Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Arabja Sawdija

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Arabja Sawdija rratifikat il-Konvenzjoni fis-7 ta' Awwissu 1978, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox, l-Arabja Sawdija għandha tmien Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, seba' kulturali u wieħed naturali. L-ewwel sit li tniżżel fl-2008 kien is-Sit Arkeoloġiku ta' Hegra (al-Hijr / Madā ͐ in Ṣāliḥ), filwaqt li l-iżjed sit li tniżżel reċentement huwa l-Pajsaġġ Kulturali taż-Żona Arkeoloġika ta' Al-Faw, fl-2024.
Siti ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Oażi ta' Al-Ahsa, Pajsaġġ Kulturali li Jevolvi | ![]() |
Hofuf, Governorat ta' Al-Ahsa, l-Arabja Sawdija | kulturali:
(iii)(iv)(v) |
8,544 (21,110) | 2018 | Permezz tat-2.5 miljun siġra tal-palm tat-tamal tagħha, Al-Ahsa hija l-ikbar oażi fid-dinja. Al-Ahsa fiha pajsaġġ ġeokulturali uniku u hija eżempju eċċezzjonali ta' interazzjoni mal-ambjent.[5] |
Sit Arkeoloġiku ta' Hegra (al-Hijr / Madā ͐ in Ṣāliḥ) | ![]() |
Provinċja ta' Al Madinah,
l-Arabja Sawdija 26°47′01″N 37°57′18″E / 26.78361°N 37.955°E |
kulturali:
(ii)(iii) |
1,621 (4,010) | 2008 | Is-sit ta' Al-Hijr, li qabel kien magħruf bħala Hegra, jikkostitwixxi l-ikbar insedjament tar-Renju tan-Nabatej wara Petra. Fih sensiela ta' oqbra mħaffrin fil-blat u monumenti li huma ppreservati, li jmorru lura għas-seklu 1 Q.K.[6] |
Distrett ta' At-Turaif f'ad-Dir'iyah | ![]() |
Provinċja ta' Riyadh,
l-Arabja Sawdija 24°44′03″N 46°34′21″E / 24.73417°N 46.5725°E |
kulturali:
(ii)(iii) |
29 (72) | 2008 | Stabbilit fis-seklu 15, id-Distrett ta' Turaif f'ad-Dir'iyah kien l-ewwel belt kapitali tad-dinastija Sawdija. Ad-Dir'iyah esperjenzat it-tkabbir tal-importanza politika u reliġjuża tagħha, kif ukoll it-tifrix tal-Waħħabiżmu fis-seklu 18 u fil-bidu tas-seklu 19.[7] |
Żona Kulturali ta' Ḥimā | ![]() |
Provinċja ta' Najran,
l-Arabja Sawdija 18°14′55″N 44°27′6″E / 18.24861°N 44.45167°E |
kulturali:
(iii) |
242.17 (598.4) | 2021 | Iż-Żona Kulturali ta' Ḥimā fiha kollezzjoni ta' tinqix fuq il-blat b'xeni tal-kaċċa, tal-fawna, tal-flora u tal-istili ta' għajxien ta' 7,000 sena ilu.[8] |
Jeddah Storika, id-Daħla għall-Mekka | ![]() |
Reġjun tal-Mekka,
l-Arabja Sawdija 21°29′02″N 39°11′15″E / 21.48389°N 39.1875°E |
kulturali:
(ii)(iv)(vi) |
18 (44) | 2014 | Il-belt ta' Jeddah, li tinsab mal-kosta tal-Baħar Aħmar, kibret f'ċentru kummerċjali ewlieni fis-seklu 7 W.K., u ilha sservi bħala d-daħla prinċipali għall-pellegrini fi triqthom lejn il-Mekka.[9] |
Tinqix fuq il-Blat fir-Reġjun ta' Ha'il | ![]() |
Reġjun ta' Ha'il,
l-Arabja Sawdija 28°00′38″N 40°54′47″E / 28.01056°N 40.91306°E |
kulturali:
(i)(iii) |
2,044 (5,050) | 2015 | Is-siti ta' Jabel Umm Sinman, Jabal al-Manjor u Raat fihom għadd kbir ta' petroglifiċi u kitbiet imnaqqxa fuq il-blat, li jkopru 10,000 sena ta' storja umana.[10] |
'Uruq Bani Mu'arid | ![]() |
Najran, Riyadh, l-Arabja Sawdija | naturali: (vii), (ix) | — | 2023 | [11] |
Pajsaġġ Kulturali taż-Żona Arkeoloġika ta' Al-Faw | ![]() |
Provinċja ta' Riyadh, l-Arabja Sawdija | kulturali: (ii), (v) | — | 2024 | Is-sit jinsab f'punt strateġiku tul ir-rotot kummerċjali tal-Peniżola tal-Arabja, u ġie abbandunat ħesrem għall-ħabta tas-seklu 5 W.K.[12] |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Saudi Arabia - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Al-Ahsa Oasis, an Evolving Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hegra Archaeological Site (al-Hijr / Madā ͐ in Ṣāliḥ)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "At-Turaif District in ad-Dir'iyah". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ḥimā Cultural Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Jeddah, the Gate to Makkah". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rock Art in the Hail Region of Saudi Arabia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "‘Uruq Bani Ma’arid". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
- ^ "Al-Faw". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-29.