Aqbeż għall-kontentut

Battir

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Battir
 Palestina
Amministrazzjoni
Stat sovranPalestina
Occupied territoryXatt tal-Punent
Governorate of the State of PalestineGovernorat ta' Betlem
Isem uffiċjali בתיר
بتير
Ismijiet oriġinali בתיר
بتير
Ġeografija
Koordinati 31°43′29″N 35°08′12″E / 31.7247°N 35.1367°E / 31.7247; 35.1367Koordinati: 31°43′29″N 35°08′12″E / 31.7247°N 35.1367°E / 31.7247; 35.1367
Battir is located in Stat tal-Palestina
Battir
Battir
Battir (Stat tal-Palestina)
Superfiċjenti 7.40 kilometru kwadru
Għoli 720 m
Demografija
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+2u UTC+3

Battir (bl-Għarbi: بتير) huwa villaġġ Palestinjan fix-Xatt tal-Punent, li jinsab 6.4 km fil-Punent ta' Bethlehem u fil-Lbiċ ta' Ġerusalemm. Fl-2017, il-villaġġ kellu popolazzjoni ta' 4,696 ruħ.[1]

Kien abitat matul il-perjodi Biżantini u Iżlamiċi, u fiċ-ċensimenti Ottomani u tal-Mandat Brittaniku l-popolazzjoni tiegħu ġiet irreġistrata bħala primarjament Musulmana. Fl-imgħoddi, il-villaġġ kien jinsab tul ir-rotta minn Ġerusalemm għal Bayt Jibrin.[2] Battir jinsab ftit 'il fuq mir-rotta moderna tal-linja ferrovjarja Jaffa–Ġerusalemm, li kienet serviet bħala l-linja tal-armistizju bejn Iżrael u l-Ġordan mill-1949 sal-Gwerra tas-Sittin Jum, meta ġiet okkupata minn Iżrael. Fl-2007, Battir kellu popolazzjoni ta' madwar 4,000 ruħ.[3]

Fl-2014, Battir tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, bit-titlu Art taż-Żebbuġ u tal-Vinji — Pajsaġġ Kulturali tan-Nofsinhar ta' Ġerusalemm, Battir.[4]

Żmien il-qedem

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-linja ferrovjarja Jaffa-Ġerusalemm li tgħaddi minn Battir.

Battir inbena lejn il-Grigal ta' Khirbet el-Yahud (bl-Għarbi: خربة اليهود, litteralment "Fdal tal-Lhud"), u huwa sit arkeoloġiku li jinkludi l-fdalijiet ta' Betar tal-qedam.[5] Ilu abitat b'mod kontinwu minn Żmien il-Ħadid sas-seklu 2 W.K., meta r-Rumani qerduh matul ir-rewwixta ta' Bar Kokhba.[6] L-isem Għarbi ta' Battir jippreserva l-isem antik tal-villaġġ.[7][8]

Skont tradizzjoni Lhudija partikolari, il-villaġġ huwa wkoll is-sit fejn hemm il-qabar tal-għaref Tannajku Eleazar ta' Modi'im.[9]

Il-Kalċi ta' Warren jingħad li nstab qrib Battir.[10][11][12]

In-naħa ta' quddiem ta' biljett ferrovjarju użat tal-linja ferrovjarja Jaffa-Ġerusalemm.

Perjodu Biżantin

[immodifika | immodifika s-sors]

Mużajk mill-aħħar tal-perjodu Biżantin jew mill-bidu tal-perjodu Iżlamiku nstab f'Battir.[13]

Perjodu Ottoman

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1596, Battir tfaċċa fir-reġistri tat-taxxa Ottomani bħala villaġġ fin-Nahiya ta' Quds fil-Liwa ta' Quds. Kellu popolazzjoni ta' 24 unità domestika u żewġ għożżieba, kollha kemm huma Musulmani, u kienu jħallsu t-taxxi fuq il-qamħ, l-għelejjel tas-sajf jew is-siġar tal-frott, kif ukoll fuq il-mogħoż jew ix-xehdiet tan-naħal; li kienu jammontaw għal total ta' 4,800 Akçe. Id-dħul kollu kien imur għand Waqf.[14]

In-naħa ta' wara ta' biljett ferrovjarju użat tal-linja ferrovjarja Jaffa-Ġerusalemm.

