Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Palestina
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Palestina rratifikat il-Konvenzjoni fit-8 ta' Diċembru 2011, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox il-Palestina għandha ħames Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u kollha huma siti kulturali. L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżel mill-Palestina kien il-Post tat-Twelid ta' Ġesù: il-Knisja tan-Natività u r-Rotta tal-Pellegrinaġġ, Betlem, fl-2011, filwaqt li l-iżjed sit li tniżżel reċentement huwa l-Monasteru ta' San Ilarjun/Tell Umm Amer fl-2024. Il-Belt Antika ta' Ġerusalemm u l-Ħitan tagħha tniżżlet fl-1981 fuq proposta tal-Ġordan sabiex is-sit jitqies għalih mingħajr assenjazzjoni lill-Palestina jew lil Iżrael.[4]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[5]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Post tat-Twelid ta' Ġesù: il-Knisja tan-Natività u r-Rotta tal-Pellegrinaġġ, Betlem | Governorat ta' Betlem, il-Palestina | kulturali:
(ii)(iii) |
3 (7.4) | 2012 | Is-sit tradizzjonalment jiġi identifikat bħala l-post tat-twelid ta' Ġesù. Il-Knisja tan-Natività, li nbniet fis-seklu 4 u ġiet rikostruwita fis-seklu 6, għandha importanza prominenti kemm għall-Kristjani kif ukoll għall-Musulmani.[6] | |
Palestina: Art taż-Żebbuġ u tal-Vinji – Pajsaġġ Kulturali tan-Nofsinhar ta' Ġerusalemm, Battir | Governorat ta' Betlem,
il-Palestina 31°43′11″N 35°07′50″E / 31.71972°N 35.13056°E |
kulturali:
(iv)(v) |
349 (860) | 2014 | Il-pajsaġġ tal-għoljiet ta' Battir jinkludi raba' mtarraġ bil-ġebel għas-swieq u għall-ġonna tal-produzzjoni taż-żebbuġ u tal-vinji, li jissaqqa permezz ta' sistema tradizzjonali ta' tisqija.[7] | |
Ċentru Storiku ta' Hebron/Al-Khalil | Governorat ta' Hebron, | kulturali:
(ii)(iv)(vi) |
20.6 (51) | 2017 | Il-qalba taċ-ċentru storiku tar-raħal kien is-sit tal-Moskea ta' Al-Ibrahimi u l-qabar tal-Patriarki li nbnew f'kumpless fis-seklu 1 W.K. sabiex jiġu protetti l-oqbra tal-patriarka Abram u tal-familja tiegħu.[8] | |
Ġeriko tal-Qedem: Tell es-Sultan | Governorat ta' Ġeriko, il-Palestina | kulturali:
(iii), (iv) |
— | 2012 | [9] | |
Monasteru ta' San Ilarjun/Tell Umm Amer | Governorat ta' Deir al-Balah, l-Istrixxa ta' Gaża | kulturali: (ii), (iii), (iv) | — | 2024 | L-inħawi ta' Tell Umm Amer, fil-villaġġ ta' Al Nusairat qrib Wadi Gaza, kienu magħrufa l-ewwel bħala Tabatha mill-400 sas-670; għeliem li għadu jeżisti huwa l-Monasteru ta' San Ilarjun, li ngħata isem il-qaddis li twieled hemmhekk u li jitqies bħala l-fundatur tal-monastiċiżmu Palestinjan; il-monasteru nqered fis-614 u qiegħed fi stat ta' fdalijiet.[10] |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Palestine - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old City of Jerusalem and its Walls". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Birthplace of Jesus: Church of the Nativity and the Pilgrimage Route, Bethlehem". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Palestine: Land of Olives and Vines – Cultural Landscape of Southern Jerusalem, Battir". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hebron/Al-Khalil Old Town". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient Jericho/Tell es-Sultan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
- ^ "Saint Hilarion Monastery/ Tell Umm Amer". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-30.