Pittura

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Mara fit-Tieqa ta' Albert Decker, 1856

Il-pittura hija l-arti li fiha pigmenti jiġu applikati ma' karta, tila, ċeramika, injam jew saħansitra ma' ħajt.[1] Il-proċess bażikament jikkonsisiti f'li jiddellek il-kulur ma' wiċċ. Ir-riżultat ta' dan jaf ikollu l-għan li jimita r-realtà ta' madwarna jew li jirraffigura elementi metafiżiċi jew astratti.[2]

Storja tal-Pittura[immodifika | immodifika s-sors]

Skont il-mitoloġija Griega, il-pittura nibtet f'Delphi. Imma l-eqdem tpinġijiet li nafu bihom instabu fil-Grotta ta' Chauvet fi Franza u aktarx saru mat-32,000 sena ilu.[3] Fihom hemm żwiemel, rinoċeronti, iljuni, bufli u mammutijiet.

Fil-preżent il-pittura hija waħda mill-iktar forom ta' arti magħrufa u apprezzati.

Il-pittura tiġi kklassifikata bħala arti viżiva.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Definition of PAINT". www.merriam-webster.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-13.
  2. ^ Perry, Lincoln (Summer 2014). "The Music of Painting". The American Scholar. 83 (3): 85.
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Decorated Cave of Pont d'Arc, known as Grotte Chauvet-Pont d'Arc, Ardèche". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-13.