Fl-1838 ġie mniżżel bħala Bittir, villaġġ Musulman fid-distrett ta' Beni Hasan, fil-Punent ta' Ġerusalemm.[15][16]

L-esploratur Franċiż Victor Guérin żar il-villaġġ fl-1863[17], filwaqt li lista ta' villaġġi Ottamani tal-ħabta tal-1870 indikat li Battir kellu popolazzjoni ta' 239 ruħ li kienu jgħixu f'total ta' 62 dar, għalkemm f'dak il-każ kienu jingħaddu biss l-irġiel. Ġie miktub ukoll li kellu "fawwara sabiħa tnixxi għal ġol-bitħa tal-moskea".[18][19]

Fl-1883, l-Istħarriġ tal-Punent tal-Palestina tal-PEF iddeskriva lil Battir bħala villaġġ b'daqs moderat, fuq xaqliba wieqfa ta' wied fond.[20]

Fl-1896, il-popolazzjoni ta' Bettir ġiet stmata li kienet tammonta għal madwar 750 persuna.[21]

Fis-seklu 20, l-iżvilupp ta' Battir kien marbut mal-pożizzjoni tiegħu tul il-linja ferrovjarja lejn Ġerusalemm, li kienet tagħti aċċess għas-suq kif ukoll għall-introjtu mill-passiġġieri li kienu jinżlu mill-ferrovija biex jistrieħu u biex jieklu fi triqithom lejn Ġerusalemm.[22]

Perjodu tal-Mandat Brittaniku

[immodifika | immodifika s-sors]
Pittura ta' nisa minn Battir sejrin lejn is-suq, 1913.

Fiċ-ċensiment tal-Palestina tal-1922, li twettaq mill-awtoritajiet tal-Mandat Brittaniku, Battir kellu popolazzjoni Musulmana ta' 542 ruħ[23], li żdiedet fiċ-ċensiment tal-1931 għal 758 ruħ; 755 Musulman, żewġ Kristjani u Lhudi, f'172 dar.[24]

Fl-istatistika tal-1945 il-popolazzjoni ta' Battir kienet tlaħħaq l-1,050 ruħ, kollha Musulmani[25], b'total ta' 8,028 dunam ta' art skont stħarriġ uffiċjali tal-art u tal-popolazzjoni.[26] Minn dan l-ammont, 1,805 dunam kienu pjantaġġuni u raba', 2,287 dunam kienu għaċ-ċereali[27], filwaqt li 73 dunam kienu art mibnija (urbana).[28]

Perjodu Ġordanjan

[immodifika | immodifika s-sors]
L-istazzjon ferrovjarju ta' Battir fl-1934.

Matul il-gwerra tal-1948, il-biċċa l-kbira tar-residenti tal-villaġġ ħarbu, iżda Mustafa Hassan u ftit oħra baqgħu hemm. Billejl kienu jixgħelu x-xemgħat fid-djar, u binhar kienu joħorġu l-bhejjem. Meta qorbu lejn il-villaġġ, l-Iżraeljani ħasbu li Battir kien għadu abitat u ma attakkawhx.[29] Il-linja tal-armistizju ġiet stabbilita qrib il-linja ferrovjarja, u Battir spiċċa ftit metri fil-Lvant tal-fruntiera bejn il-Ġordan u Iżrael. Mill-inqas 30 % tal-art ta' Battir jinsab fuq in-naħa ta' Iżrael tal-Linja l-Ħadra, kif ukoll ftit mill-binjiet tal-villaġġ, iżda r-residenti tħallew iżommu l-art bil-patt u l-kundizzjoni li ma jagħmlux ħsara lil-linja ferrovjarja, u b'hekk kienu l-unika Palestinjani li uffiċjalment tħallew jaqsmu f'Iżrael u jaħdmu l-artijiet tagħhom qabel il-Gwerra tas-Sittin Jum.[30] Il-partijiet ta' Battir fuq in-naħa ta' Iżrael tal-Linja l-Ħadra uffiċjalment jagħmlu parti mill-ġurisdizzjoni territorjali tal-Kunsill Reġjonali ta' Mateh Yehuda iżda ma għandhomx kumitat lokali tagħhom stess u l-awtorità tal-Kunsill ma tiġix eżerċitata hemmhekk.

