Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-Turkija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Moskea l-Blu billejl, Istanbul

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] B'kollox, it-Turkija għandha 21 Sit ta' Wirt Dinji, 19 kulturali u tnejn imħallta.[3]

L-ewwel tliet siti fit-Turkija, il-Moskea l-Kbira u l-Isptar ta' Divriği, iż-Żoni Storiċi ta' Istanbul u l-Park Nazzjonali ta' Göreme u s-Siti fil-Blat ta' Cappadocia, tniżżlu fil-lista fid-disa' sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li saret f'Pariġi, Franza, fl-1985.[4] L-aħħar siti li żdiedu kienu Gordion u l-Moskej tal-Pilastri tal-Injam tal-Anatolja Medjevali fl-2023.

Siti ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1]

Sit Ritratt Provinċja Kriterji tal-għażla Erja f'ettari Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Afrodisja TurProvinċja ta' Aydın

37°42′30″N 28°43′25″E / 37.70833°N 28.72361°E / 37.70833; 28.72361

Kulturali:TurAph

(ii)(iii)(iv)(vi)

152 (380) 2017 Is-sit jikkonsisti minn Afrodisja stess (bil-monument ewlieni tat-Tempju ta' Afrodite tas-seklu 3 Q.K.) u l-barrieri antiki tal-irħam fil-qrib, li kienu wasslu l-ġid għall-belt tal-Greċja Antika.[5]
Sit Arkeoloġiku ta' Ani TurProvinċja ta' Kars

40°30′00″N 43°34′00″E / 40.5°N 43.5666667°E / 40.5; 43.5666667

Kulturali:TurArcAni

(ii)(iii)(iv)

251 (620) 2016 Il-belt Medjevali ta' Ani, li tinsab qrib il-fruntiera bejn it-Turkija u l-Armenja, laħqet il-qofol tagħha fis-sekli 10 u 11 bħala l-belt kapitali tal-Armenja Bagratida, qabel ma għaddiet minn deklin mis-seklu 14 'il quddiem wara l-invażjoni tal-Mongoli u terremot kbir.[6]
Sit Arkeoloġiku ta' Trojja TurProvinċja ta' Çanakkale

39°57′23″N 26°14′20″E / 39.95639°N 26.23889°E / 39.95639; 26.23889

Kulturali:TurArcTro

(ii)(iii)(vi)

158 (390) 1998 Trojja, li tmur lura iktar minn erba' millenji ilu u li kienet influwenza ewlenija għall-Ilijade ta' Omeru u l-Enejde ta' Virgilio, ġiet skoperta mill-ġdid minn Heinrich Schliemann fl-aħħar tas-seklu 19, u minn dak iż-żmien saret wieħed mill-iżjed siti arkeoloġiċi magħrufa fid-dinja.[7]
Arslantepe TurProvinċja ta' Malatya

38°22′55″N 38°21′40″E / 38.38194°N 38.36111°E / 38.38194; 38.36111

Kulturali:TurArcAni

(iii)

74.07 (183.0) 2021 Arslantepe kienet belt antika max-xmara Tohma, tributarja tal-parti ta' fuq tax-xmara Ewfrate, qrib il-muntanji Taurus. Ġiet identifikata mas-sit arkeoloġiku modern ta' Arslantepe ħdejn Malatya. L-ewwel xwabel magħrufa fi Żmien il-Bronż Bikri (għall-ħabta tas-sekli 33 sa 31) huma bbażati fuq sejbiet f'Arslantepe minn Marcella Frangipane tal-Università ta' Ruma, l-Italja.[8][9]
Bursa u Cumalıkızık: it-Twelid tal-Imperu Ottoman TurProvinċja ta Bursa

40°11′05″N 29°03′44″E / 40.18472°N 29.06222°E / 40.18472; 29.06222

Kulturali:TurBur

(i)(ii)(iv)(vi)

