Aqbeż għall-kontentut

Jaipur

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jaipur
 Indja
Amministrazzjoni
PajjiżIndja
State of IndiaRajasthan
Division of Rajasthandiviżjoni ta' Jaipur
District of Indiadistrett ta' Jaipur
Kap tal-Gvern Ashok Parnami (en) Translate
Isem uffiċjali जयपुर
Jaipur
Ismijiet oriġinali जयपुर
Kodiċi postali 302001
Ġeografija
Koordinati 26°55′N 75°52′E / 26.92°N 75.87°E / 26.92; 75.87Koordinati: 26°55′N 75°52′E / 26.92°N 75.87°E / 26.92; 75.87
Jaipur is located in India
Jaipur
Jaipur
Jaipur (India)
Superfiċjenti 467 kilometru kwadru, 2,185 hectare, 710 hectare, 2,205 hectare
Għoli 431 m
Demografija
Popolazzjoni 3,073,350 abitanti (2011)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1727
Kodiċi tat-telefon 141
Żona tal-Ħin UTC+5:30
bliet ġemellati Calgary, Fremont, Dodoma, Port Louisu Lagos
jaipurmc.org

Jaipur (pronunzjata: /ˈdʒaɪpʊər/[1][2][3]; bil-Ħindi: Jayapura), li qabel kienet imsejħa Jeypore, hija l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-istat Indjan ta' Rajasthan. Fl-2011 il-belt kellha popolazzjoni ta' 3.1 miljun ruħ, u b'hekk kienet l-għaxar l-iktar belt popolata fil-pajjiż. Jaipur hija magħrufa wkoll bħala l-"Belt ir-Roża", minħabba l-kulur dominanti tal-binjiet tal-belt. Hija magħrufa wkoll bħala l-"Pariġi tal-Indja", u C. V. Raman sejħilha l-"Gżira tal-Glorja". Tinsab 268 kilometru (167 mil) mill-belt kapitali nazzjonali New Delhi. Jaipur ġiet stabbilita fl-1727 mill-mexxej Kachhwaha Rajput, Jai Singh II[4][5], il-mexxej ta' Amer, li għalih issemmiet il-belt. Hija waħda mill-iżjed bliet ippjanati bikrin tal-Indja moderna, u ġiet iddisinjata minn Vidyadhar Bhattacharya. Matul il-perjodu kolonjali Brittaniku, il-belt serviet bħala l-belt kapitali tal-istat ta' Jaipur. Wara l-indipendenza fl-1947, Jaipur saret il-belt kapitali tal-istat iffurmat ġdid ta' Rajasthan.

Jaipur hija destinazzjoni turistika popolari fl-Indja u tifforma parti miċ-ċirkwit turistiku magħruf bħala t-Triangolu tad-Deheb tal-Punent, flimkien ma' Delhi u Agra (240 km, 149 mil).[6] Tintuża wkoll bħala l-punt ta' wasla biex imbagħad wieħed jasal għal destinazzjonijiet turistiċi oħra fir-Rajasthan, fosthom Jodhpur (348 km, 216 mil), Jaisalmer (571 km, 355 mil), Bharatpur (186 km, 116 mil), Udaipur (421 km, 262 mil), Kota (252 km, 156 mil) u l-Muntanja Abu (520 km, 323 mil).

Fis-6 ta' Lulju 2019, il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO niżżel lil Jaipur, il-"Belt Roża tal-Indja", fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[7][8] Fil-belt hemm ukoll żewġ Siti ta' Wirt Dinji oħra, jew komponenti minnhom, li huma l-Forti ta' Amer[9] u l-Jantar Mantar.[10]

Jai Singh II, il-fundatur ta' Jaipur.