Battir spiċċa taħt amministrazzjoni Ġordanjana wara l-gwerra tal-1948 bejn l-Għarab u Iżrael, u ġie anness mill-Ġordan fl-1950.[31]

Iċ-ċensiment Ġordanjan tal-1961 stabbilixxa li kien hemm 1,321 abitant f'Battir.[32]

Mill-Gwerra tas-Sittin Jum fl-1967 'l hawn, l-istatus ta' Battir inbidel minn okkupazzjoni u annessjoni Ġordanjana għal okkupazzjoni Iżraeljana. Fiċ-ċensiment tal-1967 il-popolazzjoni kienet tammonta għal 1,445 ruħ.[33]

Mill-iffirmar tal-Ftehim ta' Oslo II fl-1995, Battir ġie amministrat mill-Awtorità Nazzjonali Palestinjana (ANP). Kien immexxi minn kunsill tal-villaġġ li attwalment huwa amministrat minn disa' membri maħtura mill-ANP. 23.7 % tal-artijiet tal-villaġġ ġew ikklassifikati bħala Żona B, filwaqt li l-kumplament (76.3 %) ġew ikklassifikati bħala Żona Ċ.[34]

Fl-2007, Battir kellu popolazzjoni ta' 3,967 ruħ, filwaqt li fl-2012 il-popolazzjoni kienet stmata li kienet tlaħħaq madwar 4,500 ruħ.[35]

Ir-raba' mtarraġ antik ta' Battir

Battir jinsab 6.4 km (distanza orizzontali) fil-Majjistral ta' Bethlehem fuq għolja fuq Wadi el-Jundi (litteralment il-"Wied tas-Suldat"), li jinsab fil-Lbiċ tal-għoljiet tal-Ġudea u jibqa' sejjer sal-pjanura kostali. L-Istħarriġ tal-Punent tal-Palestina tal-PEF fl-1883 iddeskriva d-difiżi naturali tal-villaġġ, u sostna li d-djar tiegħu kienu jinsabu fuq raba' mtarraġ bil-blat, b'irdum tal-blat taħthom; u b'hekk mit-Tramuntana l-post kien b'saħħtu ħafna, filwaqt li min-Nofsinhar kien hemm daħla dejqa bejn żewġ irdumijiet ewlenin li tikkollega l-għolja mal-irdum prinċipali. F'altitudni ta' madwar 760 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, is-sjuf ta' Battir ikunu miti, filwaqt li x-xtiewi wkoll ikunu miti b'xi ftit borra okkażjonali. It-temperatura annwali medja hija 16o C.

Sistema tal-irrigazzjoni u raba' mtarraġ antiki

[immodifika | immodifika s-sors]

Battir għandu sistema unika tal-irrigazzjoni li tuża r-raba' mtarraġ imsawwar mill-bniedem (habbai'l) u sistema ta' manipolazzjoni manwali tal-ilma permezz ta' xatbiet żgħar. In-network ta' żmien ir-Rumani għadu jintuża, u huwa alimentat minn seba' fawwariet li ilhom jipprovdu l-ilma ġieri għal 2,000 sena.[36][37] Is-sistema tal-irrigazzjoni tgħaddi minn wied wieqaf ħdejn il-Linja l-Ħadra fejn tpoġġiet sezzjoni tal-Linja Ferrovjarja ta' Hejaz ta' żmien l-Ottomani. Kuljum it-tmien klans prinċipali ta' Battir ipartu lil xulxin biex jisqu l-għelejjel tal-villaġġ. B'hekk hemm qawl lokali li jgħid li f'Battir "ġimgħa fiha tmint ijiem, mhux seba'". Skont l-antropologu Giovanni Sontana mill-UNESCO, "Jekk għad hemm, ma tantx fadal postijiet fir-reġjun tal-madwar fejn għadu jintuża metodu daqstant tradizzjonali tal-agrikoltura, li mhux biss għadu intatt, iżda għadu parti funzjonali tal-villaġġ".[38]