27 (67) 2014 L-ewwel belt kapitali tal-Imperu Ottoman fis-seklu 14, Bursa, bl-ippjanar urban innovattiv tagħha, saret sors ewlieni ta' referenza għal bliet Ottomani futuri. Il-villaġġ fil-qrib ta' Cumalıkızık huwa eżemplar tas-sistema tal- vakıf, u kien jagħti sostenn għall-iżvilupp tal-belt kapitali.[10]
Belt ta' Safranbolu TurProvinċja ta' Karabük

41°15′36″N 32°41′23″E / 41.26°N 32.68972°E / 41.26; 32.68972

Kulturali:TurCit

(ii)(iv)(v)

193 (480) 1994 F'salib it-toroq tal-kummerċ tal-karovani, Safranbolu ffjorixxiet mis-seklu 13 'il quddiem. L-arkitettura tagħha saret influwenza ewlenija fuq l-iżvilupp urban fl-Imperu Ottoman kollu.[11]
Pajsaġġ Kulturali tal-Fortizza ta' Diyarbakır u tal-Ġonna ta' Hevsel TurProvinċja ta' Diyarbakır

37°54′11″N 40°14′22″E / 37.90306°N 40.23944°E / 37.90306; 40.23944

Kulturali:TurDiy

(iv)

521 (1,290) 2015 Diyarbakır kienet belt ta' importanza kbira mill-perjodu Ellenistiku sal-preżent. Is-sit jinkludi s-swar tal-belt ta' Diyarbakır, twal 5,800 km, kif ukoll il-Ġonna ta' Hevsel, li kienu jipprovdu l-provvista tal-ikel u tal-ilma lill-belt.[12]
Efesu TurProvinċja ta' İzmir

37°55′45″N 27°21′34″E / 37.92917°N 27.35944°E / 37.92917; 27.35944

Kulturali:TurEph

(iii)(iv)(vi)

663 (1,640) 2015 Il-belt antika Griega ta' Efesu kienet famuża għaliex kellha wieħed mis-Seba' Għeġubijiet tad-Dinja Antika, it-Tempju ta' Artemis, li issa fadal biss ftit fdalijiet tiegħu. Wara li sfat taħt il-kontroll tar-Rumani fis-seklu 2 Q.K., il-belt iffjorixxiet, u nbnew strutturi monumentali bħal-Librerija ta' Ċelsu. Id-Dar ta' Marija Verġni u l-Bażilika ta' San Ġwann saru siti Kristjani ewlenin ta' pellegrinaġġ mis-seklu 5 'l quddiem.[13]
Göbekli Tepe TurProvinċja ta' Şanlıurfa

37°13′00″N 38°55′21″E / 37.2166667°N 38.9225°E / 37.2166667; 38.9225

Kulturali:TurGob

(i)(ii)(iv)

126 (310) 2018 Is-sit imur lura għan-Neolitiku ta' qabel il-bċejjeċ tal-fuħħar bejn il-millenji 10 u 9 Q.K., u x'aktarx li kien jintuża minn kaċċaturi għal skopijiet ta' ritwali.[14]
Park Nazzjonali ta' Göreme u s-Siti fil-Blat ta' Cappadocia TurProvinċja ta' Nevşehir

38°40′00″N 34°51′00″E / 38.6666667°N 34.85°E / 38.6666667; 34.85

Imħallat:TurGor

(i)(iii)(v)(vii)

9,884 (24,420) 1985 Iż-żona tal-Wied ta' Göreme hija famuża għall-formazzjonijiet tal-blat partikolari tagħha. Ir-reġjun ta' Cappadocia fih ukoll gallerija ta' abitazzjonijiet, villaġġi, u knejjes imħaffrin fil-blat kif ukoll bliet sħaħ taħt l-art, u eżempji importanti tal-arti Biżantina post-Ikonoklastika.[15]
Moskea l-Kbira u Sptar ta' Divriği TurProvinċja ta' Sivas

39°22′17″N 38°07′19″E / 39.37139°N 38.12194°E / 39.37139; 38.12194

Kulturali:TurGre

(i)(iv)