Il-belt ta' Jaipur ġiet stabbilita mir-Re ta' Amer, il-Maharaja Sawai Jai Singh II, fit-18 ta' Novembru 1727, li rrenja mill-1699 sal-1743. Huwa ppjana li jittrasferixxi l-belt kapitali tiegħu minn Amer, 11-il kilometru (7 mili) għal Jaipur sabiex jakkomoda l-popolazzjoni li kienet qed tikber u biex jagħmel tajjeb għall-problema tal-iskarsezza tal-ilma.[11] Jai Singh ikkonsulta diversi kotba dwar l-arkitettura u lil diversi arkitetti fl-ippjanar tal-pjanta ta' Jaipur. Taħt il-gwida arkitettonika ta' Vidyadhar Bhattacharya, Jaipur ġiet ippjanata abbażi tal-prinċipji ta' Vastu Shastra u ta' Shilpa Shastra.[12] Il-kostruzzjoni tal-belt bdiet fl-1726 u fi żmien erba' snin tlestew it-toroq, l-uffiċċji u l-palazzi ewlenin. Il-belt ġiet maqsuma f'disa' blokok, u tnejn minnhom kien fihom il-binjiet u l-palazzi statali, filwaqt li l-kumplament ġew allokati lill-pubbliku. Inbnew swar enormi b'seba' daħliet iffortifikati.

Matul ir-renju ta' Sawai Ram Singh I, il-belt ġiet miżbugħa roża sabiex tagħti merħba lil Albert Edward, il-Prinċep ta' Wales (li iktar 'il quddiem sar il-Maestà Tiegħu r-Re Dwardu VII, l-Imperatur tal-Indja), fl-1876.[13] Ħafna mit-toroq prinċipali baqgħu miżbugħin roża u b'hekk il-belt ta' Jaipur żammet id-dehra distintiva tagħha u baqgħet tissejjaħ il-"Belt ir-Roża".[14]

Fis-seklu 19, il-belt kibret b'mod rapidu u sal-1900 kellha popolazzjoni ta' 160,000 ruħ. It-toroq kbar u wesgħin ġew pavimentati u l-industriji ewlenin tal-belt kienu l-produzzjoni tal-oġġetti tal-metall u tal-irħam, bis-saħħa tal-iskola tal-arti stabbilita fl-1868. Il-belt kellha tliet kulleġġi, inkluż kulleġġ tas-Sanskrit (1865) u skola tal-bniet (1867) li nfetħu matul ir-renju tal-Maharaja Ram Singh II.[15][16]

Żoni kbar tal-belt, inkluż l-ajruport, esperjenzaw għargħar f'Awwissu 1981, li wassal għall-mewt ta' tmienja min-nies u bosta ħsarat fix-xmara Dravyavati.[17] L-għargħar ġie kkawżat minn tlett ijiem ta' xita qliel, b'iktar xita f'dawk il-jiem mill-medja annwali.[18]

Jaipur għandha klima semiarida sħuna influwenzata bil-monsuni (BSh skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen), bi sjuf twal u estremament sħan u bi xtiewi qosra u relattivament sħan. Il-preċipitazzjoni annwali taqbeż it-63 cm, u tinżel l-iktar f'Lulju u f'Awwissu minħabba l-monsuni. Din twassal biex it-temperaturi medji f'dawn ix-xahrejn jitbaxxew meta mqabbla ma' Mejju u ma' Ġunju li jkunu iktar nexfin. Matul l-istaġun tal-monsuni, spiss tinżel xita qliel u jkun hemm maltempati bir-ragħad, għalkemm ma tantx ikun hemm għargħar. L-ogħla temperatura li qatt ġiet irreġistrata kienet 49.0 °C (120.2 °F) fit-23 ta' Mejju 1994. It-temperatura medja tal-belt normalment tkun taħt l-20 °C jew it-68 °F bejn Diċembru u Frar. Dawn ix-xhur ikunu miti, nexfin u pjaċevoli, għalkemm xi kultant ikunu kesħin. L-iżjed temperatura baxxa li qatt ġiet irreġistrata kienet −2.2 °C (28.0 °F) fil-31 ta' Jannar 1905 u fl-1 ta' Frar 1905. Jaipur, bħal bosta bliet kbar oħra fid-dinja, hija żona sħuna urbana sinifikanti, b'temperaturi rurali fil-madwar li qajla jinżlu taħt it-temperatura tal-iffriżar fix-xtiewi.[19]

Data klimatika għal Jaipur (l-Ajruport Internazzjonali ta' Jaipur) 1981-2010, estremi 1952–2012
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 31.7

(89.1)

36.7

(98.1)

42.8

(109.0)

44.9

(112.8)

49.0

(120.2)

