Aqbeż għall-kontentut

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-Turkmenistan

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Kunya Urgench.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] It-Turkmenistan irratifika l-Konvenzjoni fit-30 ta' Settembru 1994, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3] It-Turkmenistan għandu ħames Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, erba' kulturali u wieħed naturali.

Siti ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali

Sit Stampa Provinċja Kriterji tal-Għażla Sena tad-deżinjazzjoni Referenza
Kunya-Urgench Dashoguz Velayet Kulturali:

(ii)(iii)

2005 [5]
Fortizzi Partiċi ta' Nisa Akhal Velayet Kulturali:

(ii)(iii)

2007 [6]
Park Statali Storiku u Kulturali ta' "Merv Antika" Mary Velayet Kulturali:

(ii)(iii)

1999 [7]
Deżerti Bierda tax-Xitwa ta' Turan* Desert scene with some rocks l-Użbekistan, it-Turkmenistan u l-Każakistan Naturali: (ix), (x) 2023 Dan is-sit transnazzjonali jirrappreżenta l-ekosistemi tad-deżerti tal-Asja Ċentrali bi klima kontinentali. Fid-deżerti jgħixu bosta speċijiet ta' pjanti, kif ukoll is-sajga u l-għażżiela.[8]
Toroq tal-Ħarir: il-Kuritur ta' Zarafshan-Karakum*
l-Użbekistan, it-Turkmenistan u t-Taġikistan Kulturali: (ii), (iii), (v) 2023 [9]
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Turkmenistan - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-26.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kunya-Urgench". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-26.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Parthian Fortresses of Nisa". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-26.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "State Historical and Cultural Park “Ancient Merv”". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-26.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cold Winter Deserts of Turan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Silk Roads: Zarafshan-Karakum Corridor". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.