Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji f'Malta
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Malta rratifikat il-Konvenzjoni fl-14 ta' Novembru 1978 u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jitniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2]
Is-Siti ta' Wirt Dinji ta' Malta tniżżlu fil-lista fir-raba' sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li saret f'Pariġi, Franza, fl-1980. F'dik is-sessjoni, it-tliet siti attwali kollha żdiedu fil-lista: l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni, il-Belt Valletta, u t-Tempju ta' Ġgantija.[3][4] Fl-1992, it-tempji ta' Ħaġar Qim, l-Imnajdra, Ta' Ħaġrat, Skorba, u Tarxien żdiedu bħala komponenti oħra mas-sit ta' Ġgantija, biex iffurmaw it-Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex. Iktar modifiki minuri tal-konfini saru f'dan is-sit fl-2015.[5][6] It-tliet siti kollha huma elenkati bħala siti kulturali, abbażi tal-kriterji tal-għażla tal-UNESCO.[1]
Siti ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[2][7]
Sit | Stampa | Post | Sena tad-deżinjazzjoni | Kriterji tal-għażla | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Ipoġew ta' Ħal Saflieni | Raħal Ġdid | 1980 | iii (kulturali) | L-ipoġew huwa struttura kbira taħt l-art li kienet tintuża bħala ċimiterju taħt l-art bejn l-4000 Q.K. u l-2500 Q.K. u ġie skopert fl-1902. Tliet livelli sovraimposti ta' kompartimenti tħaffru fil-blat artab tal-franka, u xi kompartimenti imitaw l-arkitettura tat-tempji megalitiċi kontemporanji fuq l-art. L-ipoġew inizjalment kellu l-fdalijiet ta' xi 7,000 individwi. L-iskavi taw ħjiel dwar ir-ritwali funebri Neolitiċi, li x'aktarx li kienu jsiru f'diversi stadji. Reċipjenti tal-fuħħar u amuleti tal-ġebel u tat-tafal instabu fis-sit, kif ukoll figuri umani tal-ġebel u tat-tafal, inkluż statwa famuża tal-mara rieqda.[8] | |
Belt Valletta | Il-Belt Valletta | 1980 | i, vi (kulturali) | Il-Belt Valletta ġiet stabbilita fl-1566. Il-Kavallieri ta' San Ġwann ippjanaw u fasslu l-belt bħala ħolqien olistiku uniku tal-aħħar tar-Rinaxximent, b'konfigurazzjoni uniformi ta' grilja fi ħdan swar iffortifikati. Għalkemm esperjenzat rinnovazzjonijiet u ħsarat estensivi matul it-Tieni Gwerra Dinjija, proporzjon kbir tan-nisġa urbana ġiet ippreservata jew irrestawrata. Uħud mit-320 monument tal-Belt Valletta jinkludu l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-Palazz tal-Gran Mastru, il-Berġa ta' Kastilja, il-Berġa ta' Provenza, il-Berġa tal-Italja, il-Berġa ta' Aragona, u l-Knejjes tal-Vitorja, ta' Santa Katarina u ta' Ġieżu, kif ukoll kostruzzjonijiet tas-seklu 18 bħall-Berġa ta' Bavarja, il-Knisja tan-Nawfraġju ta' San Pawl, u t-Teatru Manoel.[9] | |
Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex | Xagħra, Qrendi, Mġarr, u Tarxien | 1980 | iv (kulturali) | Is-sit huwa magħmul minn seba' tempji preistoriċi f'sitt siti (oriġinarjament, is-sit kien jinkludi ż-żewġ tempji ta' Ġgantija u ġie estiż fl-1992) li nbnew matul ir-raba' u t-tielet millenji Q.K. Dawn it-tempji huma fost l-eqdem strutturi mingħajr tkaħħil fid-dinja u x'aktarx kellhom importanza ritwali kbira għal soċjetà organizzata ferm. Għalkemm kull tempju huwa differenti bħala disinn arkitettoniku, normalment kollha kellhom spazju elittiku quddiem faċċata konkava. Il-vireg orizzontali fil-ġebel li għadhom viżibbli jindikaw li l-monumenti kienu msaqqfin, xi ħaġa pjuttost sofistikata għal dak iż-żmien. Il-karatteristiċi dekorattivi tat-tempji jinkludu panewijiet b'toqob imħaffrin u panewijiet b'bassoriljievi b'motivi spirali, siġar, pjanti u annimali varji.[10] |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b "Malta - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2015-09-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-13. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "WH Committee: Report of 4th Session, Paris 1980". web.archive.org. 2016-03-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-24. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Sites In Malta". WorldAtlas (bl-Ingliż). 2017-04-25. Miġbur 2022-03-17.
- ^ "WH Committee: Report of 16th Session, Santa Fe 1992". web.archive.org. 2016-04-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Megalithic Temples of Malta - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2016-03-19. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-19. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ħal Saflieni Hypogeum". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "City of Valletta". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Megalithic Temples of Malta". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-17.