2,016 (4,980) 1985 Stabbilit fil-bidu tas-seklu 13, il-kumpless tal-moskea u tal-isptar f'Divriği huwa eżempju uniku u straordinarju tal-arkitettura Iżlamika, li jħallat flimkien disinni distinti u xi kultant f'kuntrast ma' xulxin.[16]
Hattusha: il-Belt Kapitali tal-Ittiti TurProvinċja ta' Çorum

40°00′50″N 34°37′14″E / 40.01389°N 34.62056°E / 40.01389; 34.62056

Kulturali:TurHat

(i)(ii)(iii)(iv)

268 (660) 1986 Il-belt kapitali antika tal-Imperu tal-Ittiti, bid-daħliet, it-tempji u l-palazzi ppreservati tajjeb, kif ukoll is-santwarju fil-blat ta' Yazılıkaya, huma fost l-aħħar fdalijiet tas-setgħa tal-Ittiti li fl-imgħoddi kienet dominanti fl-Anatolja u fit-Tramuntana tas-Sirja.[17]
Hierapolis-Pamukkale TurProvinċja ta' Denizli

37°55′26″N 29°07′24″E / 37.92389°N 29.12333°E / 37.92389; 29.12333

Imħallat:TurHie

(iii)(iv)(vii)

1,077 (2,660) 1988 Is-sit naturali ta' Pamukkale huwa famuż għall-pajsaġġ viżiv mill-isbaħ tiegħu, li jikkonsisti minn kaskati ppetrifikati, stalaktiti u artijiet imtarrġin. Il-fdalijiet tar-raħal antik fil-qrib ta' Hierapolis, stabbilit fl-aħħar tas-seklu 2 Q.K., jinkludu diversi strutturi Griegi-Rumani, fosthom tempji, banjijiet, nekropoli, kif ukoll eżempji tal-arkitettura Kristjana Bikrija.[18]
Żoni Storiċi ta' Istanbul TurProvinċja ta' Istanbul

41°00′30″N 28°58′48″E / 41.00833°N 28.98°E / 41.00833; 28.98

Kulturali:TurHis

(iii)(iv)(vii)

678 (1,680) 1985 Il-belt kapitali imperjali tal-Imperi Biżantini u Ottomani, Istanbul ilha ċentru politiku, reliġjuż u kulturali ewlieni għal iżjed minn żewġ millenji. Il-belt tinkludi kapulavuri bħall-Ippodromu ta' Kostantinopli, il-Hagia Sophia, il-Moskea ta' Süleymaniye u l-Palazz ta' Topkapı, xhieda ta' arkitetti kbar tul iż-żminijiet.[19]
Nemrut Dağ TurProvinċja ta' Adıyaman

38°02′12″N 38°45′49″E / 38.03667°N 38.76361°E / 38.03667; 38.76361

Kulturali:TurNem

(i)(iii)(iv)

11 (27) 1987 Nemrut Dağ huwa l-post fejn ir-Re Antijoke I (69-34 Q.K.) ta' Commagene bena t-tempju u l-qabar tiegħu stess, imdawwar b'statwi kolossali u steli, f'waħda mill-iżjed opri arkitettoniċi ambizzjużi tal-perjodu Ellenistiku.[20]
Sit Neolitiku ta' Çatalhöyük TurProvinċja ta' Konya

37°40′00″N 32°49′41″E / 37.6666667°N 32.82806°E / 37.6666667; 32.82806

Kulturali:TurNeo

(iii)(iv)

37 (91) 2012 Okkupat għall-ħabta tas-7400 Q.K. u l-5200 Q.K., is-sit kbir ta' Çatalhöyük huwa fost il-ftit eżempji ta' insedjament Neolitiku ppreservati tajjeb, b'konfigurazzjoni urbana egalitarja, abitazzjonijiet b'aċċess mis-soqfa, pitturi mal-ħitan u riljievi li huma xhieda ta' stil ta' ħajja protourban.[21]
Pergamon u l-Pajsaġġ Kulturali tagħha b'Diversi Saffi TurProvinċja ta' İzmir

39°07′33″N 27°10′48″E / 39.12583°N 27.18°E / 39.12583; 27.18

Kulturali:TurPer

(i)(ii)(iii)(iv)(vi)

