Aqbeż għall-kontentut

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Georgia

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Monasteru ta' Jvari minn ġewwa, Mtskheta.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Georgia rratifikat il-Konvenzjoni fl-4 ta' Novembru 1992, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

Mill-2020, il-Georgia għandha erba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel żewġ siti tal-Georgia li tniżżlu fil-lista kienu l-Monumenti Storiċi ta' Mtskheta u s-sit magħmul mill-Katidral ta' Bagrati u l-Monasteru ta' Gelati, fl-1994. Madankollu, minħabba rikostruzzjoni kbira għad-detriment tal-integrità u tal-awtentiċità tas-sit, il-Katridral ta' Bagrati tqiegħed fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-Periklu fl-2010 u mbagħad tneħħa mil-lista fl-2017. In-Naħa ta' Fuq ta' Svaneti tniżżlet fl-1996 u l-iżjed sit reċenti li żdied huma l-Foresti Tropikali u l-Artijiet Mistagħdra Kolkiċi fl-2021. Dan tal-aħħar huwa l-unika Sit ta' Wirt Dinji naturali tal-Georgia, filwaqt li t-tlietal-oħra huma siti kulturali.

Siti ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Stampa Post Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-Għażla Deskrizzjoni
Monumenti Storiċi ta' Mtskheta Church on a top of the hill Mtskheta-Mtianeti 1994 iii, iv (kulturali) Mtskheta kienet il-belt kapitali tal-Georgia mis-seklu 3 Q.K. sas-seklu 5 W.K., u għadha ċ-ċentru tal-Knisja Ortodossa tal-Georgia. Kienet il-post fejn il-Kristjaneżmu ġie pproklamat bħala r-reliġjon uffiċjali tal-Georgia fit-337. Il-Monasteru ta' Jvari (fl-istampa) imur lura għas-seklu 6 filwaqt li l-Katidral ta' Svetitskhoveli u l-Monasteru ta' Samtavro nbnew fis-seklu 11 fuq is-sit ta' knejjes iktar bikrin. Il-monumenti jirrappreżentaw stadji differenti fl-iżvilupp tal-arkitettura reliġjuża Medjevali fir-reġjun.[5]
Monasteru ta' Gelati Two church buildings in stone Imereti 1994 iv (kulturali) Il-Monasteru ta' Gelati, kapulavur tal-Epoka tad-Deheb tal-Georgia, inbena fl-1106 mir-Re David IV u kien wieħed miċ-ċentri intellettwali u kulturali prinċipali fil-Georgia matul il-Medju Evu kollu. Kellu Akkademja li impjegat uħud mill-iżjed xjenzati, teologi u filosfi famużi tal-Georgia, li ħafna minnhom kienu attivi f'diversi monasteri Ortodrossi barra mill-pajjiż, bħal mill-Akkademja Mangana f'Kostantinopli. Inizjalment, is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO kien jinkludi wkoll il-Katidral ta' Bagrati. Bejn l-2010 u l-2017, dan tniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu minħabba li sarlu rikostruzzjoni kbira għad-detriment tal-integrità u tal-awtentiċità tiegħu. Fl-2017, il-Katidral ta' Bagrati tneħħa mil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u l-Monasteru ta' Gelati tneħħa mil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-perikli.[6]
In-Naħa ta' Fuq ta' Svaneti Stone towers in a mountain landscape Samegrelo-Zemo Svaneti 1996 iv, v (kulturali) In-Naħa ta' Fuq ta' Svaneti hija wied tul ix-xmara Enguri bejn il-Kawkasu u l-Katina Muntanjuża ta' Svaneti. Il-komunitajiet Svan adattaw għall-ħajja fir-reġjuni muntanjużi. L-iżjed karatteristika arkitettonika prominenti tal-villaġġi huma t-torrijiet Medjevali tal-ġebel li kellhom funzjonijiet kemm difensivi kif ukoll residenzjali. Iktar minn 200 torri residenzjali ġew ippreservati fil-villaġġ ta' Chazhashi.[7]
Foresti Tropikali u Artijiet Mistagħdra Kolkiċi Forest and river from above Samegrelo-Zemo Svaneti, Guria, Adjara 2021 ix, x (naturali) Ir-reġjun kostali tal-Georgia (ir-reġjun storiku ta' Kolkis) huwa miksi minn artijiet mistagħdra, foresti, torbiera mistagħdra, lagi, u għaram tar-ramel. Xi żoni huma protetti bħala siti Ramsar. Dawn huma postijiet importanti għall-bijodiversità u jservu bħala punt ta' waqfa tul ir-rotot tal-passa ta' għasafar bħaċ-ċikonja sewda, il-grawwi, u r-russett abjad. Is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huwa magħmul minn seba' komponenti: Kintrishi-Mtirala u Ispani f'Adjara, Grigoleti u Imnati f'Guria, u Pitshora, Nabada, u Churia f'Samegrelo-Zemo Svaneti. Dawn jiġu amministrati fil-Georgia bħala partijiet mill-Park Nazzjonali ta' Kolkheti (fl-istampa), mir-Riżerva Naturali Stretta ta' Kintrishi, miż-Żoni Protetti ta' Kobuleti, u mill-Park Nazzjonali ta' Mtirala.[8]
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Georgia - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2021-03-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-01-30. Miġbur 2023-08-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historical Monuments of Mtskheta". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-27.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Gelati Monastery". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-27.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Upper Svaneti". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-27.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Colchic Rainforests and Wetlands". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-27.