Aqbeż għall-kontentut

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Ażerbajġan

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-Torri tax-Xebba f'Baku.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Ażerbajġan irratifika l-Konvenzjoni fis-16 ta' Diċembru 1993.[3]

B'kollox, l-Ażerbajġan għandu ħames Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, erba' kulturali u wieħed naturali (kondiviż mal-Iran). L-ewwel sit li tniżżel fil-lista kien dak tal-Belt Iffortifikata ta' Baku bil-Palazz tax-Shirvanshah u t-Torri tax-Xebba fis-sena 2000.[4] Minħabba l-ħsara mġarrba fit-terremot ta' Baku fl-istess sena, is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-periklu mill-2003 sal-2009.[5] Il-Pajsaġġ Kulturali tat-Tinqix fuq il-Blat f'Gobustan tniżżel fl-2007.[6] Fl-2013 dawn iż-żewġ siti ngħataw status ta' protezzjoni msaħħa mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali f'Każ ta' Kunflitt Armat. L-iżjed sit reċenti li tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji kien dak taċ-Ċentru Storiku ta' Sheki bil-Palazz tal-Khan fl-2019.[7]

Siti ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[8]

Sit Ritratt Post (distrett) Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-għażla Deskrizzjoni
Il-Belt Iffortifikata ta' Baku bil-Palazz tax-Shirvanshah u t-Torri tax-Xebba Domes and an minaret in light-coloured stone Baku 2000 iv (kulturali) Il-kumpless urban tal-Belt Iffortifikata ta' Baku joħroġ fid-dieher l-influwenzi ta' diversi kulturi li kienu preżenti fl-inħawi tul l-istorja: iż-Żoroastrijani, is-Sassanidi, l-Għarab, il-Persjani, ix-Shirvani, l-Ottomani u r-Russi. Is-swar difensivi jmorru lura għas-seklu 12, flimkien mat-Torri tax-Xebba, li nbena fuq strutturi iktar bikrin li jmorru lura għas-sekli 7 u 6 Q.K. Il-Palazz tax-Shirvanshah inbena fis-seklu 15. Fl-2003 is-sit kollu tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-periklu minħabba l-ħsara li ġarrab fit-terremot ta; Baku tas-sena 2000, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta' politiki ta' konservazzjoni, l-isforzi dubjużi ta' restawr, u l-pressjoni tal-iżvilupp urban. Wara li sar titjib fil-ġestjoni u l-preservazzjoni tas-sit, is-sit tneħħa mil-lista tas-siti fil-periklu fl-2009.[4]
Il-Pajsaġġ Kulturali tat-Tinqix fuq il-Blat f'Gobustan Rocks at the entrance to the park Distrett ta' Garadagh u d-Distrett ta' Absheron 2007 iii (kulturali) It-tinqix fuq il-blat u l-ġebel f'Gobustan jixhdu l-preżenza umana fl-inħawi fuq perjodu ta' 40,000 sena. Hemm iktar minn 6,000 tinqix fuq il-blat b'figuri umani, pjanti, annimali kif ukoll xeni tal-kaċċa u tas-sajd. Fil-perjodu wara l-Aħħar Massimu Glaċjali, il-klima u l-veġetazzjoni tal-inħawi kienu iktar sħan u kellhom iktar xita mil-lum il-ġurnata. Minbarra t-tinqix fuq il-blat, instabu wkoll il-fdalijiet ta' insedjamenti u ta' siti funebri.[6]
Iċ-Ċentru Storiku ta' Sheki bil-Palazz tal-Khan Stained glass windows in the palace Sheki 2019 ii, v (kulturali) Il-belt ta' Sheki (jew Shaki) tinsab fil-muntanji tal-Kawkasi l-Kbar u kienet belt importanti tul it-toroq tal-ħarir fil-Kawkasi. Iċ-ċentru storiku jmur lura għas-seklu 18, u nbena wara li r-raħal preċedenti nqered bl-għargħar u bit-tajn. Id-djar tradizzjonali għandhom soqfa forfċi għoljin. Il-belt saret sinjura bis-saħħa tat-tnissil tad-dud tal-ħarir u l-kummerċ tagħhom fl-aħħar tas-seklu 18 u fis-seklu 19. Il-ġid huwa rifless fil-Palazz tal-Khan u fid-djar tal-merkanti.[7]
Pajsaġġ Kulturali ta' Khinalig u r-Rotta tat-Transumanza ta' "Köç Yolu" Look at the village from above Distrett ta' Quba 2020 iii, v (kulturali) Khinalig huwa villaġġ li jinsab fil-muntanji tar-reġjun il-kbir tal-Kawkasu, f'elevazzjoni ta' 2,300 metru (7,500 pied). Ilu abitat minn Żmien il-Bronż. In-nies fl-inħawi jitkellmu l-lingwa tagħhom u għandhom it-tradizzjonijiet kulturali uniċi tagħhom stess. Kull sena, in-nies lokali jużaw r-rotta tat-transumanza ta' Köç Yolu biex jirgħu l-bhejjem tagħhom bejn ix-xitwa u s-sajf. Din ir-rotta fiha bosta siti għall-kampeġġ, moskej u mawżolej.[9]
Foresti Irkanjani* Provinċji ta' Golestan, Mazandaran u Gilan, l-Iran u l-Ażerbajġan

37°25′17.3″N 55°43′27.4″E / 37.421472°N 55.724278°E / 37.421472; 55.724278

2019 IrnHyr

ix (naturali)

[10]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2023-04-12.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2023-04-12.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Azerbaijan - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-12.
  4. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Walled City of Baku with the Shirvanshah's Palace and Maiden Tower". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-12.
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "World Heritage Committee removes Baku from Danger List welcoming improvements in the ancient city´s preservation". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-12.
  6. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Gobustan Rock Art Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-12.
  7. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Sheki with the Khan’s Palace". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-12.
  8. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-04-12.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cultural Landscape of Khinalig People and “Köç Yolu” Transhumance Route". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hyrcanian Forests". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-13.