Knejjes Impittrin fir-Reġjun ta’ Troodos
Il-Knejjes Impittrin fir-Reġjun ta' Troodos fiż-żona muntanjuża ta' Troodos f'nofs il-gżira ta' Ċipru tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1985.[1] Dan is-sit huwa magħmul minn għaxar knejjes u monasteri Biżantini bil-ħitan fuq ġewwa miksijin b'affreski Biżantini u post-Biżantini. L-istil arkitettoniku rurali tal-knejjes u tal-monasteri joħloq kuntrast qawwi mal-livell ta' dekorazzjoni raffinata ferm fuq ġewwa.[1]
Knejjes u Monasteri
[immodifika | immodifika s-sors]L-għaxar knejjes u monasteri mpittrin fir-reġjun ta' Troodos li jiffurmaw parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huma dawn li ġejjin:
- il-Knisja ta' San Nikola tas-Saqaf (Agios Nikolaos tis Stegis) f'Kakopetria
- il-Monasteru ta' San Ġwann (Agios Ioannis Lampadistis) f'Kalopanagiotis
- il-Knisja tal-Verġni Marija ta' Phorviotissa/Asinou (Panagia tis Asinou/Phorviotissa) f'Nikitari
- il-Knisja tal-Verġni Marija ta' Arakos (Panagia tou Arakos) f'Lagoudhera
- il-Knisja tal-Verġni Marija ta' Moutoullas (Panagia tou Moutoullas) f'Moutoullas
- il-Knisja tal-Arkanġlu Mikiel (Panagia Archangelos Michael) f'Pedoulas
- il-Knisja tas-Salib Imqaddes (Panagia Timios Stavros) f'Pelendri
- il-Knisja tal-Verġni Marija ta' Podithou (Panagia tis Podithou) f'Galata
- il-Knisja tas-Salib Imqaddes ta' Agiasmati (Panagia Stavros Agiasmati) f'Platanistasa
- il-Knisja tat-Trasfigurazzjoni tas-Salvatur (Panagia Agia Sotira tou Soteros) f'Palaichori Oreinis
Kodiċi | Isem | Post | Koordinati | Kostruzzjoni | Ritratt minn barra | Ritratt minn ġewwa |
---|---|---|---|---|---|---|
351-001 | Agios Nikolaos tis Stegis | Kakopetria | 34°58′N 32°53′E | seklu 11 | ||
351-002 | Agios Ioannis Lampadistis | Kalopanagiotis | 34°59′N 32°49′E | seklu 11 | ||
351-003 | Panagia tis Asinou
(Panagia Phorviotissa) |
Nikitari | 35°02′N 32°58′E | seklu 12 | ||
351-004 | Panagia tou Arakos | Lagoudera | 34°58′N 33°00′E | seklu 12 | ||
351-005 | Panagia tou Moutoulla | Moutoullas | 34°59′N 32°49′E | seklu 13-14 | ||
351-006 | Archangelos Michail | Pedoulas | 34°58′3.7″N 32°49′51.6″E | seklu 15 | ||
351-007 | Timios Stavros | Pelendri | 34°58′N 33°00′E | seklu 13-15 | ||
351-008 | Panagia tis Podithou | Galata | 35°00′N 32°53′E
u N34 58 0.00 E32 49 0.00 |
seklu 16 | ||
Panagia Theotokos | Galata | seklu 16 | ||||
351-009 | Timios Stavros tou Agiasmati | Platanistasa | 34°58′N 33°02′E | seklu 15 | ||
351-010 | Metamorfosis tou Sotiros
(Agia Sotira) |
Palaichori Oreinis | 34°55′13″N 33°05′45″E | seklu 15 |
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Inizjalment, fl-1985 ġew iddeżinjati disa' knejjes u monasteri mpittrin bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1] Il-Knisja tat-Trasfigurazzjoni tas-Salvatur (Panagia Agia Sotira tou Soteros) f'Palaichori Oreinis żdiedet mal-lista fl-2001 bl-estensjoni tas-sit.[2] Fl-2002, il-Knisja msejħa Panagia Chrysokourdaliotissa f'Kourdali, fi Spilia, tressqet ukoll għal estensjoni ulterjuri potenzjali iżda din baqgħet fil-lista tas-siti indikattivi.[3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Painted Churches in the Troodos Region". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-29.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "25 COM X.B - Decision". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-29.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Church of Panayia Chrysokourdaliotissa, Kourdali (extension to "Painted Churches in the Troodos Region")". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-29.