47.2

(117.0)

46.7

(116.1)

41.7

(107.1)

41.7

(107.1)

40.0

(104.0)

36.4

(97.5)

32.0

(89.6)

49.0

(120.2)

Temp. massima medja f'°C (°F) 27.2

(81.0)

31.4

(88.5)

37.1

(98.8)

41.9

(107.4)

44.3

(111.7)

43.7

(110.7)

39.4

(102.9)

36.1

(97.0)

37.5

(99.5)

36.9

(98.4)

33.1

(91.6)

28.3

(82.9)

44.8

(112.6)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 22.6

(72.7)

25.7

(78.3)

31.6

(88.9)

37.4

(99.3)

40.7

(105.3)

39.6

(103.3)

34.6

(94.3)

32.7

(90.9)

34.2

(93.6)

33.8

(92.8)

29.3

(84.7)

24.5

(76.1)

32.2

(90.0)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 8.6

(47.5)

11.4

(52.5)

16.8

(62.2)

22.2

(72.0)

26.5

(79.7)

27.7

(81.9)

26.1

(79.0)

24.8

(76.6)

23.6

(74.5)

19.6

(67.3)

14.0

(57.2)

9.5

(49.1)

19.2

(66.6)

Temp. minima medja f'°C (°F) 3.8

(38.8)

6.1

(43.0)

11.3

(52.3)

16.7

(62.1)

20.9

(69.6)

22.2

(72.0)

23.1

(73.6)

22.3

(72.1)

20.8

(69.4)

15.2

(59.4)

9.1

(48.4)

4.8

(40.6)

3.5

(38.3)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −2.2

(28.0)

−2.2

(28.0)

3.3

(37.9)

9.4

(48.9)

15.6

(60.1)

18.4

(65.1)

20.6

(69.1)

18.9

(66.0)

15.0

(59.0)

11.1

(52.0)

3.3

(37.9)

0.0

(32.0)

−2.2

(28.0)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 5.5

(0.22)

4.9

(0.19)

4.2

(0.17)

8.2

(0.32)

18.7

(0.74)

68.8

(2.71)

220.8

(8.69)

194.8

(7.67)

71.4

(2.81)

20.1

(0.79)

5.3

(0.21)

3.8

(0.15)

626.5

(24.67)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni 0.6 0.9 0.7 0.9 1.3 4.2 9.4 9.8 4.8 1.2 0.2 0.3 34.3
Umdità relattiva medja (%) (fil-17:30 IST) 37 29 21 17 19 33 60 67 50 31 34 39 36
Temp. medja bl-indewwa f'°C (°F) 6

(43)

7

(45)

7

(45)

8

(46)

12

(54)

19

(66)

24

(75)

24

(75)

21

(70)

13

(55)

9

(48)

6

(43)

13

(55)

Indiċi medju tal-ultravjola 5 7 9 11 12 12 12 12 10 8 6 5 9.1
Sors 1: India Meteorological Department (2005-2015)[20][21]
Sors 2: Weather Atlas[22]
Popolazzjoni Storika
Sena Pop. ±%
1881 142,600 —    
1891 158,900 +11.4 %
1901 160,000 +0.7 %
1911 137,100 −14.3 %
1921 120,200 −12.3 %
1931 144,200 +20.0 %
1941 175,800 +21.9 %
1951 291,000 +65.5 %
1961 403,400 +38.6 %
1968 533,200 +32.2 %
1971 636,800 +19.4 %
1981 1,004,700 +57.8 %
1991 1,518,200 +51.1 %
2001 2,322,575 +53.0 %
2011 3,073,350 +32.3 %
Sors: Iċ-Ċensiment tal-Indja[23]

Skont ir-rapport proviżorju taċ-ċensiment tal-2011, il-belt ta' Jaipur kellha popolazzjoni ta' 3,073,350 ruħ. Ir-rata kumplessiva tal-litteriżmu għall-belt kienet ta' 84.34 %. 90.61 % tal-irġiel u 77.41 % tan-nisa kienu litterati. Il-proporzjon tal-ġeneri kien ta' 898 mara għal kull 1,000 raġel u l-proporzjon tal-ġeneri fost it-tfal kien ta' 854 għal kull 1,000. Madankollu, huwa mistenni li l-popolazzjoni tal-belt tikber sa madwar 3.91 miljun ruħ.[24]

