Aqbeż għall-kontentut

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji f'Ċipru

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Waħda mill-Knejjes Impittrin fir-Reġjun ta' Troodos

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Ir-Repubblika ta' Ċipru aċċettat il-Konvenzjoni fl-14 ta' Awwissu 1975, u dan wassal biex is-siti indikattivi tagħha jkunu eliġibbli għad-deżinjazzjoni fuq il-lista.[3]

Ċipru għandu tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, u t-tlieta huma siti kulturali. L-ewwel sit li ġie ddeżinjat kien dak ta' Paphos fl-1980. Fl-1985 tniżżlu l-Knejjes Impittrin fir-Reġjun ta' Troodos. In-nominazzjoni oriġinali kienet tinkludi disa' knejjes, iżda fl-2001 żdiedet knisja oħra magħhom. L-iżjed sit reċenti li żdied fil-lista huwa dak ta' Choirokoitia fl-1998 (b'modifika minuri fil-konfini taż-żona ta' lqugħ tas-sit li saret fl-2012).[3] Fl-2010, il-komponenti kollha tat-tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Ċipru ngħataw status imsaħħaħ ta' protezzjoni mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Proprjetajiet Kulturali fil-Każ ta' Kunflitt Armat.[4]

Siti ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1][2]

Sit Ritratt Post (distrett) Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-għażla tal-UNESCO Deskrizzjoni
Paphos A colorful mosaic showing various people. Paphos 1980 iii, vi (kulturali) Il-qima ta' allat tal-fertilità pre-Elleniċi f'Ċipru bdiet fin-Neolitiku fis-sitt millenju Q.K. Paphos kien is-sit b'wieħed mill-eqdem insedjamenti ta' Mycenae. Fis-seklu 12 Q.K., dawn bnew tempju ddedikat lil Afrodite, l-alla femminili tal-imħabba u tas-sbuħija, li jingħad li twieldet fil-gżira, skont il-mitoloġija klassika. Is-sit arkeoloġiku jinkludi l-fdalijiet tal-vilel, tal-palazzi, tal-fortizzi u tal-oqbra mħaffrin fil-blat. Il-vilel kienu mżejna b'mod rikk b'artijiet bil-mużajk, b'motivi li jirrappreżentaw temi mill-mitoloġija u mill-ħajja ta' kuljum. Dan il-mużajk ta' kwalità artistika għolja sar mill-perjodu Ellenistiku sal-perjodu Biżantin.[5]
Knejjes Impittrin fir-Reġjun ta' Troodos Fresco in Pedoulas of Constantine and his mother Limassol u Nikosija 1985 ii, iii, iv (kulturali) Dan is-sit huwa magħmula minn għaxar knejjes u monasteri rurali li nbnew fil-muntanji ta' Troodos bejn is-sekli 11 sa 16. Il-Knisja tal-Verġni Marija ta' Arakos u l-Knisja ta' San Nikola tas-Saqaf, fost l-oħrajn, huma mżejna b'pitturi rikki mal-ħitan. Jiddokumentaw iżjed minn 500 sena ta' pitturi Biżantini u post-Biżantini u jservu bħala eżempji tal-iżvilupp tal-istili b'influwenzi internazzjonali. Oriġinarjament fl-1985 tniżżlu disa' knejjes, u oħra żdiedet fl- 2001, filwaqt li hemm oħra addizzjonali li qed titqies għal estensjoni ulterjuri fil-lista tas-siti indikattivi.[6][7]
Choirokoitia Small white circular huts with flat roof. Larnaca 1998 ii, iii, iv (kulturali) Choirokoitia hija wieħed mill-iżjed siti preistoriċi importanti fil-Lvant tal-Mediterran. Kien okkupat bejn is-seba' u r-raba' millenji Q.K., fil-perjodu Neolitiku. L-insedjament kien jikkonsisti minn djar ċirkolari magħmula bil-brikks tat-tajn u l-ġebel b'soqfa ċatti, u kien protett permezz ta' diversi ħitan suċċessivi. Is-soċjetà agrikola ma kinitx tipproduċi ċ-ċeramika. Fost is-sejbiet kien hemm iż-żnied u għodod magħmulin bl-għadam, fdalijiet tal-annimali u tal-pjanti, reċipjenti tal-ġebel, u figurini antropomorfiċi tal-ġebel (u waħda tat-tafal). Parti biss mis-sit ġie skavat. Modifika minuri fil-konfini taż-żona ta' lqugħ tas-sit saret fl-2012.[8]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-04-02.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ a b "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-04-02.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ a b "Cyprus - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2021-01-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-01-02. Miġbur 2022-04-02.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "Four World Heritage sites in Cyprus and Italy granted "enhanced protection" in the event of armed conflict - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2021-01-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-01-02. Miġbur 2022-04-02.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Paphos". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-02.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Painted Churches in the Troodos Region". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-02.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "25 COM X.B - Decision". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-02.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Choirokoitia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-02.