Ilijade

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

L-Ilijade hi ambjentata fl-aħħar sena tal-Gwerra ta' Trojja. Dil-gwerra hija l-plott ċentrali tan-nisġa dwar ir-rabja tal-eroj Grieg Akille wara li l-kap tiegħu, Agamennone, jinsulentah waqt il-gwerra. Akille jitlaq mill-kamp tal-battalja u jħalli lil sħabu jitqabdu mat-Trojjani, li jegħlbuhom aktar minn darba. Il-ħabib tiegħu, Patroklu, li jitqabbad imexxi t-truppi minfloku, waqt taqbida minnhom jisfa maqtul bi ħruxija liema bħalha. Mimli rabja u rimors, Akille jinfexx b’ruħu u b’ġismu kontra t-Trojjani. Biex ipatti għall-kuxjenza tniggżu, joqtol lill-mexxej tagħhom, Ettore, iben ir-re Priamu, fi ġlieda wieħed kontra wieħed.

Il-poema tagħlaq meta Akille jagħti l-kadavru ta’ Ettore lil Priamu għad-difna, bi ftit simpatija mar-re avversarju għaliex it-tnejn ġarrbu t-telfa ta’ persuna għażiża għalihom u ġew wiċċ imb wiċċ mal-mortalità tagħhom.

Ara wkoll: L-Odissea u Omeru.