Il-lingwi uffiċjali ta' Jaipur huma l-Ħindi u l-Ingliż. Id-djalett nattiv u prinċipali tal-belt hu d-Dhundari. Id-djaletti Marwari u Ħindi Standard huma mitkellma wkoll.[25]

Reliġjonijiet fil-belt ta' Jaipur (2011)
Reliġjon Perċentwal(%)
Induiżmu 77.9 %
Iżlam 18.6 %
Ġainiżmu 2.4 %
Oħrajn 1.2 %

Skont iċ-ċensiment tal-2011, il-grupp reliġjuż tal-maġġoranza, b'saħansitra 77.9 % tal-popolazzjoni tal-belt, huwa l-Induiżmu, segwit bl-Iżlam (18,6 %), il-Ġainiżmu (2.4 %) u oħrajn (1.2 %).[26]

  1. ^ "Imperial Gazetteer2 of India, Volume 13, page 399 -- Imperial Gazetteer of India -- Digital South Asia Library". dsal.uchicago.edu. Miġbur 2022-11-17.
  2. ^ "Definition of Jaipur | Dictionary.com". www.dictionary.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-17.
  3. ^ Jaipur. Miġbur 2022-11-17.
  4. ^ Sen, Sailendra Nath (2007). Textbook of Indian History and Culture. New Delhi: MACMILLAN. p. 167. ISBN 978-1-4039-3200-6.
  5. ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Jaipur" . Encyclopædia Britannica. Vol. 15 (11th ed.). Cambridge University Press. pp. 128–129.
  6. ^ "The Complete Guide To: India's Golden Triangle". The Independent (bl-Ingliż). 2007-02-03. Miġbur 2022-11-17.
  7. ^ "Seven cultural sites inscribed on UNESCO's World Heritage List | UNESCO". www.unesco.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-17.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Jaipur City, Rajasthan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-17.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hill Forts of Rajasthan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-17.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Jantar Mantar, Jaipur". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-17.
  11. ^ "History". web.archive.org. 2015-11-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-11-03. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  12. ^ "Jaipur". web.archive.org. 2011-07-17. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-17. Miġbur 2022-11-18.
  13. ^ "History of Jaipur - Lonely Planet Travel Information". web.archive.org. 2016-06-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-01. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  14. ^ "BBC - History - Edward VII: The First Constitutional Monarch". web.archive.org. 2007-06-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-06-26. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  15. ^ "Imperial Gazetteer2 of India, Volume 13, page 399 -- Imperial Gazetteer of India -- Digital South Asia Library". web.archive.org. 2010-05-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-05-26. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  16. ^ "Imperial Gazetteer2 of India, Volume 13, page 382 -- Imperial Gazetteer of India -- Digital South Asia Library". web.archive.org. 2015-11-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-11-15. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  17. ^ "Rejuvenation of Amanishah Nallah including Area Development" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-02-01. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  18. ^ Jain, Sharad K.; Agarwal, Pushpendra K.; Singh, Vijay P. (2007). Hydrology and Water Resources of India. Springer Science & Business Media. p. 883. ISBN 978-1-4020-5180-7.
  19. ^ "World Weather Information Service - Jaipur". web.archive.org. 2009-11-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-11-28. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  20. ^ "IMD" (PDF). web.archive.org. 2020-02-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-02-05. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  21. ^ "IMD - CDSP". cdsp.imdpune.gov.in. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-09-02. Miġbur 2022-11-18.
  22. ^ Aladin. "Jaipur, India - Climate & Monthly weather forecast". Weather Atlas (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-18.
  23. ^ "INDIA : urban population". web.archive.org. 2013-02-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-02-17. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  24. ^ "Popolazzjoni" (PDF). web.archive.org. 2012-05-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-05-07. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  25. ^ "Culture Of Jaipur - Cultural Heritage, Art & Architecture of Jaipur". web.archive.org. 2015-07-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-07-05. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  26. ^ "Census of India : C-1 Population By Religious Community". web.archive.org. 2015-09-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-13. Miġbur 2022-11-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)