Aqbeż għall-kontentut

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Ġordan

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-Teżor ta' Petra.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Ġordan irratifika l-Konvenzjoni fil-5 ta' Mejju 1975, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

B'kollox il-Ġordan għandu seba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO; sitt siti kulturali u sit imħallat. L-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżlu mill-Ġordan kienu dawk ta' Petra u ta' Quseir Amra fl-1985, filwaqt li l-iżjed sit li tniżżel reċentement mill-Ġordan huwa dak ta' Umm Al-Jimāl fl-2024. Il-Belt Antika ta' Ġerusalemm u l-Ħitan tagħha tniżżlet fl-1981 fuq proposta tal-Ġordan sabiex is-sit jitqies għalih mingħajr assenjazzjoni lill-Palestina jew lil Iżrael.

[4]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[5]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
As-Salt – Post it-Tolleranza u l-Ospitalità Urbana Governorat ta' Balqa,

il-Ġordan 32°02′21″N 35°43′33″E

kulturali: (ii)(iii) 24.68 (61.0) 2021 Stabbilit fuq tliet għoljiet spazjati qrib xulxin fir-reġjun ta' Balqa, As-Salt kien l-insedjament prinċipali max-Xatt tal-Lvant tax-xmara Ġordan li serva bħala ċentru kummerċjali, kulturali u finanzjarju. Il-prosperità tiegħu wasslet għal influss ta' nies mir-reġjun li marru jgħixu f'As-Salt, u ħolqu belt distinta mibnija bil-ġebla tal-ġir safra u bi stili Neo-Kolonjali u tal-Art Nouveau Ewropej flimkien ma' stili tradizzjonali lokali.[6]
Petra Governorat ta' Ma'an,

il-Ġordan 30°19′50″N 35°26′36″E

kulturali:

(i)(iii)(iv)

26,171 (64670) 1985 Il-belt tan-Nabatej ta' Petra kienet ċentru kummerċjali ewlieni bejn l-Arabja, l-Eġittu u s-Sirja/il-Feniċja, famuża għall-arkitettura mħaffra fil-blat kif ukoll għas-sistemi tal-estrazzjoni u tal-inġinerija tal-ilma.[7]
Quseir Amra Governorat ta' Zarqa,

il-Ġordan 31°48′7″N 36°35′9″E

kulturali:

(i)(iii)(iv)

0.0445 (0.101) 1985 Il-kastell tad-deżert ta' Quseir Amra nbena fil-bidu tas-seklu 8, u ntuża kemm bħala fortizza kif ukoll bħala palazz rjali tal-Umajjad. Is-sit huwa magħruf ukoll għall-affreski estensivi tiegħu, li jikkostitwixxu eżempju importanti u uniku ta' arti Iżlamika bikrija.[8]
Um er-Rasas (Kastrom Mefa'a) Governorat ta' Madaba,

il-Ġordan 31°30′6″N 35°55′14″E

kulturali:

(i)(iv)(vi)

24 (59) 2005 Stabbilit bħala kamp militari Ruman, Um er-Rasas kiber u sar insedjament sas-seklu 5, li ġie abitat suċċessivament minn komunitajiet Kristjani u Iżlamiċi. Fil-biċċa l-kbira tiegħu s-sit għadu ma ġiex skavat u fih fdalijiet ta' fortifikazzjonijiet Rumani, ta' knejjes b'artijiet tal-mużajk ippreservati sew, u żewġ torrijiet stiliti.[9]
Żona Protetta ta' Wadi Rum il-Ġordan

29°38′23″N 35°26′02″E

imħallat:

(iii)(v)(vii)

74,180 (183,300) 2005 Iż-Żona Protetta ta' Wadi Rum tinsab fin-Nofsinhar tal-Ġordan u fiha varjetà kbira ta' formazzjonijiet tal-art fid-deżert, inkluż widien tal-ġebel ramli, ħnejjiet naturali, fniedaq, irdumijiet, ċedimenti tal-art u għerien. Is-sit fih ukoll panewijiet estensivi tal-arti fuq il-blat, inċiżjonijiet u fdalijiet arkeoloġiċi, li jixhdu iktar 12,000 sena ta' abitazzjoni umana kontinwa.[10]
Sit tal-Magħmudija tal-"Betanija Lil Hinn mix-Xmara Ġordan" (Al-Maghtas) Ix-xmara Ġordan.

31°50′14″N 35°33′10″E

kulturali:

(iii)(vi)

294 (730) 2015 Al-Maghtas jinsab max-xmara Ġordan u jitqies bħala l-post fejn Ġesù ġie mgħammed minn Ġwanni l-Battista. Huwa sit ta' pellegrinaġġ Kristjan u fih il-fdalijiet ta' knejjes u kappelli Rumani u Biżantini, monasteru, għerien u vaski.[11]
Umm Al-Jimāl kulturali: (iii) 2024 [12]
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Jordan - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  4. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old City of Jerusalem and its Walls". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  5. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "As-Salt - The Place of Tolerance and Urban Hospitality". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Petra". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Quseir Amra". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Um er-Rasas (Kastrom Mefa'a)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Wadi Rum Protected Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Baptism Site “Bethany Beyond the Jordan” (Al-Maghtas)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
  12. ^ "Umm Al-Jimāl". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-30.