Fl-2007, il-villaġġ ta' Battir ħarrek lill-Ministeru għad-Difiża Iżraeljan sabiex jipprova jobbligah ibiddel ir-rotta ppjanata tal-fruntiera fiżika bejn Iżrael u x-Xatt tal-Punent li kienet tgħaddi minn parti mis-sistema tal-irrigazzjoni ta' Battir li għandha 2,000 sena u li għadha tintuża. L-Awtorità Iżraeljana għan-Natura u l-Parks (INPA), li approvat ir-rotta oriġinali tal-ħajt fl-2005, bidlet fehmitha u kitbet f'dokument ta' politika ta' 13-il paġna li r-raba' mtarraġ ta' Battir kien wirt storiku Iżraeljan ukoll u kellu jiġi ssalvagwardjat kemm jista' jkun b'attenzjoni.[39] Stqarret ukoll li r-raba' mtarraġ madwar Battir, li huwa xhieda ta' metodi ta' biedja fir-reġjun antiki millenji sħaħ, kien se jsirlu ħsara irriversibbli mill-ħajt, tkun kemm tkun dejqa r-rotta. Kienet l-ewwel darba li aġenzija tal-gvern Iżraeljan esprima oppożizzjoni għall-kostruzzjoni ta' segment tal-ħajt li ntuża bħala fruntiera. Dan l-affidavit kien waħda minn erba' opinjonijiet tal-esperti li sostnew li l-ħajt kien se jħarbat is-sistema unika tal-biedja, u fil-bidu ta' Mejju 2013, il-Qorti Suprema Iżraeljana tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Ministeru għad-Difiża jrid jispjega "għaliex ir-rotta tal-fruntiera ta' separazzjoni fiż-żona tal-villaġġ ta' Battir ma kellhiex titneħħa jew tinbidel, jew inkella għaliex ma setgħetx titfassal b'mod ieħor". Il-Ministeru għad-Difiża kellu jippreżenta pjan ġdid għas-sigurtà tal-fruntiera li ma jeqridx lil Battir sat-2 ta' Lulju 2013. Petizzjoni separata kontra l-ħajt ta' separazzjoni tressqet ukoll mill-belt Lhudija fil-qrib ta' Beitar Illit, peress li l-popolazzjoni bdiet tibża' li minħabba f'hekk iktar 'il quddiem ma kinux ikunu jistgħu jespandu l-insedjament.[40]

Fl-2011 l-UNESCO tat premju ta' $15,000 lil Battir għas-"Salvagwardja u l-Ġestjoni tal-Pajsaġġi Kulturali" talli ħa ħsieb ir-raba' mtarraġ u s-sistema tal-irrigazzjoni antiki tiegħu.[41]

F'Mejju 2012, l-Awtorità Nazzjonali Palestinjana bagħtet delegazzjoni fil-kwartieri ġenerali tal-UNESCO f'Pariġi, Franza, biex tiġi diskussa l-possibbiltà li Battir jiżdied fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[4] Il-Viċi Ministru għat-Turiżmu tal-ANP, Hamadan Taha, qal li l-organizzazzjoni trid "tħarsu bħala wirt Palestinjan u dinji", b'mod speċjali r-raba' mtarraġ u s-sistema tal-irrigazzjoni antiki tiegħu. In-nominazzjoni ta' Battir ġiet imblukkata fl-aħħar minuta minħabba li l-preżentazzjoni formali saret tard wisq. F'dokument dwar il-ħsara li tikkawża l-fruntiera fiżika ta' separazzjoni, l-INPA nnutat li "l-isforz tal-ġirien tagħna biex iż-żona ssir Sit ta' Wirt Dinji tpoġġina f'pożizzjoni imbarazzanti, u għalhekk għandna naħdmu flimkien magħhom biex inħarsu l-pajsaġġ".[41]

