Mitoloġija Griega
Dehra
Dan l-artiklu dwar il-mitoloġija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-mitoloġija Griega hija ġabra ta' ħrejjef tradizzjonali rrakkontati mill-Griegi l-antiki. Jittrattaw l-impriżi u l-azzjonijiet erojċi tal-allat, nisa u rġiel, tal-eroj u l-erojini, u r-relazzjonijiet tagħhom mal-mortali komuni.
L-għajn li minnha nixxiet
[immodifika | immodifika s-sors]L-għejun diretti li minnhom il-miti Griegi xorbu huma koktejl ta' testi miktuba, skultura u s-sengħa tal-fuħħar b'ħafna tiżjin. L-istejjer kienu jiċċirkolaw minn fomm għal fomm. L-Ilijade u l-Odissea, il-poemi epiċi li huma ġeneralment meqjusa xogħol ta' Omeru (għall-ħabta tas-seklu tmienja jew sebgħa q.K.), jistgħu jiġu identifikati bħala l-ġenesi tal-kisbiet li kellha tagħmel il-letteratura Griega mal-milja taż-żmien, anke jekk dawn, bla dubju ta' xejn, feġġew minn tradizzjoni ta' poeżiji minsuġa oralment.
|