333 (820) 2014 Stabbilita fis-seklu 3 Q.K. bħala l-belt kapitali tad-dinastija Ellenistika tal-Attalidi, Pergamon kienet waħda mill-iżjed bliet importanti tad-Dinja l-Antika. Wara l-legat tagħha lir-Rumani fil-133 Q.K., il-belt għaddiet minn żvilupp ulterjuri, u saret magħrufa bħala ċentru terapewtiku ewlieni.[22]
Moskea ta' Selimiye u l-Kumpless Soċjali tagħha TurProvinċja ta' Edirne

41°40′40″N 26°33′34″E / 41.67778°N 26.55944°E / 41.67778; 26.55944

Kulturali:TurSel

(i)(iv)

3 (7.4) 2011 Mibnija fis-seklu 16, il-Moskea ta' Selimiye f'Edirne hija kkunsidrata mill-arkitett tagħha Mimar Sinan bħala l-kapulavur tiegħu u tirrappreżenta l-ogħla kisba tal-arkitettura Ottomana.[23]
Xanthos-Letoon TurProvinċji ta' Antalya u ta' Muğla

36°20′06″N 29°19′13″E / 36.335°N 29.32028°E / 36.335; 29.32028

Kulturali:TurXan

(ii)(iii)

126 (310) 1988 Is-sit jikkonsisti minn żewġ insedjamenti ġirien. Xanthos, iċ-ċentru taċ-ċivilizzazzjoni ta' Lycia, kellha influwenzi arkitettoniċi sinifikanti fuq bliet oħra tar-reġjun, bil-Monument ta' Nereid li ispira direttament il-Mawżolew ta' Halicarnassus f'Caria. Letoon, ċentru reliġjuż importanti f'Lycia, jospita l-Istele trilingwi ta' Letoon, li kienet il-muftieħ biex tiġi ddeċifrata l-lingwa antika ta' Lycia li kienet ilha estinta żmien twil.[24]
Gordion Provinċja ta' Ankara

37°13′00″N 38°55′21″E / 37.2166667°N 38.9225°E / 37.2166667; 38.9225

Kulturali:

(iii)

1,064 (2,630) 2023 Gordion kienet il-belt kapitali ta' Friġja (bl-Ingliż: Phrygia). L-okkupazzjoni fis-sit tmur lura għal Żmien il-Bronż Bikri (għall-ħabta tal-2300 Q.K.) u baqgħet b'mod kontinwu sas-seklu 4 W.K. u mill-ġdid fis-sekli 13 u 14 W.K.[25]
Moskej tal-Pilastri tal-Injam tal-Anatolja Medjevali Turdiversi siti Kulturali:TurSel

(ii)(iv)

0.61 (1.5) 2023 Is-sit jikkonsisti minn ħames moskej tal-pilastri tal-injam fl-Anatolja li jmorru lura għall-aħħar tas-seklu 13 u nofs is-seklu 14.[26]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-04-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-04-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Turkey - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  4. ^ "WH Committee: Report of 9th Session, Paris 1985". whc.unesco.org. Miġbur 2022-04-08.
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Aphrodisias". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Site of Ani". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Site of Troy". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  8. ^ "Oldest Swords Found in Turkey by dekuNukem on DeviantArt". www.deviantart.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-03-28. Miġbur 2022-04-08.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Arslantepe Mound". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Bursa and Cumalıkızık: the Birth of the Ottoman Empire". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "City of Safranbolu". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Diyarbakır Fortress and Hevsel Gardens Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ephesus". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  14. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Göbekli Tepe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  15. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Göreme National Park and the Rock Sites of Cappadocia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  16. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Great Mosque and Hospital of Divriği". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  17. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hattusha: the Hittite Capital". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  18. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hierapolis-Pamukkale". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  19. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Areas of Istanbul". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  20. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Nemrut Dağ". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  21. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Neolithic Site of Çatalhöyük". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  22. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pergamon and its Multi-Layered Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  23. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Selimiye Mosque and its Social Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  24. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Xanthos-Letoon". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  25. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Gordion". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
  26. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Wooden Hypostyle Mosques of Medieval Anatolia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.