F'Jannar 2015, skont is-sindku tal-villaġġ Akram Badir, il-Qorti Suprema Iżraeljana rrifjutat it-talba tal-IDF biex tinbena fruntiera fiżika ta' separazzjoni li tgħaddi minn ġol-villaġġ.[42]

Kitba mnaqqxa Rumana li nstabet qrib Battir u li ssemmi l-ħames u l-ħdax-il Leġjun Ruman.

Banju Ruman antik alimentat minn fawwara jinsab f'nofs il-villaġġ ta' Battir. L-arkeologu D. Ussishkin isostni li l-villaġġ imur lura għal Żmien il-Ħadid, u jistqarr li għall-ħabta tar-Rewwixta kien villaġġ ta' bejn elf u elfejn ruħ, li kien intgħażel minn Bar Kochba għall-fawwara tiegħu, għall-pożizzjoni tad-difiża fuq l-għolja, u għall-prossimità tiegħu mar-rotta prinċipali bejn Ġerusalemm u Gaza. Kitba mnaqqxa Rumana ġiet skoperta wkoll ħdejn waħda mill-fawwariet naturali tal-villaġġ, fejn jissemmew il-ħames Leġjun tal-Maċedonja u l-ħdax-il Leġjun Klawdjan, li x'aktarx li kienu ħadu sehem fl-assedju tal-villaġġ matul ir-renju tal-Imperatur Adrijanu.[43]

Ma hemm l-ebda evidenza ta' abitazzjoni fil-perjodu eżatt wara r-Rewwixta.[44]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Battir ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, bit-titlu Art taż-Żebbuġ u tal-Vinji — Pajsaġġ Kulturali tan-Nofsinhar ta' Ġerusalemm, Battir, fl-2014.[4]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[4]

