Imperu Ottoman

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Imperu Ottoman
دولت عليهٔ عثمانیه
Devlet-i Âliyye-i Osmâniyye
Bandiera Emblema
1299-1923
Ottoman empire.svg Espansjoni tal-Imperu Ottoman bejn l-1481 u l-1683 (esklużi l-Alġerija, Sudan, Hejaz, Asir u l-Jemen)
Kapitali Söğüt (1299–1309)
Yarhisar (1309-1314)
İnegöl (1314-1326)
Bursa (1326–1365)
Adrianople (1365–1453)
Kostantinopli (1453–1922)
Gvern Monarkija assoluta
(1299-1876)
(1878-1908)
(1918-1922)
Monarkija kostituzzjonali
(1876-1878)
(1908-1918)
Erja
 -1683
 -1914:

5,200,000 km² (2,007,731 mi kw)
1,800,000 km² (694,984 mi kw)
Popolazzjoni
 -1856 est.
 -1906 est.
 -1912 est.

35,350,000
20,884,000
24,000,000
Munita Akçe, Para, Kuruş, Lira, Sultanî
Preċedut minn Byzantine imperial flag, 14th century.svg Imperu Biżantin
u diversi pajjiżi oħra
Suċċessut minn Ottoman flag alternative 2.svg Gvern tal-Gran Assemblea Nazzjonali
u diversi pajjiżi oħra
Pajjiżi llum Flag of Abkhazia.svg Abkażja (de facto)
Flag of Albania.svg Albanija
Flag of Algeria.svg Alġerija
Flag of Saudi Arabia.svg Arabja Sawdija
Flag of Armenia.svg Armenja
Flag of Azerbaijan.svg Ażerbajġan
Flag of Bahrain.svg Baħrejn
Flag of Bosnia and Herzegovina.svg Bożnija u Ħerżegovina
Flag of Bulgaria.svg Bulgarija
Flag of Cyprus.svg Ċipru
Flag of the Turkish Republic of Northern Cyprus.svg Ċipru ta' Fuq (de facto)
Flag of Egypt.svg Eġittu
Flag of the United Arab Emirates.svg Emirati Għarab Magħquda
Flag of Eritrea.svg Eritrea
Flag of Georgia.svg Ġeorġja
Flag of Jordan.svg Ġordan
Flag of Greece.svg Greċja
Flag of Iran.svg Iran
Flag of Iraq.svg Iraq
Flag of Israel.svg Iżrael
Flag of Yemen.svg Jemen
Flag of Kosovo.svg Kosovo (de facto)
Flag of Croatia.svg Kroazja
Flag of Kuwait.svg Kuwajt
Flag of Lebanon.svg Libanu
Flag of Libya.svg Libja
Flag of Macedonia.svg Repubblika tal-Maċedonja
Flag of Moldova.svg Moldova
Flag of Montenegro.svg Montenegro
Flag of Nagorno-Karabakh.svg Repubblika Nagorno-Karabakh (de facto)
Flag of Oman.svg Oman
Flag of South Ossetia.svg Ossezja t'Isfel (de facto)
Flag of Palestine.svg Palestina
Flag of Qatar.svg Qatar
Flag of Romania.svg Rumanija
Flag of Russia.svg Russja
Flag of Serbia.svg Serbja
Flag of Syria.svg Sirja
Flag of Slovakia.svg Slovakkja
Flag of Slovenia.svg Slovenja
Flag of Somalia.svg Somalja
Flag of Sudan.svg Sudan
Flag of Tunisia.svg Tuneżija
Flag of Transnistria.svg Transnistrija (de facto)
Flag of Turkey.svg Turkija
Flag of Ukraine.svg Ukraina
Flag of Hungary.svg Ungerija

L-Imperu Ottoman kien poter li kien jeżerċita saħħtu max-xtut tal-Baħar Mediterran li beda jeżisti fl-1281 (jew 1299) sal-1923. kien wieħed mill-ikbar Imperi li qatt dehru fuq wiċċ id-dinja, u, meta kien b'saħħtu, kien jinkludi t-Turkija, il-Lvant Nofsani, l-Afrika ta' Fuq u l-Balkani. Ġie fondat minn tribu ta' Torok Oghuz fil-Punent tat-Turkija, u kien immexxi mid- dinastija Osmanlı, dixxendenti minn dawn it-Torok.

F'ċirkli diplomatiċi, l-Imperu kien jissejjaħ la Sublime Porte jew sempliċement Porte, dderivat mit-traduzzjoni franċiża tat-terminu Bâb-i-âlî, li tfisser "il-bieb l-għolja", minħabba ċ-ċerimonji ta' merħba lill-ambaxxaturi barranin mill-bieb tal-Palazz Imperjali Topkapi. Ġieli jiġi interpretat bħala riferenza għal qagħda tan-nazzjon u speċjalment tal-kapitali Istanbul; filfatt l-Imperu kien jidher bħala l-bieb bejn l-Ewropa u l-Asja. Fi żmienu, l-Imperu Ottoman kien jissejjaħ ukoll l-Imperu Tork jew it-Turkija minn barranin Ewropej, però l-isem tal-pajjiż ta' llum m'ghandux jitħawwad ma' ta' l-Imperu Ottoman.

L-Imperu twaqqaf minn Osman I, bl-Għarbi ʿUthmān b'hekk l-isem tal-Imperu. Fis-Seklu XVI u s-Seklu XVII, l-Ottomani kellhom wieħed mill-iktar imperi kbar u b'saħħitom fid-dinja, u xi pajjiżi Ewropej bdew iħossuhom skomdi minħabba l-avvanzi tagħhom fil-Balkani. Però l-Ottomani twaqqfu fl-Assedju ta' Malta, fil-Battalja ta' Lepanto u f'dik ta' Vjenna.

Fl-1453, l-aħħar fdal tal-Imperu Biżantin sfaxxa meta Kostantinopli saret il-kapitali Ottomana bl-isem ta' Istanbul. Mill-1517 'il quddiem, is-Sultan Ottoman kien ukoll Kaliff tal-Islam, u l-Imperu Ottoman mill-1517 sa l-1922 (jew 1924) kien sinonimu mal-Kaliffat, l-Istat Islamiku.

Wara l-Ewwel gwerra dinjija, fl-istess gwerra li parti kbira tal-Imperu waqa' f'idejn l-Alleati, filwaqt li l-istat Ottoman kien f'taħwid kbir, xi nazzjonalisti Torok, ħafna kienu uffiċjali għolja fil-militar, waqqfu l-istat Tork permezz tal-gwerra tal-Indipendenza Torka, kontinwazzjoni tal-gwerra bejn il-Griegi u t-Torok, il-maġġoranza fuq art li saret Torka fit-Trattat ta' Lausanne.