżorju b’Alexander Kerensky u eks membri tad-Duma imperjali fit-tmexxija; il-gvern ġdid sab oppożizzjoni immedjata u qawwija mill-kunsilli tal-ħaddiema u l-bdiewi magħrufa bħala Sovjetiċi. Fir-rebbiegħa tal-1917, Lenin irritorna lejn ir-Russja u immedjatament ħadem biex għaqqad is-Sovjetiċi Russi f’moviment rivoluzzjonarju bl-għajta ta’ “Setgħa lis-Sovjetiċi!” Dal-perjodu baqa’ magħruf bħala ż-żmien taż-żewġ gvernijiet.

Il-Gvern Proviżorju żarma s-servizzi sigrieti, neħħa ċ-ċensura minn fuq il-ġurnaliżmu u ħeles il-priġunieri politiċi fosthom iż-żgħażugħ Ġużeppi Stalin. Il-Bolxevisti kkritikaw bl-aħrax lill-Gvern ta’ Kerensky li ma kienx qed jindirizza problemi aktar kbar bħall-gwerra u l-ġuħ. Kerensky ried ikompli l-gwerra u f’Ġunju 1917 ordna offensiva fuq l-għadu Awstrijak li rriżultat f’diżastru mdemmi għar-Russi.

Fir-rabja tiegħu l-poplu Russu dar bi ħġaru mal-Bolxevisti u segwa l-għajta ta’ Lenin ta’ “Paċi, Ħobż u Art lill-Poplu Russu”. Filwaqt li Lenin ħeġġeġ lill-bdiewa jaħtfu l-art agrikola minn idejn is-sidien aristokratiċi, il-Gvern ta’ Kerensky bagħat is-suldati li użaw il-vjolenza fuq il-bdiewa li qabdu u okkupaw biċċa art.

Fl-24 ta’ Ottubru 1917 Lenin kiteb ittra imqanqla lill-membri tal-Kumitat Ċentrali fejn tenna li s-siegħa tar-rivoluzzjoni kienet waslet u bla telf ta’ aktar żmien il-gvern jiġi arrestat. Dik il-lejla stess il-Bolxevisti ħatfu l-istazzjonijiet tal-ferrovija, l-istazzjon tat-telefon u l-bank statali.

L-għada l-folla ċċirkondat il-Palazz Imperjali f’San Pietruburgu fejn kienu moħbijin il-membri tal-Gvern Proviżorju. Il-Kosakki ddefendew il-palazz imma fid-disgħa ta’ billejl il-bastiment tal-Qawwa Navali Russa Aurora fetaħ in-nar fuq il-palazz u kull min kien ġewwa ċeda. Lenin inħatar l-ewwel mexxej tal-Unjoni Sovjetika Russa filwaqt li Alexander Kerensky ħarab mir-Russja u baqa’ jgħix fl-Ewropa u fl-Istati Uniti tal-Amerika sa mewtu fl-1970.