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Barron, J.B., ed. (1923). Palestine: Report and General Abstracts of the Census of 1922. Government of Palestine.
  • Clermont-Ganneau, C.S. (1899). [ARP] Archaeological Researches in Palestine 1873-1874, translated from the French by J. McFarlane. Vol. 1. London: Palestine Exploration Fund.
  • Conder, C.R.; Kitchener, H.H. (1883). The Survey of Western Palestine: Memoirs of the Topography, Orography, Hydrography, and Archaeology. Vol. 3. London: Committee of the Palestine Exploration Fund.
  • Dauphin, C. (1998). La Palestine byzantine, Peuplement et Populations. BAR International Series 726 (in French). Vol. III : Catalogue. Oxford: Archeopress. ISBN 0-860549-05-4.
  • Government of Jordan, Department of Statistics (1964). First Census of Population and Housing. Volume I: Final Tables; General Characteristics of the Population.
  • Government of Palestine, Department of Statistics (1945). Village Statistics, April, 1945.
  • Guérin, V. (1869). Description Géographique, Historique et Archéologique de la Palestine. Judee, Vol 1, pt 2, part 1. Paris, Imprimé par autorisation de l'empereur à l'Impr. impériale.
  • Hadawi, S. (1970). Village Statistics of 1945: A Classification of Land and Area ownership in Palestine. Palestine Liberation Organization Research Centre.
  • Hartmann, M. (1883). "Die Ortschaftenliste des Liwa Jerusalem in dem türkischen Staatskalender für Syrien auf das Jahr 1288 der Flucht (1871)". Zeitschrift des Deutschen Palästina-Vereins. 6: 102–149.
  • Hütteroth, Wolf-Dieter; Abdulfattah, Kamal (1977). Historical Geography of Palestine, Transjordan and Southern Syria in the Late 16th Century. Erlanger Geographische Arbeiten, Sonderband 5. Erlangen, Germany: Vorstand der Fränkischen Geographischen Gesellschaft. ISBN 3-920405-41-2.
  • Mills, E., ed. (1932). Census of Palestine 1931. Population of Villages, Towns and Administrative Areas. Jerusalem: Government of Palestine.
  • Palmer, E.H. (1881). The Survey of Western Palestine: Arabic and English Name Lists Collected During the Survey by Lieutenants Conder and Kitchener, R. E. Transliterated and Explained by E.H. Palmer. Committee of the Palestine Exploration Fund.
  • Robinson, E.; Smith, E. (1841). Biblical Researches in Palestine, Mount Sinai and Arabia Petraea: A Journal of Travels in the year 1838. Vol. 2. Boston: Crocker & Brewster.
  • Schick, C. (1896). "Zur Einwohnerzahl des Bezirks Jerusalem". Zeitschrift des Deutschen Palästina-Vereins. 19: 120–127.
  • Socin, A. (1879). "Alphabetisches Verzeichniss von Ortschaften des Paschalik Jerusalem". Zeitschrift des Deutschen Palästina-Vereins. 2: 135–163.
  1. ^ "State of Palestine: Preliminary Results of the Population, Housing and Establishments Census, p. 76" (PDF). 2017.
  2. ^ "Department of Archaeology - Soundings in Betar, Bar-Kochba's Last Stronghold". www.tau.ac.il. Miġbur 2022-08-13.
  3. ^ "2007 PCBS Census Palestinian Central Bureau of Statistics. p. 116" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2019-04-09. Miġbur 2022-08-13.
  4. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Palestine: Land of Olives and Vines – Cultural Landscape of Southern Jerusalem, Battir". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-13.
  5. ^ Palmer, E.H. (1881). The Survey of Western Palestine: Arabic and English Name Lists Collected During the Survey by Lieutenants Conder and Kitchener, R. E. Transliterated and Explained by E.H. Palmer. Committee of the Palestine Exploration Fund. p. 312.
  6. ^ A. Oppenheimer, Between Rome and Babylon, 2005, 313-9.
  7. ^ Tamén, Conder, Claude R. (1887). Tent Work in Palestine: A Record of Discovery and Adventure (1887 ed.). R. Bentley & Son. p. 143.
  8. ^ K. Singer, Pottery of the Early Roman Period from Betar, Tel Aviv 20, 1993, pp. 98-103.
  9. ^ "אוצר מסעות - יהודה דוד אייזענשטיין (page 346 of 352)". web.archive.org. 2012-10-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-10-02. Miġbur 2022-08-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ WILLIAMS, Dyfri (2015). "A Cantharus from Ancient Betar near Jerusalem (the So-called Warren Cup) and Roman Silver Plate". Babesch. 90: 155–198.
  11. ^ Castaldo, Daniela (2018-03-22). "Musical Themes and Private Art in the Augustan Age". Greek and Roman Musical Studies. 6 (1): 96–114.
  12. ^ Zeichmann, Christopher B. (2020-06-18). "Same-Sex Intercourse Involving Jewish Men 100 BCE–100 CE". Religion and Gender. 10 (1): 13–36.
  13. ^ Dauphin, C. (1998). La Palestine byzantine, Peuplement et Populations. BAR International Series 726 (bil-Franċiż). Vol. III : Catalogue. Oxford: Archeopress. ISBN 0-860549-05-4. p. 911.
  14. ^ Hütteroth, Wolf-Dieter; Abdulfattah, Kamal (1977). Historical Geography of Palestine, Transjordan and Southern Syria in the Late 16th Century. Erlanger Geographische Arbeiten, Sonderband 5. Erlangen, il-Ġermanja: Vorstand der Fränkischen Geographischen Gesellschaft. ISBN 3-920405-41-2. p. 115.
  15. ^ Robinson u Smith, 1841, vol 3, 2nd appendix, p. 123.
  16. ^ Robinson u Smith, 1841, vol 2, pp. 324-325.
  17. ^ Guérin, 1869, p. 387.
  18. ^ Socin, 1879, p. 148.
  19. ^ Hartmann, 1883, p. 122.
  20. ^ Conder u Kitchener, 1883, SWP III, pp. 20-21.
  21. ^ Schick, 1896, p. 125.
  22. ^ Wallach, Bret. "A Window on the West Bank" (PDF).
  23. ^ Barron, 1923, Table VII, Sub-district of Jerusalem, p. 14.
  24. ^ Mills, 1932, p. 37.
  25. ^ Il-Gvern tal-Palestina, id-Dipartiment tal-Istatistika, 1945, p. 24.
  26. ^ Il-Gvern tal-Palestina, id-Dipartiment tal-Istatistika. Village Statistics, April, 1945. Ikkwotat fil-Hadawi, 1970, p. 56.
  27. ^ Il-Gvern tal-Palestina, id-Dipartiment tal-Istatistika. Village Statistics, April, 1945. Ikkwotat fil-Hadawi, 1970, p. 101.
  28. ^ Il-Gvern tal-Palestina, id-Dipartiment tal-Istatistika. Village Statistics, April, 1945. Ikkwotat fil-Hadawi, 1970, p. 151.
  29. ^ Rößler, Hans-Christian; Battir. "Palästinenserdorf Battir: Widerstand durch Denkmalschutz" (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-08-13.
  30. ^ "For First Time, Israeli State Agency Opposes Segment of West Bank Separation Fence" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-13.
  31. ^ "Jordan and the Palestinians". Jordan and the Palestinians:The Creation of the Hashemite Kingdom of Jordan and the Unification of the Two Banks. Contemporain publications. Presses de l’Ifpo. 2013. pp. 230–245. ISBN 9782351594384.
  32. ^ "Statistika. p. 23" (PDF).
  33. ^ "Perlmann, Joel (November 2011 – February 2012). "The 1967 Census of the West Bank and Gaza Strip: A Digitized Version" (PDF). Levy Economics Institute" (PDF).
  34. ^ ""Battir Village Profile" (PDF). The Applied Research Institute – Jerusalem. 2010" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2014-03-17. Miġbur 2022-08-13.
  35. ^ "Palestine readying to propose Battir for UNESCO protection | Maan News Agency". web.archive.org. 2013-05-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-05-17. Miġbur 2022-08-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  36. ^ Kershner, Isabel (2012-06-25). "A Palestinian Village Tries to Protect a Terraced Ancient Wonder of Agriculture" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-13.
  37. ^ "Threatened village proposed as next UNESCO world heritage site | Maan News Agency". web.archive.org. 2012-12-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-12-12. Miġbur 2022-08-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  38. ^ "West Bank barrier threatens villagers' way of life" (bl-Ingliż). 2012-05-10. Miġbur 2022-08-13.
  39. ^ "Land for Peace: The Battle Over Ancient Palestinian Farming Terraces". Tablet Magazine. 2013-06-10. Miġbur 2022-08-13.
  40. ^ "Historic Palestinian village fights Israel's separation wall". RFI (bl-Ingliż). 2013-03-12. Miġbur 2022-08-13.
  41. ^ a b "Historic Palestinian village fights Israel's separation wall". RFI (bl-Ingliż). 2013-03-12. Miġbur 2022-08-13.
  42. ^ "Israeli Supreme Court rules against separation wall in Battir | Maan News Agency". web.archive.org. 2015-01-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-01-09. Miġbur 2022-08-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  43. ^ Clermont-Ganneau, 1899, pp. 463-470.
  44. ^ D. Ussishkin, Soundings in Betar, Bar-Kochba's Last Stronghold, Journal of the Institute of Archaeology of Tel Aviv University, 20, 1993, pp. 66-97.
  45. ^ "Reports from delegations concerning their visits to Palestinian communities". web.archive.org. 2007-09-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-27. Miġbur 2022-08-13.